Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

21 Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Kemm konna qrib... D in il-ġimgħa konna qrib ħafna. Qrib li tittieħed deċiżjoni li tista' tweġġa' lil pajjiżna b'mod drastiku ħafna. Tweġġa' 'l-ekonomija, ħafna postijiet tax-xogħol u isem pajjiżna. Minkejja li fit-3 ta' Diċembru din il-gazzetta, wara kuntatt mal- Kummissjoni Ewropea, kienet żvelat kif Malta mhux se tkun fuq il-lista s-sewda tal-istess Unjoni Ewropea, kif fil-fatt ġara, din il-ġimgħa l-Parlament Ewropew kien 24 vot biss 'il bogħod milli jirrakomanda li pajjiżna jkun meqjus bħala 'tax haven'. Dan kien ikun ifisser li s-settur finanzjarju Malti mhux biss ikun taħt il-lenti, imma wkoll li jaqla' daqqa qawwija. Dan ikun ifisser li dan is-settur li jħaddem eluf ta' nies u li jfisser qligħ ta' miljuni għal pajjiżna jkun ipperikolat. Huwa importanti li wara l-vot ta' din il-ġimgħa, bħala pajjiż, nibdew tassew niddiskutu x'inhi t-triq 'il quddiem u ma nibqgħux naġixxu qisu ma ġara xejn. L-ammont ta' voti ugwali juri illi hemm reżistenza qawwija biex is-sistema li tħaddem Malta flimkien ma' pajjiżi oħrajn ta' rati favorevoli ta' taxxa jibqgħu fis-seħħ. Jidher allura wkoll li hemm moviment dejjem jikber ta' rappreżentanti tal- popli Ewropej fi Brussell li qed jaqblu mas-Soċjalisti illi l-profitti għandhom ikunu intaxxati fil-pajjiż fejn hemm l-operat u mhux f 'pajjiż ieħor fejn ir-rati ta' taxxa huma iktar favorevoli. Dan kollu jfisser illi għall- ewwel darba u aktar minn qatt qabel qed tkun sfidata l-awtonomija li s'issa stati membri kellhom fil-qasam tat-tassazzjoni. Din minnha nnifisha hija realtà li bħala pajjiż irridu naffaċċjaw u nibdew niddiskutu. Bħala parti minn din l-għaqda ta' pajjiżi, li fir-realtà għandha elementi qawwijin favur il-federaliżmu, pajjiżna jaqbel illi kull pajjiż ikun jista' biss joffri jew jitlob ħlas tal-istess rata ta' taxxa? Mhux biss taxxa għal min jopera jew ikollu l-indirizz tal-kumpanija f 'pajjiżna, imma wkoll rata komuni ta' taxxa fuq is-servizzi, ngħidu aħna? Dawn l-affarijiet jeħtieġ niddiskutuhom u jeħtieġ ukoll li nkunu nafu eżattament fejn jinsabu ż-żewġ partiti fuq din il- kwistjoni. Imma lil hinn mis-servizzi finanzjarji u l-attentati kważi ta' suċċess biex isem Malta jitniżżel fuq lista xejn dinjituża, ta' min nistaqsu wkoll jekk bħala pajjiż aħniex qed inħarsu lil hinn minn dan is-settur. Qed nikbru biżżejjed u noħolqu biżżejjed niċeċ ekonomiċi ġodda biex jekk jiġri dak li ħadd ma jixtieq li jiġri jkollna x'jilqa'? Qed naraw li dawk in-niċeċ li qed noħolqu qed iħallu l-frott mixtieq? Illum niftaħru bis-servizzi finanzjarji u l-fatt li pajjiżna attira mijiet ta' investituri u kumpaniji, speċjalment fil-gaming u li jħaddmu eluf ta' nies. Niftaħru li ġibna lejn pajjiżna diversi kumpaniji farmaċewtiċi, li għal darb'oħra jħaddmu eluf ta' nies. Pajjiżna jiftaħar bil-fatt illi fl-aħħar snin fetaħ il-bibien għall-kumpaniji tal- avjazzjoni, biex hawn ukoll qed jitħaddmu eluf ta' nies. Dawn huma kollha niċeċ ekonomiċi ġodda li kienu u għadhom parti mill-fatt illi l-ekonomija sejra tajjeb u parti mill-fatt li l-ekonomija ma marritx daqstant ħażin meta kellna l-kriżijiet madwarna. U allura fid-dawl tal-fatt illi wieħed minn dawn is- setturi qed jiffaċċja theddida reali u serja b'reżistenza għandu jiftħilna għajnejna u jġegħelna mhux biss niddiskutu u nipproteġu s-servizzi finanzjarji, imma wkoll inħarsu lejn oqsma ġodda u sostenibbli ta' kif jista' jinħoloq il-ġid u postijiet tax-xogħol ta' kwalità. Xi darba jista' jkun li tibda nieżla x-xita, għandna umbrella tajba biżżejjed għal dakinhar? Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017