Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 Intervista 12 'Biex inkun effettiva m'għandix għalfejn 'IRRESPONSABBILITÀ ta' politiku hija li jagħti stampa reali ta' pajjiżu, li jikkritika fejn hemm bżonn u li bl-istess kritika ma jagħmilx il-ħsara.' Hekk sostniet l-MEP Laburista Miriam Dalli f 'intervista mal-gazzetta l-ILLUM fuq ir- riżoluzzjoni dwar is-saltna tad- dritt f 'Malta li ġiet approvata fil-Parlament Ewropew u dwar ir-rapport tal-Kumitat PANA. Miriam Dalli sostniet li hi qatt ma ddeskriviet lill-MEPs Nazzjonalisti bħala tradituri iżda fl-istess waqt li kulħadd għandu d-dritt li jgħid li jrid, kulħadd irid iġorr ir- responsabbiltà ta' dak li jkun intqal u din trid tapplika għal kulħadd l-istess. Dwar dan qalet ukoll li 'jiena kieku ma niħux pjaċir li biex inkun effettiva nagħti xebgħa lil pajjiżi.' L-ILLUM staqsiet lil Miriam Dalli dwar l-aħħar żjara tad- delegazzjoni ta' MEPs li saret f 'Malta biex tistħarrġu s-saltna tad-dritt f 'pajjiżna u sostniet li jekk il-konklużjonijiet ta' dan id- delegazzjoni jkunu l-istess bħal dak tal-PANA, ikun ifisser li ġew biex janalizzaw is-sistema finanzjarja tagħna u mhux is-saltna tad-dritt. Hija qed tittama li dan ir-rapport ikun wieħed oġġettiv u li jħares lejn l-aspetti kollha fid-dettall. Hija esaġerazzjoni li s-saltna tad- dritt hija f 'kollass Miriam Dalli qalet li meta tħares lejn is-saltna tad-dritt, trid tara l-proċess kollu li bih jaħdmu l-istituzzjonijiet tal-Pulizija, l-investigazzjonijiet, il-proċess fil-Qorti u l-ġudikatura. Saħqet li ma tista' qatt taqbel ma' stqarrijiet esaġerati li f 'Malta hawn xi kollass tas-saltna tad-dritt, għaliex li kieku din mhix tiffunzjona ma kienx ikun possibbli li f 'erba' snin jiddaħħlu liġijiet dwar il-libertà tal-istampa, il-finanzjament tal-partiti, il- protezzjoni tal-'whistleblowers', it-tneħħija tal-libell kriminali u liġijiet oħrajn. L-MEP Laburista qalet li f 'Malta wasalna fi stadju fejn qed nitkellmu fuq ir-riforma Kostituzzjonali, għaliex il-liġi hija oġġett ħaj li trid tinbidel skont iż- żminijiet u r-realtajiet tal-ġurnata. Qalet li huwa ferm pożittiv li l-Alternattiva Demokratika hija impenjata f 'dan il-proċess. Fakkret li l-Kostituzzjoni għandha tiġi emendata biex f 'Malta jibqa' jkun hawn iċ-'checks and balances' għal saltna tad-dritt li tiffunzjona kif mistenni. Dwar ir-riżoluzzjoni fuq is- saltna tad-dritt f 'Malta, li kienet approvata mill-Parlament Ewropew u li għaliha vvutaw favur l-MEPs kollha tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew. Il-MEP Laburista qalet li din kienet magħmula minn bosta suġġetti li ma kellhomx konnessjoni ma' xulxin, mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, għas- saltna tad-dritt, għas-sistema tat-tassazzjoni u l-programm ta' ċittadinanza b'investiment. Spjegat li b'din ir-riżoluzzjoni nfetaħ bieb sabiex għal darb'oħra l-pajjiżi l-kbar ikunu jistgħu jattakkaw is-sistema finazjarja ta' Malta, għaliex ħafna pajjiżi kbar ma jridux jaċċettaw li għandna sistema flessibbli għall-kobor u l-ħtiġijiet tagħna. Miriam Dalli qalet li s-sistema tat-tassazzjoni tagħna ilha tiġi attakkata mill-pajjiżi l-kbar iżda dejjem kien hemm qbil bejn l-MEP Maltin kollha kemm huma, li jkunu front wieħed flimkien biex ma jinfetaħx attakk fuq is-sistema tat- tassazzjoni u s-servizzi finanzjarji tagħna. Sostniet li 'l-MEP tal-Partit Nazzjonalista fetħu bieb beraħ lill-MEPs l-oħra biex jattakkaw, irrilevanti minn liema partit politiku ġejjin, għax fil-Parlament Ewropew l-MEPs jimpurtahom minn pajjiżhom. Sabu x-xoqqa f 'moxtha biex jiftħu attakk fuq pajjiżna.' L-ewwel interess ta' MEPs oħra huwa isem pajjiżhom Mal-ILLUM, Miriam Dalli ddeskriviet li ħafna MEPs minn pajjiżi oħra joqogħdu lura milli jikkritikaw lil pajjiżhom, tant li filwaqt li r-riżoluzzjoni semmi l-programm ta' ċittadinanza b'investiment ta' Malta, MEPs ta' pajjiżi oħra li wkoll għandhom programmi simili bħall-Portugall u Ċipru ġġieldu biex ma' pajjiżhom ma jissemmiex. Iżda dwar l-effettività tal-MEPs Laburisti li jikkonviċu lill-MEPs Soċjalisti sħabhom li jivvutaw kontra r-riżoluzzjoni dwar Malta, Dalli qalet li wieħed jifhem li 'meta niġu għall-fatti huwa rrilevanti l-grupp politiku għax l-ewwel interess ta' Ewroparlamentari oħra huwa jissalvagwardja l-isem ta' pajjiżhom'. Sostniet li jiddispjaċiha li ġew attakkati s-servizzi finanzjarji li joffru impjieg lil 10,000 persuna u li jammontaw għal 20% tal-GDP. In-nies f 'Malta mhux qed jaraw 'stampa selettiva' Hawnhekk l-ILLUM staqsiet fejn jistgħu jitkellmu l-MEPs jekk mhux fil-Parlament Ewropew la darba dak huwa l-forum tagħhom li għalih ġew eletti demokratikament, Miriam Dalli qalet li l-MEPs jitkellmu f 'bosta fora iżda ma tarax MEPs oħra li jaqbdu l-każ ta' assassinju ta' ġurnalista u jabbinawh ma' ħafna affarijiet, li fi kliemha mhux relatati u li dawn jitpoġġew f 'riżoluzzjoni li kull paragrafu jkun attakk fuq pajjiżhom stess. Qalet li meta tingħata stampa selettiva, l-istampa li finalment toħroġ ma tkunx dik li jkunu qed jaraw in-nies li qegħdin f 'Malta. 'Jiena bl-ebda mod ma naċċetta li pajjiżi jitqies bħala 'tax haven', hekk sostniet Miriam Dalli b'referenza għar-rapport tal-OXFAM, li indika kif Malta flimkien ma' pajjiżi oħra Ewropej għandha titqies bħala 'tax haven' u għalhekk titniżżel fil-lista s-sewda tal-Kummissjoni Ewropea, Miriam Dalli spjegat li hemm erba' kriterji li bihom pajjiż jitqies bħala 'tax haven', li huma segretezza dwar is-sidien tal-kumpaniji, reġistru tal-kumpaniji li jkun magħluq mill-iskrutinju, li ma jkunx hemm tassazzjoni u ma jkunx hemm il-qsim tal-informazzjoni dwar it- taxxa ma' pajjiżi oħra. Dalli qalet li Malta ma' taqa' taħt l-ebda kriterju minn dawn u għalhekk qatt ma tista' tiġi ttimbrata bħala 'tax haven'. Għandhom jiġu stabbiliti kriterji apposta għal 'tax havens' Miriam Dalli sostniet li fil- konklużjonijiet l-OXFAM iridu jpoġġu limitu ta' kemm suppost pajjiż jista' jattira investiment u li jekk taqbeż il-kriterju tagħhom tal-investiment barrani mqabbel mal-GDP tal-pajjiż, allura f 'daqqa waħda dak il-pajjiż partikolari jispiċċa jsir 'tax haven'. Sostniet li minflok għandhom jiġu stabbiliti kriterji apposta u li l-pajjiżi jiġu analizzati skont dawn il-kriterji stabbiliti minn qabel, għaliex din tkun sistema ħafna aktar oġġettiva. Qalet iżda li din hija wkoll sistema li ċertu MEPs oħra ma jridux jisimgħu biha. Mal-ILLUM, Miriam Dalli spjegat li l-ikbar oġġezzjoni tal- pajjiżi l-kbar hija fuq il-mod kif tingħata refużjoni għat-taxxa li tkun tħallset. Qalet li għalhekk Malta hija obbligata fil-qsim tal- informazzjoni mal-pajjiżi l-oħra membri tal-Unjoni Ewropea, sabiex pajjiż Ewropew ieħor ikun jista' jitlob li jieħu t-taxxa fuq ir- refużjoni tat-taxxa li tkun ingħatat lil dik il-kumpanija jew ċittadin tiegħu, li jkun 'shareholder' f 'dik il- kumpanija partikolari. Spjegat ukoll li dan huwa proċess faċli li jsir għax l-Awtoritajiet Maltin huma marbuta li jridu jagħtu l-informazzjoni li tintalab mill-pajjiżi l-oħra. Qalet li L-MEP Laburista Miriam Dalli titkellem mal-ILLUM kif qatt ma tista' taċċetta li Malta tiġi kkunsidrata bħala 'tax haven' u kif l-MEPs oħra jiġġieldu biex isem pajjiżhom ma jitħammiġx. Għaldaqstant tenfasizza li hi qatt ma ddeskriviet lill-MEPs Nazzjonalisti bħala tradituri, iżda nalment kulħadd irid iġorr ir- reponsabbilità ta' dak li jintqal. jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino 'Meta titkellem fuq kollass tas-saltna tad-dritt tkun qed titkellem fuq pajjiż fejn assolutament il- liġijiet ma jaħdmux, fejn ma tkunx daħħalt liġijiet biex ikollok 'checks and balances', fejn għandek anarkija sħiħa u dan mhux il-każ f 'Malta.' 'L-MEPs tal-PN fetħu bieb beraħ lill-MEPs l-oħra biex jattakkaw, għax hawnhekk l-MEPs jimpurtahom minn pajjiżhom. Sabu x-xoqqa f 'moxtha biex jiftħu attakk fuq pajjiżna.' " " " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017