Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776
Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 | illum Sports 35 Jien fil-verità għamilt id-debutt internazzjonali tiegħu proprju kontra Malta fis-sena 1986. Dak iż-żmien konna lgħabna f 'Ta' Qali u rbaħna 1-0 b'gowl li ġie skorjat minn Altobelli. Il-logħba kontra pajjiżkom għandha sinjifikat speċjali għalija għax minn hemm bdejt it-triq tiegħi biex nitla' skaluna oħra fi-karriera internazzjonali tiegħi. Kien żmien ukoll meta mal-Italja kienu jilagħbu plejers minn klabbs tal-Juventus, Inter u Milan. Plejers ta' Napoli u Roma ftit kienu jissejħu u tista' taħseb kemm fraħna meta jien u Bruno Conti konna ħadna l-ewwel sejħa tagħna. Nitkellmu dwar it-tim nazzjonali Taljan tal-lum il-ġurnata. L-Italja ma rnexxilhiex tgħaddi għall-fażi finali tat- Tazza tad-Dinja. X'ġara eżatt? Li ġara hu illi bħala pajjiż ma rajniex tibdil għall-aħjar, bqajna fl-istess livell. Dawn iż-żgħażagħ illi libsu l-flokk tal-Italja ma kinux qed jagħtu l-mija fil-mija. Ma kinux qed joħorġu l-għaraq ta' ġbinhom għal pajjiżhom. Kien hemm ħafna temi illi ma ġewx indirizzati u dan wassal sabiex ma rnexxilniex nikkwalifikaw għat-Tazza tad- Dinja. U x'taħseb dwar il-kowċ Giampiero Ventura? Naħseb illi Ventura kien problema oħra. Kellu xi tilwim ma' xi plejers u dan kompla naqqas l-armonija fit-tim. U jekk kowċ ikollu problema mal-plejers imbagħad ikun diffiċli li jerġa' jgħaqqad il-grupp. Nitkellmu issa dwar it-tim ta' Roma tal- lum il-ġurnata. Taħseb illi għandhom ċans jieħdu l-kampjonat jew iċ- Champions League? Nemmen illi t-triq lejn ir-rebħ taċ-Champions League hija ferm aktar diffiċli mil-lig għax hemm timijiet b'saħħithom wisq bħal ManchesterUnited, Barcelona, Real Madrid u Paris St Germain. Fil- kampjonat il-Giallorossi jistgħu jisfidaw għall-unuri ma' klabbs bħal Juventus, Inter u Napoli. Sadanittant ejja ngawdu lil Roma illi qed jilagħbu futbol veru sabiħ matul dan l-istaġun. Nafu illi fadlilhom logħba x'jirkupraw u għalhekk kapaċi jitilgħu aktar 'il fuq fil-klassifika. Xi jfisser Francesco Totti għal Roma. Tqabbel lil Totti mal-ħiliet li kellek int? Ma' Francesco Totti għandi ħbiberija kbira. Meta kien beda ma' Roma kellu biss sittax-il sena u jien kont wasalt biex nirtira ftit ftit bħala plejers. Mill-ewwel kien jidher illi huwa plejers speċjali u li kellu xi ħaġa differenti minn ħaddieħor. Taqbel illi t-Taljani jibqgħu jużaw il-VAR? Bħala l-użu ta' din it-teknoloġija naqbel magħha. L-iktar ħaġa li forsi qed iddejjaq in-nies huwa l-ammont ta' ħin li jieħdu sabiex issir deċiżjoni. Però jien narah bħala vantaġġ kbir għax 80% tal-iżbalji li jistgħu jieħdu r-referis issolvihom il-VAR. Kellimni dwar il-karriera tiegħek ta' kowċ. Iva kienu snin fejn ikkowċjajt diversi klabbs lokali bħal Foggia, Grosseto u Gallipoli. Kelli x-xorti wkoll li mmexxi lit-tim nazzjonali Lebaniż fejn ksibt riżultati pożittivi. Bħalissa m'iniex nikkowċja u filwaqt li qed inżomm ruħi attiv qed nistenna xi offerta mingħand xi klabbs. Madankollu trid tkun opportunità fejn jien inkun nista' naħdem għal qalbi u ningħata ċ-ċans kollu li nagħmel dan. Teknoloġija bħal goal-line technology qed tagħti iktar preċiżjoni fejn forsi ma jistax jasal ir-referi jew il-linesman. Taqbel ma' dan kollu? Jekk tkun użata bl-aħjar mod u fiċ- ċirkostanza t-tajba, iva. F'dawn l-aħħar snin saru ħafna esperimenti bħar-raba' referì, l-additional referees u issa hawn il-VAR. L-Italja qed jużawha u issa anke Spanja u l-Ingilterra qed jitħajjru. Fi Spanja m'ilux ġara każ fejn gowl ta' Messi ma ġiex mogħti u għalhekk kieku kien hemm il-VAR dan kollu ma kienx jiġri. Pjaga li qed toħnoq id-dinja tal- futbol bla dubju huwa l-betting u l-korruzzjoni. X'għandu jsir fl-opinjoni tiegħek biex jinqered dan kollu? Mhux faċli għax kull fejn tmur u ddur illum tista' tagħmel betting fuq diversi fatturi bħan-numru ta' fawls illi tim jagħmel, numru ta' korners u diversi affarijiet oħra. Tant saret parti mill-kuntest tal-futbol illi huwa diffiċli teliminah. Biss biss hemm ċerti klabbs illi għandhom kumpaniji tal-betting bħala sponsors fuq il-flokkijiet tagħhom. Jien nemmen illi jekk plejer huwa professjonali jibqa' 'l barra minn dawn l-affarijiet illegali għalkemm b'xorti ħażina l-flus jagħmu lil kulħadd. Kif tarah il-futur tiegħek? Bħalissa qed nistenna okkażjoni tajba biex nikkowċja xi tim. Nispera illi nerġa' nibda nagħmel dan ma ndumx. Nixtieqek tgħaddili l-aħħar messaġġ speċjalment liż-żgħażagħ illi qed jaqraw din l-intervista. Il-futbol jitlob sagrifiċċju kbir iżda meta int tirsisti u tistinka fl-aħħar tieħu s-sodisfazzjon mixtieq. "Il-futbol jitlob sagrifiċċju kbir iżda meta int tirsisti u tistinka fl-aħħar tieħu s-sodisfazzjon mixtieq." tat-tim Nazzjonali Taljan Twieled l-belt ta' Ruma -20 ta' Awwissu 1964. Huwa eks plejer leġġendarju ta' AS Roma u tat-Tim Nazzjonali Taljan li kien imlaqqam bħala 'Il Principe' mill-idoli Rumani minħabba l-kreattività, l-eleganza, it-teknika u l-viżjoni illi kellu l-logħba tal-futbol. Fl-1998 lejlet il-preparamenti tat-tim nazzjonali Taljan għat-Tazza tad-Dinja li kienet ser issir Franza ħabbar illi kien ser idendel iż-żarbun tal-futbol u rtira denittivament mil-logħba. Giuseppe Giannini