Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 33 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol internazzjonali... ALEX SANDRO - Wara li ssemma' għal diversi drabi ma' Chelsea, il-plejer ta' Juventus Alex Sandro qed iqanqal ukoll l-interess tal-klabb ta' Manchester United. Fil-fatt il-kowċ Jose Mourinho ġie kkwotat jgħid fuq The Daily Record illi jippreferi lill-player Brażiljan fuq il-linja xellugija milli lil Danny Rose illi wkoll ġie avviċinatmir-Red Devils. Il-kowċ Portugiż iqis lill-internazzjonali Brażiljan bħala pedina fundamentali sabiex isaħħaħ id-difiża tiegħu jekk mhux issa, lest illi jistenna ftit ieħor bl-għan illi jikseb is-servizzi tiegħu. GONZALO HIGUAIN - Jidher illi l-wirjiet tajbin illi qed jagħti l-attakkant prolifiku ta' Juventus Gonzalo Higuain ma ħarbux għajnejn il-kowċ tat-tim nazzjonali Arġentin, Jorge Sanpaoli illi wara li skorja l-gowl waħdieni kontra Napoli ddeċieda li jikkuntattja lill-plejer imlaqqam 'El Pipita'. L-idea tal-kowċ Ċilen hu li jinkludi lil Higuain għall-partiti ta' ħbiberija li ser ikun hemm minn Marzu 'l quddiem sabiex fl-istess ħin jieħu idea tal-kundizzjoni fiżika tal-plejer kif ukoll jikkunsidra illi jtellgħu bħala wieħed mit-23 plejer illi jridu jmorru r-Russja għat-Tazza tad-Dinja li ser issir fis-sajf illi ġej. ATHUR MELO - Chelsea daħlu fit-taqtiegħa sabiex jiksbu l-firma tal-plejer ta' nofs il-grawnd ta' Gremio, Athur Melo. Skont TheMirror, Melo kien qed jiġi avviċinat minn Barcelona u Manchester United bl-għan illi jagħmel parti mill-iskwadra tagħhom għall-istaġun illi ġej meta tqis illi dan il-plejer għad għandu biss 21 sena u b'futur sabiħ quddiemu. Skont Antonio Conte, il-kowċ ta' Chelsea, Melo jista' jkun utli sabiex ikun is- sostitut ta' Cesc Fabregas illi għadu indeċiż x'se jagħmel fil-futur qrib. MARCO ASENSIO - Wara li tefgħu mal-ġenb l-idea illi jakkwistaw lill-attakkant minn Wales Gareth Bale, id-diriġenti ta' Manchester United qegħdin jaħsbu f 'soluzzjoni Spanjola hekk kif id-diriġenti tar-Reds qed josservaw mill-viċin lill-plejer ta' nofs il-grawnd ieħor. Dan m'hu ħadd ħlief Marco Asensio illi għad għandu biss 21 sena u li qed juri logħob sabiħ sena wara l-oħra. It-tim illi jilgħab f 'Old Trafford huma fiduċjużi illi jiksbu l-firma tal-internazzjonali Spanjol anke minħabba l-fatt illi ftit qed isib spazju fl-ewwel ħdax tal-kowċ tal-Merengues, Zinedine Zidane. Din l-operazzjoni tista' sseħħ kmieni x-xahar id-dieħel meta jerġa' jiftaħ is-suq tat-trasferimenti tax-xitwa. EMRE CAN - Inter ingħaqdu ma' Juventus bil-għan illi jakkwistaw is-servizzi tal-midfielder Ġermaniż Emre Can. Dan tal-aħħar ser ikun bla kuntratt f 'Anfield fl-aħħar tal-istaġun u filwaqt illi lejn l-aħħar tas- sajf illi għadda kien veru viċin li jiffirma mal-Bianconeri xi ħaġa donnha ma ħadmitx u kellu jibqa' staġun ieħor mar-Reds. Hekk kif kollox għadu miftuħ dwar id-destinazzjoni tal-Ġermaniż, illi mistennija tkun l-Italja, wieħed ser jara dwell bejn La Vecchia Signora u n-Neroazzurri ħalli wieħed minnhom jikseb il- firma tal-plejer. DANIEL STURRIDGE - Il-klabb Spanjol illi jilgħab fil-La Liga, Real Betis huma lesti illi jiksbu s-servizzi tal-attakkant ta' Liverpool, Daniel Sturridge. L-internazzjonali Ingliż qed isibha diffiċli sabiex isib postu fl-ewwel 11 ta' Jurgen Klopp u fl- opinjoni ta' ħafna segwaċi tal-futbol Ingliż tgħid illi bidla tista' tagħmel tajjeb lil dan l-iskorer prolifiku. Dan kollu jista' jsir f 'Jannar, b'Real Betis illi jinsabu xxamplati f 'nofs il-klassifika li iżda jixtiequ qabża fil-kwalita' fit-tentattiv illi jimmiraw post għallinqas fl-UEFA Europa League għall-istaġun illi ġej. Sturridge ilu ma' Liverpool sa mis-sena 2013 fejn lagħab 98 partita u skorja 48 gowl fil-karriera tiegħu mal-klabb minn Merseyside. DARMIAN U SHAW - Manchester United qed jevalwaw diversi offerti illi qed jirċievu mingħand klabbs Ingliżi u Ewropej sabiex ibigħu lid-difensuri tagħhom Luke Shaw u Matteo Darmian. Shaw, illi spiss ibati minn injuries, qed jiġi offrut lil diversi klabbs tal-Premier League Ingliż. Min-naħa ta' Darmian, illi tant impressjona fl-ewwel xhur mal-United, qed jitqies bħala plejer żejjed mill-kowċ Jose Mourinho. L-għan aħħari tal-United huwa illi jġibu biżżejjed flus sabiex jixtru wieħed jew saħansitra żewġ plejers fid- dipartiment difensiv b'Alex Sandro ta' Juventus u Danny Rose ta' Tottenham Hotspurs l-iktar ismijiet illi qed jissemmew fil-kurituri ta' Old Trafford. minn Cristian Antony Muscat PIERRE-EMERICK AUBAMEYANG - Everton qegħdin jippjanaw offerta inkredibbli ta' £60 miljun sabiex jakkwistaw lill-attakkant prolifiku ta' Borussia Dortmund Pierre-EmerickAubameyang. Dan żvelah il-ġurnal Ingliż The Mirror illi qed jikkwota lid-diriġenti tat-Toffees illi jridu sostitut denju ta' Romelu Lukaku li telaq lill-club fis-sajf li għadda sabiex ingħaqad ma' ManchesterUnited. Il-kowċ il-ġdid Sam Allardyce jixtieq pedina importanti u l-plejer mill- Gabon huwa s-soluzzjoni meta tqis illi dan tal-aħħar xejn ma jinsab stabbli fis-Signal Iduna Park ta' Dortmund. LEON BAILEY - Il-kowċ ta' Chelsea Antonio Conte qed ifittex illi jsaħħaħ it-tim ħalli jiġu evitati ħafna żbalji li kkaraterizzaw ħafna mill-wirjiet tat-tim tiegħu. Il-Blues huma lesti joffru £20 miljun lira biex jiksbu lill-attakkant mill- Ġamajka Leon Bailey illi għad għandu biss 19-il sena. Huma kienu ilhom jarawh u jinnutawh bil-kowċ Conte jagħti parir illi jinxtara dan il-plejer. Bailey lagħab ma' Genk u ma' Bayer Leverkusen fil-karriera qasira tiegħu u huwa meqjus bħala talent mill-aqwa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017