Illum previous editions

ILLUM 21 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 Aħbarijiet Nuqqas kbir ta' settijiet tal- komunikazzjoni tar-referis IDDIPARTIMENT tar- Refereeing fi ħdan il-Malta Football Association jinsab għaddej minn inċertezzi kbar hekk kif fl-aħħar jiem, diversi referees lokali lmentaw mal-gazzetta ILLUM li m'għandhomx ir-'Referee Communication Set', għodda bażika u importanti ħafna fil- ġurnata tal-lum għal kull referì tal-futbol fid-dinja. Ir-'Referee Communication Set' hu apparat li jilbsu r-referis waqt partita futbol li bih jikkomunikaw biex il-partita tiġi kkontrollata bl- aħjar mod possibbli. Jidher li fl-aħħar jiem, is-sitwazzjoni kompliet tmur mill-ħażin għall-agħar minħabba dik li ħafna referis qed isejħu "sitwazzjoni gravissima" u li qed "imorru għal-logħob mingħajr motivazzjoni ta' xejn". ILLUM tinsab infurmata li fl-aħħar ġimgħat inxtraw żewġ settijiet ġodda li iżda kienu ta' livell baxx ħafna u aktar ma ħadmux milli ħadmu. L-akbar problema ta' dawn iż-żewġ settijiet tal- komunikazzjoni kienet qed tkun fl-istadium nazzjonali f 'Ta' Qali u dan minħabba interferenzi li diversi referees bdew jisimgħu ġo widnejhom waqt li jkunu għaddejjin b'xogħolhom tagħhom. Referì prominenti tal- Kampjonat BOV Premier li tkellem mal-ILLUM qal: "sirt nieħu qata' mela jkolli partita Premier. Naf li sejjer għal din il-partita u mhux moħħi mistrieħ." Jidher li l-aħħar settijiet ta' komunikazzjoni li nxtraw mill-MFA għar-referis lokali kienu ħames snin ilu u li sal- lum, anki minħabba ż-żmien u l-użu l-għandhom, qdiemu u spiċċaw. Din il-gazzetta tinsab infurmata wkoll li l-uffiċċju tar-referis diġà talab il-fondi meħtieġa lill-President Norman Darmanin Demajo biex jinxtraw dawn is-settijiet tal-komunikazzjoni li min- naħa tiegħu bagħat risposta lura li "m'hemmx flus." L-istess referis tal- Kampjonat BOV Premier jinsabu urtati minħabba l-fatt li ħafna minnhom qed ikollhom jissellfu dan l-apparat mingħand xulxin u saħansitra f 'weekend sett tal-komunikazzjoni wieħed ġieli dar għand tliet referis differenti. L-iktar ħaġa gravi f 'din is-sitwazzjoni kollha hi li hemm saħansitra partiti tal-Kampjonat BOV Premier fejn ir-raba' uffiċjal mhux ikollu sett tal- komunikazzjoni u ma jkunx jista' jikkomunika la mar- referì u lanqas mal-assistenti. Dan jista' jwassal għal azzjonijiet li r-raba' uffiċjal ikun ra hu biss u ma jkun jista' jikkomunika ma' ħadd. L-ILLUM tinsab infurmata li fil-preżent, diversi referis huma ddispjaċuti li jinsabu taħt pressjoni kontinwa tal-klabbs u tal-pubbliku u li diversi żbalji li qed isiru s'issa f 'dan l-istaġun jaħtu l-parti l-kbira tagħhom minħabba din il-problema tas-settijiet tal-komunikazzjoni li l-pubbliku u l-klabbs ma jafux dwarha u li hemm min forsi qed jipprova jaħbi. Intant, din il-gazzetta tinsab infurmata li r-referì żagħżugħ Keith Montebello, mhux se jilbes iktar l-uniformi ta' referì. Sorsi qrib sew l-MFA spjegaw mal-ILLUM li dan informa lid-direttur tar-referis Kevin Azzopard li se jieqaf għaliex tilef il-motivazzjoni. Iżda hu ċaħad li waqaf mix-xogħol ta' referì minħabba nuqqas ta' motivazzjoni. ...intant Keith Montebello ma jibqax referì imma jiċħad li 'tilef il-motivazzjoni'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 October 2018