Illum previous editions

illum 17 December 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/916776

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 17 ta' Diċembru 2017 | illum Aħbarijiet lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Isem DCG jidwi fl-14-il jum f 'awla 14 L-istorja minn wara l-kwinti ta' dak li ġara f 'awla 14 tal-qorti l-Ħamis li għadda NHAR il-Ħamis 14 ta' Diċembru, f 'awla numru 14 tal-Qorti Kostituzzjonali ta' Malta bdiet il- kumpilazzjoni tal-evidenza kontra t-tliet irġiel li qegħdin jiġu mixlija bil- qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Ċertament dan kien każ li qajjem interess nazzjonali. Każ li mill-bidu tiegħu, jiġifieri l-isplużjoni orkestrata u l-ewwel avvanz determinanti, dak l-arrest ippjanat ġewwa l-menqa tal-Marsa, waslu viżwali fid-djar tal-Malti li trasformaw lil dan il-każ f 'wieħed sinonimu ma' dawk il-ħafna episodji jew films tajbin ta' Hollwyood, li tant imdorrijin naraw. Però sfortunatament, f 'din l-okkażjoni, dan kien kollu reali u kollu qed jiġri ġol- gżira 'kwieta' ta' Malta. Donnu kulħadd kien ħerqan sabiex jisma' l-ewwel traċċi li finalment inkriminaw lit-tliet imputati. Tant hu hekk li, l-uffiċjali tal-Qorti kellhom jieħdu azzjoni kontra persuna li ġibdet ritratt tal-awla bit- telefon ċellulari. Propju fid- 9.30am, tħallew il-manetti tat-tliet akkużati u ddaħħlu ġol-awla, fejn ġew seduti fin-nofs, b'kulma jifred it-tliet akkużati minn mal- familjari ta' Daphne jkunu tliet uffiċjali tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. Tul is-seduta Peter Caruana Galizia, ir-raġel ta' Daphne li kien ukoll ir-rappreżentant tal-familja deher kalm u ffukat fuq il-materja apparti għal mument wieħed meta daħal fl-awla fejn kien pront sabiex iħares għal pawża qasira lejn it-tliet imputati. Kienu sorprendenti l-emozzjonijiet viżivi ta' tliet irġiel. Tul is-seduta Vince Muscat 'il-Koħħu' deher iħares 'l isfel u jikkontempla, ħdejh kien hemm bilqiegħda George DeGiorgio magħruf aħjar bħala 'ċ-Ċiniż'. Dan tal-aħħar deher aġitat u nervuż tul il-proċeduri, enfasizzati b'nifsijiet kbar. Intant, min-naħa tiegħu ħuh, 'il-Fulu', ftit li xejn espona emozzjoni u lanqas kliem, fi kliem ieħor kien preżenti kadavru, ħlif għall- mument li dawwar il-polz sabiex jiċċekja l-ħin. L-unika stinti ta' mozzjoni verbali tul is-seduta ġiet miċ-'Ċiniż' li f 'xi mumenti deher ikellem lil ħuh u lill- 'Koħħu'. Finalment is- seduta ma tantx ikkuntentat il-kurżità tan-nies preżenti u tal-ħafna segwaċi li bdew jaġġornaw ruħhom kontinwament, dan wara li l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech laqgħet it- talba tad-difiża biex tinbidel wara li l-imputati sostnew li hemm konnessjoni mal-familja tal- ġurnalista. Fuq dan il-fatt spikkat, ir- reazzjoni tat-tliet imputati, li wara li l-Maġistrat ħabbret il-pjan tal-bidla b'diskors twil u mimli terminloġiji legali, 'il-Koħħu' u Alfred daru fuq George u minn taħt l-ilsien staqsew, 'ħa tinbidel?' George min-naħa tiegħu wara li kien irenxxielu jiddeċifra d-diskors ta' Frendo Dimech nissel "iva". Kien l-uniku mument li xaqq ta' tbissima kien evidenti fuq il-wiċċ tal- imputati. Fi 15-il sena tressqu 25 persuna l-qorti fuq akkużi ta' 'tixwix' FI 15-il sena, jiġifieri mill-2002 sa Ottubru ta' din is-sena kien hemm b'kollox 25 persuna li tressqu l-Qorti wara li ġew akkużati b'reati ta' 'tixwix' għal mibgħeda razzjali, jew inkella kull forma oħra ta' tixwix kontra persuna fuq bażi ta' reliġjon, ġeneru, identità tal-ġeneru, orjentazzjoni sesswali, razza, kulur, lingwa, oriġini etnika, reliġjon jew opinjoni politika. Mis-sena 2002 sal-2005 fil-fatt ma tressaq ħadd fuq akkużi simili. ma tressaq ħadd lanqas fis-snin 2010, 2011, 2013 u 2014. Biex imbagħad fis-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2012 itellgħet il-Qorti persuna waħda kull sena. L-aktar snin illi fihom ittellgħu nies il-Qorti kienu l-2015, l-2016 u l-2017. Matul dawn is-snin tressqu sitta minn nies, ħamsa u disa' rispettivament. Ħamsa mill-akkużati f 'dawn il- 15-il sena kienu lliberati mill-akkuża ta' tixwix, filwaqt li 12-il każ għadhom qed jinstemgħu fil-Qrati u allura huma sub judice. Minn dawk il-każi illi fihom l-akkużat instab ħati kien hemm erbgħa mill-akkużati li ngħataw sentenza sospiża u multa. Akkużat ieħor ingħata multa ta' €698. Filwaqt li persuna oħra ma nstabitx ħatja tar-reat ta' 'mibgħeda razzjali' jew xi forma ta' tixwix, imma ta' reat ieħor u ngħata piena ta' €5,000. F'każ ta' akkużat partikolari l-proċedimenti kienu 'eżawriti' filwaqt f 'każ ieħor li jmur lura għall-2006 l-persuna ingħatat piena karċerarja. Il-kwistjoni ta' 'tixwix', l-aktar imma mhux biss fuq bażi razzjali, tela' fuq nett tal-aġenda nazzjonali l-aktar minħabba l-profilerazzjoni tal-użu tal-midja soċjali. Dawn iċ-ċifri ngħataw fil-Parlament, mill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia għad- domanda parlamentari tad-Deputat Karol Aquilina.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 17 December 2017