Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935
17 17 N har il-Ħadd, 14 t'Ottubru il- Papa Franġisku daħħal fil- kalendarju tal- qaddisin kanonizzati lil Oskar Amulfo Romero, Arċisqof ta' San Salvador; il-belt kapitali ta' El Salvador fl-Amerika tan-Nofs. Għall-okkażjoni l-Papa Franġisku kien liebes xi ħwejjeġ imċappsin bid-demm tal-Arċisqof Romero mxerred dakinhar li qatluh, fl-24 ta'Marzu 1980. Konverżjoni L-istorja ta l-Arċisqof Romero hija storja ta' konverżjoni. Meta d-dittatur li kien fis-setgħa f 'El Salvador iddeċieda li jagħżel lill Romero bħala l-Arċisqof il-ġdid tal-belt kapitali għax kellu l-fama ta' bniedem moderat, jekk mhux ukoll ta' prelat konservattiv, addattat biex jissokta sitwazzjoni li tagħti garanzija li l-ġid materjali u s-setgħa ta' ftit familji jibqgħu jaħkmu u jisfruttaw għal dejjem. Iżda l-ġrajjiet urew mod ieħor għax f 'Monsinjur Romero seħħet konverżjoni. Romero f 'San Salvador beda jaqra r-realtà tat-tbatija li kienu għaddejjin minnha l-aħjar saċerdoti, il-klassi tal-bdiewa u dawk kollha li kienu qed jissieltu għal soċjetà ġusta u beda jitħabat biex idaħħal l-oħrajn f 'mixja li wasslet lilu wkoll lejn il-Knisja li dejjem għandha d-dmir li tiddefendi lil dawk li huma ppersegwitati u ssir leħen ta' dawk li ma għandhomx leħen, waqt li fittex fl-istess ħin li ma tħallatx il-missjoni tagħha ta' Knisja ma' kull pożizzjoni oħra ta' partit speċjalment ma' dak li jkollu dehra ta' rivoluzzjonarju. Id-djarju Fl-aħħar sentejn ta' ħajtu Romero kien jikteb djarju sa 548 paġna li jixhed il-mixja ta' bniedem li telaq minn pożizzjoni ta' trankwillità u sens komun imma li b'fedeltà lejn l-Evanġelju u b'solidarjetà mal-poplu biex jibqa' sejjer sal-martirju. Romero ma mietx martri għall-fidi imma għall- ġustizzja. Romero kellu jħabbat wiċċu ma' ħafna oppożizzjoni. Ma kienx hemm biss l-oppożizzjoni tat-tużżana familji li kellhom is-setgħa tal-pajjiż. Kellu jitqabad anke fi ħdan il-Knisja. Kienu kontra l-linja tiegħu l-maġġoranza tal-isqfijiet u d-djarju tiegħu juri wkoll li r-rappreżentanti tal-Vatikan, li dak iż-żmien kien il-Malti l-Arċisqof Emmanuel Gerada ma fehemx it-triq li kien għaddej minnha Romero. In-Nunzju Malti kien qed jibża' mill-babaw tal-Kommuniżmu u ma tax l-appoġġ tiegħu lil Romero. Kienu diversi s-saċerdoti li ma kellhomx idea tajba tan-Nunzju Malti u anke ppubblikaw ittra kontrih. Jan Sobrino Jiena għandi kopja tad- djaru ta' Romero imma wkoll x'kiteb fuqu l-ħabib kbir tiegħu l-Ġiżwita Jan Sobrino. Fi ktejjeb qasir ta' 11-il paġna Archbishop Romero Model of Faith, Sobrino jagħmel mistoqsija importanti: "X'kien is-sigriet ta' dal-bniedem, ta' dan in-Nisrani, ta' dan L-Arċisqof? Nistgħu nagħtu ħafna tweġibiet għal dil-mistoqsija. Se nipprova niġborhom billi ngħid żewġ ħwejjeġ: L-Arċisqof Romero kien bniedem tad-dinja u bniedem t'Alla. Hu ħares lejn id-dinja u ħabbha bl-għajnejn u bil-qalb t'Alla u tgħallem jagħraf lil Alla u jħobbu mit-tamiet u mit-tbatijiet ta' din id-dinja. Hu ġab lil Alla qrib id-dinja, u d-dinja qrib Alla. Hawn, nemmen jien, jinsab is-sigriet tal-Arċisqof Romero. Kien bniedem eċċezzjonali għax ħa kemm lil Alla kif ukoll lid-dinja bis-serjetà u ma kisirx it-tensjoni ta' bejniethom billi jippreferi wieħed iżjed mill-oħra" Sobrino jistqarr li Romero kien profeta meta għamel sejħa pubblika lill-armata ftit jiem qabel il-qtil tiegħu: "F'isem Alla jien nistaqsikom, jien nitlobkom, jien nordnalkom waqqfu l-kefrija tagħkom f 'isem Alla" U jistqarr li din kienet espressjoni profonda tal-fidi tiegħu f 'Alla. L-għażliet ta' Romero kienu ċari sal-aħħar. Kien jaf li ħajtu hi mhedda imma meta offrewlu li jagħtuh is-sigurtà, huwa wieġeb: "Ir- ragħaj ma jkunx irid is-sigurtà sakemm il-poplu tiegħu mhumiex fis-sigurtà". Il-mewt tiegħu kienet sinjal tal-fedeltà lejn Alla imma wkoll hija sinjal ta' kemm kien inkarnat fid- dinja. U Sobrino jagħlaq hekk: "kont nafu sew u kont ħabib mill-qrib. Nippreferi ngħid f 'żewġ kelmiet: Kien bniedem ta' did-dinja u bniedem t'Alla". Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 | illum I llum għażilt li niddedika l-opinjoni tiegħi lil Jason Azzopardi - għax issa xbajt. Iddejjaqt bil-kbir nara persuna li huwa politiku taparsi ta' prinċipju, li jridha ta' xi umli u minflok jurina kemm hu ipokrita. Jien lil Azzopardi niftakru. Niftakru meta kien deputat Nazzjonalista. Niftakar dak iż-żmien kellu għatx kbir biex jimxi 'l quddiem fil-politika – isir junior minister jew ministru. Għal raġunijiet li jaf Eddie Fenech Adami, ma kien għamlu xejn. Jien, bniedem li jgħid kontra l-kap jew l-imgħallem tiegħu mill- ewwel nieħdu fuq demm id-dars. U għalhekk niftakar dawk il-mumenti speċjali meta kont taħbat miegħu fl-awli tal-Qorti u erħilu jgerger kontra l-kap tiegħu u jiftaħlu. Dan ukoll bħalma gerger kontinwament kontra Adrian Delia, bħallikieku kien ix-xitan. Azzopardi kien u għadu bniedem li jrid jagħti l-impressjoni li huwa xi perfett u xi qaddis. Illum nafu kemm hu qaddis, xempju ħaj ta' dak kollu li l-imġiba Nisranija għandha tfisser. Nafu kif inqabad mal-ħabiba tiegħu minn wara dahar il-mara tiegħu, waqt li hu ried jagħti l-impressjoni lil Malta kollha li hu xi wieħed qaddis. Hemm iktar allegazzjonijiet fil-konfront tiegħu li Alla biss ried li ma joħorġux għax mhux kulħadd huwa kattiv u malizzjuż bħalma kienu ċertu nies. Wisq aktar irid jagħtina l-impressjoni li huwa xi wieħed verġni meta qabel l-elezzjoni tal-2013 jissemma f 'rapporti uffiċjali ta' kif ingħataw biċċiet ta' art pubblika. Hawn qed nirreferi għall-każ tal- Fekruna f 'San Pawl il-Baħar u tal-Akwarjum. Inżid ngħid li hemm oħrajn. Imma l-isbaħ, niftakar li meta Alla jbierek xi ħadd li kien responsabbli minn wieħed minn dawn il- proġetti msemmija hawn fuq spiċċa għamillu xi xogħol fl-uffiċċju tiegħu, Alla jbierek qisu ma għamel xejn ħażin għax f 'daqqa waħda ġiet ippreżentata biċċa rċevuta tal-VAT. Imma r-raġuni li qed nikteb danakollu hawnhekk u issa, għax issa żżejjed, dan Azzopardi li dejjem kien jieħu pjaċir iparla f 'widnejn Daphne Caruana Galizia, qed ikun kaġun ta' leaks skorretti lil dawn il- ġurnalisti barranin u dawn ta' bċieċen li huma qed jibilgħu l-lixka. Mhux hekk, ġie mwissi mill-prosekuzzjoni fil-każ tal-qattiela ta' Caruana Galizia li ħa jippreġudika l-każ u mhux hekk biss, ser jagħti ammunizjon lil dawn it-tliet mustaċċuni. Qisu Azzopardi jrid li ma jinstabx min qatel lil Caruana Galizia, sakemm ma jkunx Cardona jew Muscat jew xi ħadd ieħor tal-qalba Laburista. Azzopardi huwa politiku li qatt ma fdajt. Niftakar kien ikollu storja bla bażi u jgħidha lil xi ħames ġurnalisti. Ovjament l-iktar waħda brava, Daphne Caruana Galizia, kienet tibla' l-lixka bħalma belgħet il-lixka f 'tal-Egrant flimkien ma' Simon Busuttil. Bl-informazzjoni skorretta li ġiet riprodotta mid- Daphne Project, Azzopardi għandu responsabbilità kbira. Għandu jkun kburi li kompla jħawwad fil-borma. Għax jaf bħalma naf jien li l-interess tiegħu huwa politiku u xejn aktar. Opinjoni Il-maskra ta' Jason Azzopardi SAVIOUR BALZAN DUN ANG SEYCHELL San Oskar Romero