Illum previous editions

ILLUM 21 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 KIF ħabbret il-gazzetta ILLUM nhar il-Ħadd li għadda, matul din il- ġimgħa l-Gvern nieda għall- konsultazzjoni pubblika l-White Paper dwar il- kirjiet. L-għanijiet ta' din ir-riforma huma tlieta: l-istabbilità tal-familji, it-trasparenza u l-professjonalizzazzjoni tas- settur tal-kera privata u anke l-prevedibbilità. Dawn il-miżuri ma japplikawx għal bini mikri għal użu kummerċjali jew użu residenzjali sekondarju, kirjiet turistiċi jew kirijiet qosra (bħal dawk għall- istudenti, ħaddiema temporanji barranin jew Maltin li jikru sakemm jagħmlu xogħlijiet fir- residenza primarja tagħhom). Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn dak li qed ikun propost. Ara wkoll paġni 12, 13 u l-editorjal f 'paġna 19. illum | Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 Int qed tikri? Ir-riforma fil-liġi ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio X'qiegħed jipproponi l-Gvern għas-settur tal-kera? Kif se jgawdi l-inkwilin? U dan ifi sser li se jmur minn taħt is-sid? Kemm se ddum kirja u l-prezz kemm jista' jogħla? L-ILLUM tagħti ħarsa lejn il-proposti ewlenin Kuntratti fit-tul biex għall-ġdid tal- inkwilini u s-sidien Il-White Paper tippreżenta żewġ mudelli distinti. L-għan tagħhom huwa li jippromovu perjodu itwal għall-kirjiet. L-ewwel mudell jippreżenta qafas b'perjodu minimu kuntrattwali u t-tieni wieħed jippreżenta mudell fejn il-kirjiet itwal ikunu inkoraġġuti permezz ta' inċentivi fiskali. L-ebda wieħed minn dawn il-mudelli ma jikkontrolla kemm se tkun kirja. Is-sidien jibqgħu liberi li jiffissaw il-prezz u l-White Paper tippermetti wkoll li jkun hemm aġġustamenti annwali, dejjem sakemm dawn ikunu skont il-limiti imposti mil- liġi. Durata minima ta' kuntratt Il-White Paper tispjega kif durata kuntrattwali ta' terminu medju (liema terminu se jkun deċiż fil- konsultazzjoni pubblika) tippreżenta benefiċċji kemm għall-inkwilin u anke għas- sid. L-inkwilin se jgawdi minn aktar stabbilità u serħan il-moħħ. Min-naħa l-oħra, is-sid se jibbenifika minn dħul garantit, se jserraħ rasu li l-inkwilini se jkunu aktar affidabbli u jelimina r-riskju li jkollu postijiet battala għal żmien twil. Allura inkwilin ma jistax iwaqqaf kuntratt qabel? Kirja hija aktar flessibbli u għalhekk dan id-dokument jara li ma jxekkilx id-dritt tal-inkwilin li jtemm il-kirja f 'każ ta' bidla fiċ-ċirkostanzi personali. Għalhekk, wara li jgħaddi ċertu ammont ta' żmien u sakemm javża lis-sid minn qabel, inkwilin jibqa' liberu li jirtira mill-kuntratt. Iż- żmien li fih jingħata l-avviż għandu jkun proporzjonali mal-perjodu tal-kuntratt. U s-sid bilfors irid iġedded? Ir-riforma bl-ebda mod mhu se tkun qed torbot lil sid il-kera li jġedded il-kirja. Sid għandu javża lill-inkwilin minn żmien qabel jekk ma jkunx beħsiebu jġedded. Jekk jonqos milli javża, il- ftehim jiġi estiż għal terminu ieħor bl-istess kundizzjonijiet bħal dak li jkun intemm. U l-prezz tal-kera kemm jista' jogħla? Id-dokument jispjega li n-nuqqas ta' limitazzjonijiet fuq żidiet tista' twassal għal evażjoni faċli tar-regoli, pereżempju jekk żidiet li wieħed ma jistax ilaħħaq magħhom ikunu magħmula apposta. Għalhekk, il-White Paper tisħaq li l-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Propjetà għalissa jibqa' l-aħjar għodda biex jiġu rregolati ż-żidiet. Iżda, jgħid ukoll li l-Gvern għandu barra dan, jikkunsidra limitu sakemm il-kirjiet ikunu jistgħu jogħlew. Imma s-sid ma jista' qatt itemm kirja qabel iż-żmien? Mhux eżatt. Id-dokument jisħaq li hemm ċirkostanzi fejn l-interessi tas-sid jiksbu fuq id-dritt ta' akkomodazzjoni tal- inkwilin. Fost dawn meta: • Sid il-kera jkollu bżonn imur joqgħod fil-propjetà jew inkella jkollu bżonn jagħtiha lil qarib li jiġi minnu direttament jew biż-żwieġ sat-tieni grad, • Ikollu l-intenzjoni li jbigħ il-proprjetà mingħajr nies fiha, • Ikollu l-intenzjoni li jħott il-proprjetà, jew jagħmel xogħlijiet strutturali, inkluż bini ta' sulari ġodda. F'dawn il-każi, is-sid għandu jkollu l-possibbilità li jittermina l-kuntratt qabel iż-żmien, sakemm javża lill-inkwilin u wara li jkun għadda ċertu ammont ta' żmien mill-bidu tal- kuntratt. Għandu jkun hemm ukoll miżuri ta' infurzar għal dawk is-sidien li jabbużaw minn dawn il-klawżoli biex jiżgumbraw inkwilin. Miżuri biex ikunu solvuti malajr każijiet ta' żgumbrament Id-dokument jisħaq li d-dewmien fil-qrati huwa wieħed mil-fatturi li jiskoraġġixxi l-investiment, partikolarment f 'dan is-settur fejn sidien joqogħdu pass lura minħabba diffikultajiet li jsibu ruħhom fihom meta jiġu biex ikeċċu inkwilini li jiksru l-kundizzjonijiet. "Il-liġi Maltija hija fost l-aktar vantaġġjuża għas- sidien peress li mhux biss il-każijiet dwar il-kirjiet jgħaddu minn bord b'kompetenza speċjalizzata (Il-Bord li Jirregola l-Kera) iżda wkoll jippermetti proċedura sommarja f 'każijiet li jitrattaw biss l-iżgumbrament," jisħaq id-dokument waqt li jinnota li l-mekkaniżmu jippermetti li każ għal żgumbrament ġeneralment ikun deċiż f 'qasir żmien, anke jekk hemm dewmien biex jiġu mgħarrfa l-partijiet u fl-appuntamenti għas-seduta. Għalhekk, fost il-bidliet, il- White Paper qed tipproponi: • Kjarifika fil-liġi dwar proċedura li tippermetti liċ-Chairperson jordna l-iżgumbrament minkejja kwistjonijiet pendenti dwar arretrati tal-kera; • Awla oħra fi ħdan il-Bord li Jirregola l-Kera; • Tribunal tal-Arbitraġġ għat-tilwim minuri; u • Tħaffif tas-servizz tal-Atti Ġudizzjarji Dikjarazzjoni tad- depożitu u preżentazzjoni ta' inventarju Id-dokument jinnota li hemm każi fejn jinqala' tilwim bejn l-inkwilini u s-sid meta dan tal-aħħar iżomm id-depożitu, mingħajr ġustifikazzjoni. Għalhekk, qed jipproponi li bħal pajjiżi oħra, fosthom ir- Renju Unit, ikun hemm skemi li jipproteġu d-depożitu u jipprovdu metodu aktar trasparenti biex dan jingħata lura jew jinżamm mis-sid. Is-sidien, jgħid id-dokument, għandhom ikunu mħeġġa jiddikjaraw kull ammont li jitolbu bħala garanzija li l-inkwilini se jżommu mal-kundizzjonijiet imposti mill-kuntratt. Fuq kollox, kull meta jintalab depożitu, il-White Paper tipproponi li jkun ippreżentat inventarju bir-ritratti ffirmat miż- żewġ partijiet.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 October 2018