Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 MARK kien abbużat mis- sieħeb ta' ommu meta kien għadu fl-iskola primarja. Illum kiber u għandu familja, iżda stampi tal- abbuż sesswali li għadda minnu għandhom onlajn fuq l-internet. Mark jiddeskrivi l-abbuż mentali li baqa' maż-żmien bħala wieħed akbar minn dak fiżiku li għadda minnu. Jgħid li l-akbar biża' tiegħu hi li wliedu xi darba jaraw dawn ir-ritratti meta jkunu qed jużaw l-internet. L-esperjenza ta' Mark hija waħda mill-ħafna li waslet għand l-Internet Watch Foundation (IWF), li taħdem biex jintemm l-abbuż sesswali li jsir fuq minuri b'mod speċjali dak onlajn. Mill-aħħar rapport ta' din il- fondazzjoni li għandha uffiċċju f '16-il pajjiż madwar id-dinja, jirriżulta li kien hemm żieda ta' 112% ta' każijiet fejn persuni jtellgħu ritratti pornografiċi onlajn ta' abbuż sesswali fuq minuri, li jispiċċaw f 'ċirku ta' pedofelija. Matul l-2016, l-IWF stħarrġet aktar minn 105,000 rapport li l-maġġoranza kienu siti elettroniċi b'materjal ta' abbuż fuq minuri. 56% minnhom kellhom kontenut li kien kriminali. F'89% ta' dawn l-istampi, il-vittmi kienu bniet. Kontenut ta' abbuż sesswali onlajn huwa biss mod wieħed ta' abbuż li jsir fuq minuri apparti dak fiżiku u psikoloġiku. Il-Maltin ifittxu siti ta' streaming onlajn ta' materjal sesswali F'Malta, mill-istatistika li kienet ġiet ippreżentata fl- 2015, matul l-ewwel sitt xhur ta' dik is-sena partikolari, l-Aġenzija Appoġġ kienet investigat xejn inqas minn 67 każ ta' abbuż sesswali fuq minuri. Minnhom kien hemm ħames każijiet ta' abbuż fuq tfal taħt is-sena ta' età u għaxra oħra li kienu jikkonċernaw tfal li l-età tagħhom tvarja minn sena sa' ħames snin. Minn stħarriġ li sar dan l-aħħar minn Alexa, li għandha affiljazzjoni mal-Amazon, il-konklużjonijiet urew li mit- tfittxijiet ewlenin li jagħmlu l-Maltin u l-Għawdxin onlajn hemm siti li joffru servizzi ta' sess bl-użu tal-webcams, fejn mill-monitor ikunu jistgħu jaraw atti sesswali jseħħu quddiemhom. Dawn is-siti ma jeskludux li jkun hemm minuri li jipparteċipaw fl-atti sesswali. Żieda fl-abbuż sesswali fuq it-tfal ta' refuġjati li jidħlu fl-Ewropa mhux akkumpanjati Fil-preżent l-aktar tfal vulnerabbli għall-abbuż huma t-tfal tar-refuġjati li jidħlu fl-Ewropa, b'mod speċjali dawk li jispiċċaw waħedhom. M'hawnx 'data' biżżejjed miġbura li turi kemm hawn tfal ta' refuġjati madwar l-Ewropa li ġew affettwati mill-kriżijiet tal-wasliet. Skont informazzjoni miġbura min-network Ewropea tal-Ombudsman għat-tfal, matul l-2015 kien hawn minn tal-inqas 337,000 tfal li kienu rreġistrati bħala refuġjati li minnhom 88,300 ma kinux akkumpanjati minn adulti. Dan poġġiehom f 'sitwazzjoni sensittiva u suġġett għall- abbuż. L-istħarriġ juri wkoll li madwar 60% tat-tfal li ma kinux akkumpanjati spiċċaw intilfu, mingħajr ma ħadd jaf fejn spiċċaw. Mir-rapport tal- IWF jirriżulta li l-akbar abbuż sesswali onlajn fuq minuri ġej mill-Ewropa b'34,212-il każ jew żieda ta' 19% fuq is-sena ta' qabel. L-Olanda u Franza huma fost l-aktar ħames pajjiżi minn fejn joriġina dan l-abbuż bl-aktar pajjiż fid-dinja jkun l-Olanda b'aktar minn 20,000 każ. Fil-ġranet li għaddew matul is-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, tressaq rapport tal-MEP Anna Maria Corazza Bildt dwar l-implimentazzjoni ta' direttivi Ewropej mill- pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fil-ġlieda kontra l-abbuż sesswali, l-isfruttar sesswali u l-pornografija tat-tfal. Il- konklużjonijiet huma ċari u juru tħassib kbir fuq iż-żieda ta' 'live streaming' onlajn ta' abbuż fuq minuri, bil-persuni li jwettqu dawn ir-reati huma nnovattivi li jużaw teknoloġija moderna. Għalhekk fost ir- rakkomandazzjonijiet hemm li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandhom jiżviluppaw huma wkoll metodi moderni biex ifittxu u jsibu siti elettroniċi li jġorru dan il-kontenut. Il-vittmi mhux dejjem jirrappurtaw għax jibżgħu L-abbuż sesswali online fuq it-tfal hija offiża kriminali fejn huwa ferm diffiċli li jiġu jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino L-abbuż sesswali onlajn fuq żieda fin-numru tal-vittmi li • Fl-2015 f 'Malta kienu ġew irrappurtati 67 każ ta' abbuż fuq minuri f '6 xhur • Fl-2016 ġew irrappurtati 34,000 każ ta' abbuż sesswali onlajn fuq minuri fl-Ewropa Fl-Ewropa kien hawn żieda ta' 19% fil-każijiet li jikkonċernaw abbuż sesswali onlajn fuq minuri 'Fl-Ewropa hawn tħassib kbir fuq iż-żieda ta' 'live streaming' online ta' abbuż fuq minuri, bil-persuni li jwettqu dawn ir-reati huma innovattivi li jużaw teknoloġija moderna.'

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017