Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935
Sports 29 Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 | illum Tħalli kollox biex tgħix il-ħolma ta' ħajjitha ma' Polar Bears -Olanda minn Cristian Antony Muscat MICHELA Zammit - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo tan-nisa f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin fejn tilgħab b'suċċess ma' Exiles u kienet strumentali biex dan it-tim rebaħ il-Kampjonat tas-Sajf matul l-istaġun li għadda, u wara li fil-passat diġà għamlet isem għal pajjiżna ma' Messina fi Sqallija, riċentament erħitilha lejn l-Olanda biex hemmhekk tirrealizza l-ħolma ta' ħajjitha fejn se tkun qed tilgħab ma' Polar Bears. F'dan l-artiklu se nkunu qed insiru nafuha aħjar. "L-esperjenza tiegħi barra minn Malta bdiet meta kelli biss 12- il sena. Bdejt nitħarreġ ma' tim fi Sqallija bl-isem ta' Messina. L-ewwel sentejn kont immur waħdi għal ġimgħa jew tnejn, waqt li fi tmiem il-ġimgħa kont immur nilgħab il-logħbiet tal-under 15 fl-Italja. Dan kien matul iż-żmien li kont fl-iskola sekondarja u kienet biċċa xogħol ġmielha li nlaħħaq mal-istudju, mat-taħriġ f 'Malta u anke barra. Fit-tielet sena tiegħi nilgħab ma' Messina, kont wasalt fil-Form 5, sena kruċjali fejn kelli nagħti l-O Levels. B'hekk iddeċidejt illi nagħmel tliet xhur sħaħ ngħix u nitħarreġ f 'Messina. Kulħadd kien tal-fehma li ma stajtx ngħaddi dak iż-żmien kollu barra minn Malta u fl-istess ħin ngħaddi għall-O Levels. Minkejja kollox, grazzi għall-ġenituri u anke tal-iskola fejn kont nattendi, irnexxieli nlaħħaq ma' dan kollu u fl-aħħar mill-aħħar għaddejt mill-eżamijiet tiegħi. Għamilt sajf sħiħ niddeċiedi jekk għandix nibqa' Malta u nkompli l-waterpolo u mmuris-sixthform jew inkella mmurx l-Olanda waħdi għal sena. Wara li domtintella' u nniżżel, iddeċidejt li mmur f 'dan il-pajjiż għal raġuni waħda biss; f 'Malta l-waterpolo tan-nisa huwa ferm limitat u ma tantx għandek ċans ittejjeb il-livell tiegħek. Peress li l-objettiv ewlieni tiegħi huwa li nilħaq il-quċċata f 'dan l-isport, kelli nħalli warajja lill- familja, ħbieb u d-dar. Dan kollu għamiltu sabiex il-ħolma tiegħi ssir realta'. Ix-xewqa tiegħi hi li t-tfajliet li jħobbu l-waterpolo ma jħallux Malta biex jitjiebu iżda kif inhuma l-affarijiet illum il-ġurnata ma narax triq oħra. Fl-opinjoni tiegħi m'hemmx gwida jew inkella rieda sabiex iħajru tfajliet żgħar jibdew jilagħbu dan l-isport. It-timijiet femminili bilkemm għandhom post fejn jitħarrġu u litteralment irridu neqirdu sabiex ikollna spazju. Madankollu bis-saħħa tal-Exiles, qed ikun hemm bidu tajjeb u huwa ta' ġid li d-diriġenti ta' dan il-klabb iffurmaw tim tal-under 15. L-iktar ħaġa sabiħa hi li għandna skwadra ta' 15-il tfajla li twieldu bejn is-snin 2004/2005. B'hekk jien qed ninkoraġixxi t-timijiet tal-waterpolo sabiex jieħdu dan is-settur bis-serjeta' sabiex tinbidel il-mentalita' rigward il-waterpolo femminili. Minn hawn nixtieq nirringrazzja lil missieri, li huwa l-kowċ tal- Exiles tal-paċenzja li qed juri ma' dawn it-tfajliet. Grazzi għalih u għat-tim tiegħu rnexxielna nirbħu l-kampjonat. Hawn esperjenza ferm pożittiva. Bħalissa qed nitħarreġ darbtejn kuljum u nilgħab darbtejn fi tmiem il- ġimgħa. Fl-Olanda qed nilgħab ma' tim li jismu Polar Bears. It-tim tal-kbar huwa ċ-champion ta' dan l-istaġun. bħalissa jien qed nilgħab mat-tim ta' taħt is-17-il sena u anke mat-tieni tim tal-Polar Bears. Nibqa' mpressjonata mill- professjonalita' li hawn. Sadanittant ser inkun qed inqatta' sena waħdi ngħix fil-belt ta' Ede fejn ser inkun qed nistudja u fl-istess ħin nitħarreġ. Ħafna nies qalu li l-ġenituri tiegħi li qed iħossu moħħhom li bagħtuni waħdi barra minn Malta ta' 12-il sena u li qed ngħix waħdi meta għandi biss 16-il sena. Iżda fl-aħħar mill-aħħar il-ġenituri tawni appoġġ kbir u ta' dan kollu jien nirringrazzjahom. Fl-aħħarnett ngħid lil dawk li qed jaqraw din l-intervista sabiex jekk ikun hemm l-opportunita' li tilgħab xi sport barra minn Malta, importanti li joħduha u ma jħarsu lura qatt."