Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 29 Illum l-ASMK torganizza l-attività 'Inħabbtuhom għall-Istrina' ILLUM il-Ħadd 17 ta' Diċembru, l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' ħa torganizza l-attività speċjali li ssir kull sena fi żmien il- Milied. Bħal snin preċedenti l-attività tiġi mtella' biex jinġabru fondi għall- ISTRINA. F'din l-24 edizzjoni ta' din l-attività fil-programm tal-ġurnata sejrin naraw is-sezzjoni Autocross bir-raba' programm mill- Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2017/2018 u l-Muturi Motocross li ser itellgħu attività Fun Race. Il-programm tal-ġurnata jibda fit-8am bil-muturi u l-karozzi jsegwu mil-10am. Il-programm mistenni jispiċċa bid-Demolition Derby li tibda għall-ħabta tat-3:30pm. Għalkemm il-kompetituri tad-Demolition qed isibuha diffiċli ħafna li jixtru karozzi qodma għal dan l-avveniment tad-Demolition li jittella' darba fis-sena, 42 kompetitur irreġistraw għal din il-kompetizzjoni. Għalkemm nofs is-sewwieqa huma ġodda, in-nofs l-ieħor huma sewwieqa li s-soltu jieħdu sehem f 'din il-logħba. Għaldaqstant f 'din l-edizzjoni huwa iktar diffiċli li jkun previst min se jkun ir-rebbieħ u r-Runner-Up tiegħu. Għalkemm il-ħbit bil-karozzi huwa l-irwol ta' din il-logħba is-sewwieqa għandhom regoli ta' sigurtà speċjali x'josservaw sabiex titħares is-saħħa tas-sewwieqa kollha. Ir-regoli preventivi għal din il-logħba jridu jkunu osservati mis-sewwieqa kollha matul u sal- aħħar tad-Demolition Derby. Dan filwaqt, li l-Assoċjazzjoni tieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtiega biex dan iseħħ. Intant, tmiem il- ġimgħa li għadda kien wieħed impenjattiv għall-Assoċjazzjoni fejn nhar il-Ġimgha 8 ta' Diċembru 2017 fil- Kumpless Sportiv f 'Ta' Qali ġiet organizzata it-tielet attività mill- Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018. Ir-riżultati tal-motocross kienu dawn: Fi Klassi A ir-rebbieħ ta' din il-klassi kien Clayton Camilleri fuq muturi KTM. Dan kien segwit min ħuħ Kyle Camilleri ukoll fuq mutur KTM. Fit- tielet post spiċċa Paul Muscat fuq mutur Husqvarna fil-waqt li fir-raba post spiċċa David Dimech fuq mutur Honda. Fi Klassi B rajna lil James Zahra fuq Sherco jirbaħ din il-klassi segwit min Bernard Sammut fuq mutur Beta. Fit-tielet post spicca Brandon Slowe fuq mutur Honda filwaqt li fir-raba post daħal Daniel Inguanez fuq mutur Honda. Fil-Klassi Veterans Paul Deguara fuq mutur KTM iddomina u rebaħ din il- klassi segwit min sewwieq Għawci Robert Spiteri fuq mutur Yamaha. Fit-tielet post spiċċa Daniel Bonnici fuq mutur KTM filwaqt li fir-raba post daħal Andrew Cassar li wkoll ikkompeta b'mutur KTM. L-attivitajiet komplew il- Ħadd 10 ta' Diċembru 2017 fil-Barriera tal-Magħlaq Limiti tal-Qrendi. Hawn ġiet orgnaizzata it-tieni attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Wotomoto Enduro 2017/2018 fejn b'kollox ħadu sehem 20 kompetitur maqsuma fit-tliet klassijiet. Matul din il-ġurnata kellna dawn ir-rizultati: Fi Klassi A Bernard Sammut fuq mutur Beta rebaħ din il-klassi kif ukoll it-tiġrija overall b'ħin ta' 5 minuti 57.089 sekondi segwit minn James Zahra fuq mutur Sherco b'ħin ta' 5 minuti 58.701 sekondi waqt li fit-tielet post spiċċa Joseph Scicluna fuq KTM b'ħin ta' 6 minuti 4.418 sekondi. Fi Klassi B George Schembri fuq KTM rebaħ din il-klassi b'ħin ta' 6 minuti 33.557 sekondi segwit min Gabriel Muscat fuq KTM b'ħin ta' 6 minuti 53.052 sekondi. It-tielet post intrebaħ minn Clayton Schembri fuq KTM b'ħin ta' 7 minuti 5.819 sekondi. Fi Klassi C rajna lil Kurt Muscat fuq Yamaha jirbaħ din il-klassi b'ħin 10 minuti 17.795 sekondi. Miegħu kellu lil Keith Baldwin fuq Beta u Clovert Abela fuq KTM li ma spiċċawx it-tiġrija minħabba ħsara teknika fil-muturi. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha wkoll fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni tal-Facebook bl- isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email:- info@asmk.org.mt Clayton Schembri fuq mutur KTM waqt l-Enduro Ritratt - Mario Micallef Arsenal jiksbu rebħa minima kontra Newcastle United minn Cristian Antony Muscat ARSENAL rebħu lil Newcastle bl-iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku ikun skorjat minn Mesut Ozil fit-23 minuta. Intant, Chelsea għelbu lil Southampton bl-istess skor bil-gowl jiġi skurjat minn Alonso qabel il- mistrieħ. Huddersfield Town kisbu rebħa tajba meta barra minn darhom għelbu lil Watford bl-iskor kbir ta' 4-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Kachunga wara 6 minuti, irdoppja Mooy fit-23 minuta u Depoitre għamilhom 3-0 fil-50 minuta. Għal Watford skorja Doucoure fit-68 minuta u Huddersfield żiedu ieħor fl-aħħar minuta minn penalty ta' Mooy. Intant, Brighton u Burnley, temmew il-konfront ta' bejnitehom fi draw ta' mingħajr gowls. Leicester City ġewwa darhom sfaw megħluba minn Crystal Palace meta tilfu bl-iskor ta' 3-0. Kien Christian Benteke li fetaħ l-iskor għat- tim minn Londra wara 19-il minuta logħob u Wilfried Zaha rdoppja l-iskor fl-40 minuta. Bakary Sako skorja t-tielet gowl fid-90 minuta għal Crystal Palace. Mesut Ozil jiskorja l-gowl tar-rebħa għal Arsenal RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Leicester City vs Crystal Palace 0-3 Arsenal vs Newcastle United 1-0 Brighton vs Hove Albion vs Burnley 0-0 Chelsea vs Southampton 1-0 Watford vs Huddersfield Town 1-4 Stoke City vs West Ham United 0-3 FIXTURES Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 15:15 West Bromwich Albion vs Manchester United 17:30 AFC Bournemouth vs Liverpool It-Tnejn 18 ta' Diċembru 21:00 Everton vs Swansea City Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 12:30 Hellas Verona vs AC Milan 15:00 Bologna vs Juventus 15:00 Crotone vs ChievoVerona 15:00 Fiorentina vs Genoa 15:00 Sampdoria vs Sassuolo 18:00 Benevento vs SPAL 2013 20:45 Atalanta vs Lazio

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017