Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935
2 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 68 • 17 • 42 • 10 • 9 6 • 56 • 32 Tlugħ Nru. 746 Empire Pharmacy (Melita Street), 46, Triq Melita, Valletta Thomas's Pharmacy, 796, Triq il-Kbi- ra San Gużepp, Ħamrun Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Qormi Rational Pharmacy, 74/75, Triq il- Wied, Birkirkara Deby's Pharmacy, 1, Misraħ il-Barri- eri, Msida Krypton Pharmacy, Triq Ibraġ, Ta' L-Ibraġ, Swieqi Edward's Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Sliema St. Catherine Pharmacy, Triq id-Diel- ja C/W Triq Santa Katerina, Attard St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Għargħur Euro Chemist, Triq il-Kurazza, Qawra St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola Brown's Pharmacy, No. 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi (previously "Kalkara Pharmacy"), Kalkara Cilia's Pharmacy, 303, Triq Haż- Żabbar, Fgura Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan c/w Triq William Baker, Gudja Safi Pharmacy, St. John Street C/W Bieb il-Garra Street, Safi De Rohan Pharmacy, 24, Triq Sant'Antnin, Żebbuġ Imtarfa Pharmacy, 207, St. David Road, Mtarfa Abela's Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Victoria St. John's Pharmacy, 85, Triq l-Indip- endenza, Xewkija Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 25˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fix-xita RIĦ: Punent Majjistru forza 3 għal 4 li jsir mill-Majjistral forza 4 għal 5 BAĦAR Ħafif L-OGĦLA: 25˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ TEMP: Ftit imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab u bil-ħalbiet tax-xita lokalment iżolati VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fix-xita RIĦ: Grigal forza 3 għal 4 li jsir varjabbli forza 2 għal 3 BAĦAR Moderat li jsir ħafif Minn Albert Gauci Cunningham QED tistenna fil-kju għal akkomodazzjoni soċjali? Għad fadallek tliet snin tistenna hekk kif il-Gvern mistenni jinawgura l-ewwel 687 appartament ta' akkomodazzjoni soċjali fl-2021. Dan qalu l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon f 'risposta għall-mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo. Falzon spjega kif dawn is-687 appartament huma mferrxin f '16-il lokalità bi tnejn biss jinsabu fi stadju ta' kostruzzjoni bħalissa, li huma ta' Birkirkara u tas-Siġġiewi. F'Birkirkara se jinbnew 73 appartament u 84 ieħor fis-Siġġiewi. Din il-gazzetta tinsab infurmata li x-xogħol fuq proġetti ta' akkomodazzjoni soċjali se jkunu qed jingħataw spinta tajba s-sena d-dieħla hekk kif ix-xogħol waqa' lura, fost oħrajn minħabba li r-responsabilità tal-proġett qed tinqasam bejn ħafna Ministeri. Kienet din il-gazzetta li żvelat kif l-akbar parti tal- proġett ta' akkomodazzjoni soċjali li se jiswa €50 miljun minn fondi Ewropej se tkun f 'Ħal Farruġ, limiti ta' Ħal Luqa. Hawnhekk mistennija tinbena żona sħiħa ta' binjiet ta' akkomodazzjoni soċjali, filwaqt li l-appartamenti kollha l-oħrajn se jkunu mqassmin f 'żoni differenti f 'lokalitajiet diversi. Falzon fakkar illi kemm ilu li kien elett dan il-Gvern saru ħames skemi mill-Awtorità tad-Djar, fosthom dik ta' 'social loan' ma' żewġ banek stabbiliti f 'pajjiżna. Dan apparti għajnuna lil dawk fil-bżonn permezz ta' skemi biex, fost l-oħrajn, persuni jsiru sidien ta' darhom. Din il-ġimgħa wkoll il-Gvern ressaq White Paper illi fiha qed jipproponi li jiddaħħal iktar il- kunċett ta' stabilità, kif ukoll li jkun regolat is-suq tal-kirjiet. 687 appartament tal-Gvern għall-2021 – Falzon SEJĦA GĦALL-OFFERTI Bħala parti mill-proġett 820451 – 'Prepare the Ground for Economic Independence' – il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE) qed tniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall-provvediment ta': REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: DT-NCPE/02/2018 TITLU TAL-OFFERTA: Provvediment ta' Postijiet u Ikel li parzjalment ġejjin minn sorsi organiċi għall- Proġett – 'Prepare the Ground for Economic Independence' Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu fuq is-sistema elettronika e-PPS sa mhux aktar tard mill-Ħamis l-1 ta' Novembru 2018 sa 4:00pm. Hawn ir-referenza tal-pubblikazzjoni u t-titlu tal-offerta għandhom jiġu speċifikati. Laqgħa ta' kjarifika se ssir il-Ġimgħa 26 t' Ottubru 2018 fil-10:00am fl-uffiċċju tal-NCPE. Is- sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fuq is-sistema elettronika e-PPS https://www.etenders.gov.mt/epps/home.do sa mhux aktar tard mill-Ġimgħa 9 ta' Novembru 2018 fil- 9:30am. NCPE, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda, HMR 9010 Tel: 2295 7850 Fax: 2295 7851 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (2014-2020) Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja Rata ta' ko-finanzjament: 80% fondi ewropej; 20% fondi nazzjonali AKTAR kmieni dan ix-xahar Bjorn Formosa ngħata l-Premju taċ-Ċittadin Ewropew 2018 tal- ħidma tiegħu għall-komunità tal-ALS u l-kontribut kbir tiegħu lis-soċjetà. Il-Membri tal-Parlament Ewropew Marlene Mizzi u Miriam Dalli nnominaw lil Bjorn għal dan il-premju prestiġjuż – li huwa rikonoxximent li jingħata mill-Parlament Ewropew lil individwi u/jew gruppi li jkunu ddistingwew ruħhom billi ppromovew il-valuri Ewropej u spikkaw fil-komunità tagħhom. In-nomina ta' Bjorn kienet appoġġjata wkoll mill-MEPs tal-PN. Bjorn Formosa talab lill-MEP Marlene Mizzi biex tiġbor il- premju f 'ismu waqt iċ-Ċerimonja tal- Premju taċ-Ċittadin Ewropew fi Brussell għax huwa ma setax jattendi minħabba l-operazzjoni serja li kien għadu kemm għamel. L-MEP Mizzi qalet li tinsab "kuntenta li ssuġġerejt din in-nomina u ħdimt biex kienet suċċess u għalhekk kien ta' unur għalija li ntlabt biex niġbor il- premju f 'isem Bjorn. Bjorn huwa eżempju għalina lkoll għax xi kultant nieħdu l-aktar affarijiet sempliċi for granted. Huwa wera kemm hu altruwist u ma jaħsibx fih innifsu għax minkejja l-isfidi personali li għandu, Bjorn jaħseb fis-sitwazzjoni li jinsab fiha ħaddieħor, u kif jista' jassisti u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja ta' dawk li jinsabu fl-istess sitwazzjoni tiegħu. Din hija xi ħaġa tassew notevoli! Kuntenta immens li l-altruwiżmu u l-entużjażmu tiegħu ġew rikonoxxuti u ppremjati mill-Parlament Ewropew." L-MEP Mizzi qalet li "rridu nassiguraw li nkomplu l-legat li ħalaq Bjorn u li qed ikompli jibni ta' kuljum. L-ALS hija kundizzjoni li taħsad lil dak li jkun. Għalhekk irridu nkomplu nsibu modi ġodda li jtejbu l-kwalita tal-ħajja tal- pazjenti u ninvestu fir-riċerka biex insibu kura għal din il-kundizzjoni." Peress li Bjorn ħadem bla rażan biex iqajjem għarfien dwar din il-kundizzjoni, u ma setax jattendi għaċ-ċerimonja tal- premjijiet, l-MEP Mizzi xtaqet li xorta waħda tkun okkażjoni kemm jista' jkun speċjali għalih. Għalhekk waqt Xarabank tal- bieraħ, li kellu l-għan li jiġbor il-fondi għat-tieni "Dar Bjorn", Marlene Mizzi tat sorpriża lil Bjorn billi ppreżentatlu l-premju u biex tirringrazzjah personalment tal-ħidma, l-isforzi u d-determinazzjoni tiegħu biex jgħin lil ALS Malta. "Xtaqt li Malta kollha turi l-apprezzament tagħha lejn din il- persuna straordinarja u kuntenta li ħidmietu ġiet rikonoxxuta kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali," qalet Mizzi Bjorn Formosa jirbaħ il-Premju Ċittadin Ewropew 2018