Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776
illum Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 Sports 32 Shaun Galea u Celine Pace ddikjarati bħala Triatleti tas-Sena għall-ewwel darba ILMALTA Triathlon Federation ġabet fi' tmiemu staġun ieħor ta' multisport ftit tal-ġimgħat ilu. Bħal dejjem, l-aħħar titlu biex jintrebaħ huwa dak tal-iskema ta' punti tat- Triathlete Of The Year (TOTY). Din il-klassifika tagħti punti lill- atleti kollha li jkunu ħadu sehem it-tlielaq li jkunu ġew organizzati jew sanzzjonati mill-Federazzjoni matul l-istaġun billi jitqassmu punti skont il-klassifiċi ta' kull tellieqa. Galdaqastant dan ikun qed jagħmel enfażi fuq il-konsistenza matul is- sena kollha. Il-kalendarju tal-multisport tal- 2017 kien jikkonsisti fi 13-il tellieqa li kienu jvarjaw minn triathlon sprint, aquathlon, duathlon u l-qofol ġie milqugħ waqt il-kampjonat nazzjonali tat-triathlon f 'Ottubru li għadda. Il- klassifika finali tat-TOTY inħadmet fuq l-aqwa disa' punti ta' kull atleta, li jagħmel din l-inizjattiva waħda tassew missielta bejn l-atleti kollha ta' kull livell u ta' kull eta'. Fil-kategorija overall tal-irġel, kien l-istilla żgħażugħa Shaun Galea li spiċċa l-ewwel biex rebaħ l-ewwel titlu tat-TOTY tiegħu, filwaqt li rebaħ ukoll l-ewwel post tal- kategorija ta' Taħt l-20 sena. Is-saħħa tal-ġenerazzjoni żgħażugħa kienet evidenti hekk kif żagħżugħ ieħor, Neil Markham spiċċa fit-tieni post biex tejjeb il-pożizzjoni tiegħu mis-sena l-oħra fejn kien ġie fit-tielet post. Markham rebaħ ukoll il-kategorija ta' Taħt it-23 Sena. Fit-tielet post ġie Nicholas Bilocca li rebaħ post fuq il-podium għall-ewwel darba wara staġun tassew konsistenti, fejn rebaħ ukoll il-kategorija ta' 'l fuq minn 40 sena. Fis-sezzjoni Feminili, kienet it- triatleta ġdida Celina Pace li rebħet l-unur u kienet iddikjarata Triatleta tas-Sena għall-ewwel darba, hekk kif rebħet ukoll it-titlu ta' 'l Fuq minn 30 Sena. Margaret Seguna spiċċat fit-tieni post kif ukoll fl-ewwel post ta' dawk 'il Fuq minn 35 Sena, wara staġun b' saħtu. Iż-Żagħżugħa Anjelika Ruggier spiċċat fit-tielet post u l-ewwel fil-kategorija tan-nisa ta' taħt it-23 Sena. Il-lista sħiħa tar-rebbieħa hija din: Klassifika Sħiħa L-ewwel post : Shaun Galea & Celine Pace It-Tieni post : Neil Markham & Margaret Seguna It-Tielet Post : Nicholas Bilocca&AnjelikaRuggier Ir-Raba' Post: Graham Borg & Lara Buttigieg Il-Ħames Post : Bernard Sant & Michelle Vella Wood Is-Sitt Post : Alan Borg & Hannah Pace Is-Seba' Post : Stanislav Vaipans& Suzanne Farrugia It-Tmien Post: Nathan Farrugia & Karen Amato Id-Disa' Post : Michael Galea &Felicienne Mercieca L-Għaxar Post : David Agius Lia & Isabelle Caruana Klassifika tal-Kategoriji tal-Età Taħt l-20 Sena : Shaun Galea Taħt l-23 Sena : Neil Markham &AnjelikaRuggier 'Il Fuq minn 30 Sena : James Cuschieri & Celine Pace 'Il Fuq minn 35 Sena: Graham Borg & Margaret Seguna 'Il Fuq minn 40 Sena: Nicholas Bilocca& Karen Amato 'Il Fuq minn 45 Sena: Kevin Muscat & Maria Vella-Galea 'Il Fuq minn 50 Sena: Raymond Borg & Suzanne Farrugia 'Il Fuq minn 55 Sena: Twanny Fenech & Debbie Caruana Dingli 'Il Fuq minn 60 Sena: Marian Belsten Fi stqarrija, Cyprian Dalli, president tal-Malta Triathlon Federation feraħ lir-rebbieħa kollha u rringrazzja lill- atleti kollha li ħadu sehem fit-tlielaq multisport kollha tal-istaġun. Dalli irringrazzja wkoll lill-organizzaturi tat-tlielaq, il-klabbs affiljati, dawk li jgħinu waqt l-avveniment minn wara l-kwinti imma li jżommu il-komunità lokali tat-triathlon ħajja matul is-sena. Jilagħbu t-table tennis għall-Istrina TOPSPIN Table Tennis Academy kienet parteċipi fil-festa ta' solidarjetà tal- Istrina 2017. Dan hekk kif għar- raba' sena konsekuttiva, l-Akkademja organizzat tournament għall-istudenti tagħha fejn id-dħul mar kollu għall-Istrina. Għat-tournament, li ttella' lbieraħ16 ta' Diċembru, kien hemm rappreżentant mill-uffiċċju tal-President ta' Malta liltaqa' mal- membri tal-Akkademja filwaqt li kiseb tagħrif dwar l-attivitajiet li jiġu organizzati minn żmien għal żmien. Barra minn hekk, għas-sena 2017/2018, l-Akkademja qed terġa' tieħu sehem fil-lig nazzjonali; din id- darba bi 3 timijiet fir- raba' diviżjoni, li tnejn minnhom jinsabu fl- ewwel u fit-tieni post, tim fit-tielet diviżjoni li bħalissa jinsab f 'nofs il-klassifika, tliet timijiet fit-tieni diviżjoni, fejn tim minnhom jinsab fl-ewwel post, kif ukoll tim fl-ewwel diviżjoni, li fil-preżent qed jiġġieled għat-titlu. Apparti dan, illejla, l-Akkademja se torganizza l-ikla annwali tal-Milied, liema ikla tippremja u tiċċelebra l-ħidma u d-dedikazzjoni kontinwa tal-istudenti tagħha. L-Akkademja tfakkar li qed tilqa' studenti ġodda ta' kull età, subien u bniet. Għal iktar tagħrif wieħed jista' jikkuntattja lill-Kowċ Edward Baldacchino fuq in-numru tal-mowbajl, 99470278 jew jidħol fuq il-paġna tal-Facebook tal- istess Akkademja. Topspin Table Tennis Academytawgura l-festi t-tajba lil kulħadd! Ringrazzjament speċjali għal dan l-artiklu jmur għal Lara Michelle Camilleri, li hija s-Segretarja u studenta ta' TopspinTable Tennis Academy. Il-kowċ ta' Topspin Table Tennis Academy, Edward Baldacchino, -azzjoni