Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

illum Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 Sports 30 Is-Sena 2017 - is-Sena ta' Christian 'Ċoqqos' Schembri minn Cristian Antony Muscat ISSENA 2017 kienet waħda ferm pożittiva għall-boxer ewlieni Malti Christian Schembri, iktar magħruf bħala ċ-'Ċoqqos', bi żminijiet kemm tajbin kif ukoll ħżiena, fejn jekk taqta' riżultat wieħed ta' telfa kontroversjali li kellu kontra Mattia Scaccia, irnexxielu jirbah it-taqbidiet l-oħra kollha tiegħu u jilħaq il-miri li kellu fil-bidu tas- sena. L-ewwel taqbida tiegħu seħħet kontra Mattia Scaccia fil-25 ta' Marzu. Għal din it-taqbida, il- preparazzjoni tiegħu kienet bħas- soltu intensiva u twila, fejn anke mar jittrenja Londra ma' Barry Smith għall-ġimgħa. It-taħriġ tiegħu hawn Malta ma' Super Steve Martin kien mill-aqwa wkoll, iżda ġimgħa qabel il-ġlieda, huwa marad b virus fl-istonku u fl-imsaren. Dan ħallieh bla saħħa, imma huwa xorta kien determinat li jidħol fit-taqbida u ma qal lil ħadd b'dan ħlief lill-kowċ tiegħu. It-taqbida kienet waħda missielta, fejn Scaccia tefa' ħafna daqqiet u Schembri tefa' ftit inqas minnu, iżda d-daqqiet tiegħu kienu ħafna iktar nodfa u bed jolqtu sew. Iżda tnejn mill-ġudikaturi għal xi raguni raw l-aggressività mhux effettiva tiegħu tajba biżżejjed biex jirbaħ hu, u l-ġudikatur li baqa' qataghha favur tiegħi, allura Schembri tilef b'deċiżjoni tal-punti. Nimxu għal nhar l-20 ta' Mejju, fejn Schembri reġa' kkompeta kontra Luigi Leonardi - Boxer ta' kalibru tajjeb u professjonali Taljan. Għal din it-taqbida, Schembri reġa' tela' Londra għal training camp ma' Barry Smith, fejn provdielu sparring mill- aqwa, u tħarreġ hawn Malta fil-Fight Factory Home of Champions, li hu l-ikbar gym li hawn ġewwa Malta, ġewwa Fort Fitness. Sfortunatament ftit jiem qabel din it-taqbida, Christian reġa' marad u qabdu virus fi griżmeh u beda jitlagħlu d-deni, iżda bħall-ġlieda ta' qabel kien determinat li jikkompeti xorta. Din id-darba imma ma kienx qed iħossu daqshekk bla saħħa, u wera fil-prestazzjoni tiegħu, fejn huwa iddomina t-taqbida kollha mill-bidu sal-aħħar, u għalkemm ma rebaħx b'knock-out, rebaħ kull rawnd tat-taqbida u weġġa' lill-avversarju tiegħu kemm-il darba. Ftit wara kien diġà beda jipprepara għall-taqbida f 'Ġunju, imma minħabba inċident fl-isparring gimgħatejn qabel it-taqbida hawn Malta ma' top fighter professjonali Ingliż, Joel McIntyre, fejn laqtu b'uppercut u fetaħlu l-punti li kellu antiki, Schembri, kellu jwaqqaf it-taħriġ tiegħu tal-boxing għall- ġimgħa u nofs, u kellu jipposponi it-taqbida għal iktar tard fis-sajf. Il-promoter tiegħu Demis Tonna avviċinah biex jieħu sehem f 'wieħed mill-ikbar avvenimenti tal-boxing li qatt sar hawn Malta. Ġie organizzat Boxing Village f 'Malta nhar il-25 ta' Awwissu, għall-okkazjoni tat-taqbida storika bejn Floyd Mayweather u Conor McGregor, fejn ġiet murija fuq Big Screen. Huwa kien tal-idea li Schembri jagħmel taqbida ma' fighter tal-MMA Taljan, Francesco Formica, bħala tribut għal din it- taqbida storika. Christian ovvjament aċċetta u reġa' beda jitħarreġ b'intensità kbira, għax ma riedx li jitlef fuq ġurnata storika bħal din b'ammont konsiderevoli ta' nies li kienu ġejjin jarawhom. It-taħriġ sewa kollu, fejn Schembri kien ta' klassi ħafna iktar għolja minn ta' Francesco Formica. Huwa beda jiddomina mill-ewwel rawnd u kien qiegħed jolqtu b'ħafna daqqiet b'saħħithom u preċiżi, u għaldaqs tant ir-referi waqqaf il-ġlieda fis-sitt u l-aħħar rawnd u Christian ġie ddikjarat rebbieħ b'knockout tekniku. Kienet rebħa sodisfaċenti ħafna fejn l-ispettaturi kienu mpressjonati bil-prestazzjoni tiegħu. Dan ix-show kien sabih ħafna għal Schembri wkoll għax barra t-taqbida tiegħu, kellu tliet atleti dilettanti jittrenjaw miegħu fil-Fort Fitness Boxing Club - Team Coqqos li kkompetew ukoll, David Turek, Alessia Vella u Ryan Micallef. Ryan rebaħ it-taqbida tiegħu, Alessia tilfet bil-punti imma ta prestazzjoni tajba u David kellu esebizzjoni mhux kompetittiva. It-taqbida li jmiss kienet ferm vicina, u kienet ħafna faċli għal Schembri li jibqa' għaddej bit- taħriġ intensiv u jżomm il-piż tiegħi baxx. Qabel din it-taqbida avviċinah kowċ ta' statura kbira fl-isport tal-boxing li b'fortuna kbira qiegħed jgħix hawn Malta, Donny 'The Golden Boy' Lalonde. Donny huwa eks champion tad-dinja tal- federazzjoni WBC, waħda mill- iktar federazzjonijiet tal-boxing storiċi u ta' saħħa fid-dinja, u ġġieled ma' fighters mill-aqwa bħal Sugar Ray Leonard, Bobby Czyzz, Mustafa Hamsho u Virgil Hill. Għandu esperjenza kbira u tħarreġ mal-aqwa kowċis u fighters li hemm ġewwa l-Kanada u l-Amerika. Schembri, wara li ddiskuta l-pożizzjoni tiegħu ma' Steve Martin, ħataf din l-opportunità u hu tah t-taħriġ għat-taqbida kontra Alessangra Ruggiero tal-25 ta' Settembru. L-avvanzi fit-teknika tiegħu f 'din it-taqbida dehru ċari, fejn fid-difiża tiegħu kien ħafna aktar attent, jaħrab id-daqqiet flok jilqagħhom u kellu rebħa konvinċenti kontra boxer validu ħafna, u kompla tiela' fir-rankings mondjali tal-kategorija Super Middle Weight. Finalment, nitkellmu fuq l-aħħar ġlieda tas-sena, li seħħet fid-disgħa ta' Diċembru. Din kienet ġlieda diffiċli kontra l-boxer Kolombjan Jorge Ortiz, veteran ta' 'l fuq minn sittin ġlieda. Il-preparazzjoni tiegħu kienet eċċellenti, u bħaż-żewġ ġlidiet ta' qabel is-saħħa baqgħet miegħu u ma kellux kumplikazzjonijiet ta' viruses. Segwa l-pariri kollha tal-kowċ Donny Lalonde, u t-taħriġ tiegħu kien intensiv ħafna, fejn kien qiegħed iqum kuljum fl-4:30am, joħroġ jagħmel il-ġiri skont il- programm tal-ġurnata, imbagħad lejn il-11am jagħmel bejn 16 u 20 rawnd boxing, skont kif jirrikjedi l-programm tal-ġurnata. Sab għajnuna kbira ħafna wkoll minn Super Steve Martin fejn xorta baqgħu jaħdmu flimkien għall- isparring, kemm bejniethom, kif ukoll mal-boxers tal-gym Fight Factory Home of Champions. B'hekk huwa daħal f 'kundizzjoni fiżika u psikoloġika eċċellenti, u ddomina l-ġlieda mill-bidu sal-aħħar, bi tmien rawnds mirbuħa minn tmienja. L-avversarju kien frustranti u makakk hafna, fejn beda jiddefendi u jistenna li Schembri jiftaħ biex jolqtu b'kontrattakk b'saħħtu, imma l-pjan sfaxxa kollu għax sal-aħħar tal-ġlieda Christian kien imlieh bl-attakk tiegħu. B'hekk is-sena 2017 kienet waħda ferm pożittiva għal Christian Schembri, fejn irnexxielu jitla' fil-189 post fir-rankings mondjali minn 1500 boxer fil-kategorija tiegħu. Il-pjanijiet huma li l-2018 tkun ikbar, bi ġlidiet għal titli importanti u taqbidiet kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Dan kollu ma jkunx possibli mingħajr l-għajnuna tal- isponsors prinċipali tiegħu li huma Fort Fitness, Eat Me I'm Famous, Remax |Alliance u Eurosport Malta. Bl-għajnuna tagħhom, huwa jkun jista' jipprovdi lilu nnifsu b'taħriġ mill-aqwa kemm hawn Malta kif ukoll barra l-pajjiż u jsostni ruħu bl- aħjar prodotti. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Christian Schembri, xtaq jirringrazzja lill-partitarji kollha tiegħu, li grazzi għas-sapport tagħhom, huwa jirnexxielu jiġġieled quddiem ammont ta' nies sostanzjali u kull darba jkollu sapport kbir. Huwa xtaq jirringrazzja wkoll lill-ġenituri tiegħu tal-għajnuna li jtuh regolarment sal-lum il-ġurnata għalkemm diġà għandu 25 sena, u lit-tfajla tiegħu tas-sapport li ttih fil- ħajja ta' kuljum u l-paċenzja kbira li tieħu bil-ħajja tiegħu! Il-boxer ewlieni Malti, Christian 'Ċoqqos' Schembri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017