Illum previous editions

ILLUM 21 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 | illum il-ballun reġa' ġie għandi sabiex jien fil-pront tfajtu fin-nofs u hemm kien hemm Rowen lest biex jiskorja. Il-ferħ mingħajr ma trid ikun kbir li kkontribwixxejt sabiex pajjiżi skorja l-ewwel gowl tal-partita. L-għada rritornajt fuq il-bankijiet tal-iskola. X'qalulek sħabek kif rawk? Qlajt ħafna prosit. Lanqas kelli ċans norqod għax dik il-lejla wasalna tard u l-għada kien ser ikolli l-iskola. Jien attendejt normali iżda sibt lil sħabi li apprezzaw il-logħob li wrejt f 'dawn iż-żewġ partiti. Kif jirnexxilek tlaħħaq mal-istudju u l-futbol? Importanti li tqassam ħinek sew u fl-aħħar mill-aħħar jirnexxilek. Jien nemmen li hemm ħin għal kollox skola, studju, taħriġ u logħob. L-importanti li tkun organizzat. Madankollu l-ħolma tiegħek tibqa' dik li tilgħab barra minn Malta hux hekk? Iva mela kieku tiġini l-opportunità, naħtafha u mmur. Xi tħoss meta l-Maltin jikkritikaw iżżejjed lit-tim ta' pajjiżhom? Inħossha ħafna meta jgħidu fuqek. Madankollu jien inħobb noħodha bħala xi ħaġa pożittiva sabiex taħdem aktar u kapaċi ttejjeb il-livell tiegħek. Kemm għenek il-fatt li plejers mill- ġenerazzjoni tiegħek bħal Jake Grech u Joseph Mbong jinsabu fl-iskwadra Maltija? Jgħinni ħafna dan il-fatt minħabba li aħna ilna nafu sew lil xulxin mit- tfulija tagħna. Lgħabna flimkien fil- kategoriji ta' taħt il-15 u s-17-il sena u għalhekk issa nħolqot ħbiberija kbira bejnietna. Taqbel bil-proposta ta' 11-il barrani fil-kampjonat Premier? Jien naħseb li għalina ż-żgħażagħ ser tkun biċċa xogħol diffiċli li ssib postok fit-tim. Plejers barranin kapaċi jagħlqu t-triq lill-plejers Maltin. Naħseb iktar jistgħu jagħmlu l-bsaten fir-roti iżda wara kollox m'hemmx x'tagħmel. Imma jekk tkun plejer tajjeb bħalek xorta ser tilgħab int. Hekk suppost għalkemm mhux bilfors. Temmen li ġieli jiġu barranin li jkunu iktar inferjuri mill-Maltin? Ifhem hemm ħafna ċirkostanzi fejn din il-ħaġa ġrat. Xi tgħidli dwar il-grawnd li għandna f 'pajjiżna? Il-grawnd Nazzjonali huwa bellezza b'turf ta' livell għoli ħafna. Li nara li hemm problemi huwa l-grawnd ta' Ħamrun minħabba li mhux adattat għall-plejers tal-Premier. Min-naħa l-oħra l-grawnds li hemm f 'Ta' Qali għandhom standards tajbin. Nixtieqek tgħaddi messaġġ lil dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li jixtiequ jaqbdu karriera fil-futbol bħalek. Jien ngħidilhom li għandhom ikomplu jaħdmu f 'dak li jemmnu. Biż-żmien u bit-taħriġ jitjiebu u jistgħu joħolmu dejjem aktar. tal-Ażerbajġan kont fuq il-bank tal-iskola' Jista' jitqies bħala l-plejer tal-mument l-futbol Malti. Riċentament iddebutta mat-tim nazzjonali Malti t-telfa ta' 3-1 kontra l-Kosovo. Jilgħab ma' Gżira United. Fil-passat riċenti kellu esperjenza ta' sitt xhur -Italja ma' Virtus Lanciano. JUAN CARLOS CORBALAN Ritratt: Domenic Aquilina / MFA "Importanti li tqassam ħinek sew u fl-aħħar mill-aħħar jirnexxilek. Jien nemmen li hemm ħin għal kollox skola, studju, taħriġ u logħob. L-importanti li tkun organizzat."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 October 2018