Illum previous editions

ILLUM 21 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 | illum fil-liġi tal-kera spjegata pass pass Entità ġdida għal amministrazzjoni aħjar tal-kirjiet privati Il-Gvern qiegħed jipproponi wkoll li titwaqqaf entità ġdida li jkollha f 'idha l-proċeduri l-ġodda u li tkun titratta esklussivament is-settur tal- kiri privat, mhux biss minn aspett amministrattiv, bħar- reġistrazzjoni tal-kuntratt, jew elenkar ta' sidien u inkwilini li jabbużaw, iżda anke minn perspettiva ta' riċerka. L-istess entità għandu jkollha wkoll il-kompitu li toffri konsulenza lill-Gvern dwar miżuri li għandhom jittieħdu f 'dan is-settur. Ir-reġistrazzjoni tal-kuntratti Il-White Paper tisħaq dwar l-importanza li l-kirjiet residenzjali jiġu rreġistrati biex tiżdied it-trasparenza u l-monitoraġġ fiskali. Ir-riċerka sabet, fost oħrajn, li meta s-sid irrifjuta ftehim bil-miktub, dan kellu konsegwenzi negattivi għall- inkwilin. Hawnhekk, il-White Paper tħares lejn is-sistema Taljana għas-soluzzjoni f 'każi fejn il-kuntratti tal-kera, li mhux irreġistrati mal-awtorità fiskali, jiġu kkunsidrati nulli. F'dawn il-każijiet, l-inkwilin jista' jitlob lill-Qorti biex tifformalizza l-kirja b'kera li tkun konformi ma' indiċi taħt il-prezz tas-suq. L-għan ta' din il-miżura, jispjega d-dokument, hija li tipproteġi lill-inkwilin u hija wkoll waħda punittiva għas- sid, għax in-nuqqas ta' ftehim bil-miktub u n-nuqqas ta' reġistrazzjoni tal-kirja, ifisser, fil-maġġoranza tal-każi, li ma jkunx qed jiddikjara d-dħul mill-kera tiegħu. Infurzar; black list ta' sidien u inkwilini diffiċli Għan ieħor ta' din l-aġenzija se jkun li tissorvelja li l-partijiet ikunu qed iżommu mar-regolamenti l-ġodda u tiżgura li każijiet ta' abbuż, jiġu rrappurtati, investigati u indirizzati. Ir-riċerka sabet diversi każijiet ta' inkwilini, li jmorru minn kirja għall-oħra u jħallu warajhom arretrati sostanzjali. L-Aġenzija għalhekk tkun tista' tieħu nota ta' dawn il-każijiet, tiġbor evidenza u tosserva sentenzi mill-Bord li Jirregola l-Kera u żżomm lista' ta' dawk l-inkwilini diffiċli. Naturalment, l-istess ikun jgħodd għal dawk is-sidien tal-kera li jkunu jabbużaw mill-inkwilini jew is-sistema. Sussidju aħjar tal-kera Il-White Paper tispjega kif informazzjoni miġbura mill- Awtorità tad-Djar tindika li s-sussidju massimu preżenti ta' €166 fix-xahar f 'ċertu każi mhux biżżejjed, b'mod partikolari għal dawk il-familji li jiddependu fuq il-ħarsien soċjali bħall-pensjonanti li qed jikru bir-rata tas-suq. Għalhekk, id-dokument jipproponi li s-sussidju jingħata skont il-mezzi tal-individwu, jiġifieri min jaqla' l-inqas, jieħu l-aktar sussidju. Garanzija ta' aċċess tal-inkwilini għas- servizz tal-ilma u d-dawl Biex ikun assigurat li l-inkwilin igawdi mill-pussess liberu u komplet tal-proprjetà, mal-kuntratt tal-kera, se jkunu qed jiġu ppreżentati wkoll il- formola H tal-ARMS li tindika kemm ikunu qed jgħixu nies fil-proprjetà u l-formola N li tawtorizza lill-inkwilin li jkun jaf kemm ikkonsma ilma u elettriku mingħajr ma jaqleb it-titlu tal-'meter' fuqu. Din is-sistema se tippermetti li l-kontijiet jinħarġu lil sidien il-kera, li jistgħu jibqgħu d-detenturi tal-kont matul il-kirja. Madanakollu, permezz tal-preżentazzjoni tal- formola N iffirmata, l-inkwilin ikollu d-dritt jiċċekja biex jiżguraw li qed iħallas l-ammont ġust skont it-tariffa korretta. L-istess proċedura tassigura li jieqaf l-abbuż meta l-ARMS tintalab taqta' l-provvista f 'residenza wara xi diżgwid bejn sid il-kera u l-inkwilin. Għal kull talba simili ssir investigazzjoni minn ARMS għal Formola N. Jekk tinstab il-Formola N, jinkiseb il-kunsens tal-inkwilin qabel ma tinqata' l-provvista. L-inkwilini xorta waħda se jkollhom id-dritt li jużaw il- Formola F, li sservi bħala r-reġistrazzjoni ta' bidla tal-konsumatur jew anke Formola F2 li sservi bħala għarfien temporanju tal- inkwilin fil-bini mikri. Akkomodazzjoni aktar affordabbli Il-White Paper tirrikonoxxi li s-soluzzjoni aħħarija għall-problema tal-kiri tinsab fil-provvista ta' aktar akkomodazzjoni affordabli. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Affordabbli jisħaq li filwaqt li hu jibqa' attiv fl-iskemi mmirati lejn ir-riġenerazzjoni ta' proprjetajiet privati, bħall- Iskema għar-Riabilitazzjoni ta' Postijiet Vojta għall-kiri, huwa tal-fehma li s-soluzzjoni tinsab fid-diversifikazzjoni tas-suq tad-djar permezz tal-Fondazzjoni għall- Akkomodazzjoni Affordabbli. Sħubija pubblika-privata Għalhekk, id-dokument iwelled ukoll l-idea tat-tielet settur f 'Malta bl-għan li jkunu xprunati inizjattivi li ma jħallux is-suq tal-proprjetà jiddependi mill-Gvern jew mis-settur privat. Il-White Paper tispjega kif l-Akkomodazzjoni tat-tielet settur "topera fuq mudell ta' intrapriża soċjali, mingħajr skop ta' qligħ, fejn l-uniku skop huwa li tipprovdi akkomodazzjoni soċjali bi prezz baxx u tamministra d-dħul żejjed mill-operat tagħha billi tinvesti mill-ġdid fl-iżvilupp futur tas-settur." Dan il-mudell, ikompli d-dokument konsultattiv, jista' jieħu l-forma ta' sħubija bejn il-Gvern u l-privat bi żviluppaturi privati jiżviluppaw art pubblika u jirċievu lura parti mid-dħul tal-kera. Jisħaq li l-introduzzjoni tat-tielet settur se jwessa' s-suq tal-kera, billi toħloq għażla oħra bejn l-akkomodazzjoni soċjali u s-suq tad-djar kummerċjali. L-għan jibqa' li familji bi dħul f 'baxx u medju jimxu minn settur tal-akkomodazzjoni għall-ieħor, bil-prospett li eventwalment isiru huma wkoll sidien ta' djar. Proposti oħra li jħarsu fit-tul Il-White Paper toħroġ ukoll b'żewġ proposti li l-għan tagħhom huwa li jħarsu fit-tul u jiżguraw l-aċċessibilità u standards aħjar fis-suq tal-kiri. Standards minimi ta' abitabiltà Id-dokument jirrikonoxxi li n-nuqqas ta' proprjetajiet affordabbli qed iġiegħel kategorija ta' inkwilini li ma jifilħux iħallsu, biex jgħixu f 'akkomodazzjonijiet sottostandard. Għalhekk jipproponi standard minimu għal proprjetajiet mikrija biex fihom persuna tkun tista' tgħix b'mod dinjituż. Jisħaq li l-Aġenzija (li hu propost li titwaqqaf) għandha tagħti prijorità lil din il- proposta. Ikompli jgħid ukoll li jeħtieġ regolamentazzjoni għal dawk id-djar li qed jilqgħu fihom għadd ta' familji jgħixu b'mod komuni minħabba r-restrizzjonijiet. Regolamentazzjoni tal-aġenti tal-proprjetà L-aġenti tal-proprjetà huma l-pont bejn is-sidien tal-kera u l-inkwilini. Il-White Paper tisħaq li din il-kategorija għadha mhix irregolata u l-aġenti mhux meħtieġa li jagħmlu taħriġ akkademiku jew prattiki biex jipprattikaw u lanqas ma hemm mod kif il-parteċipanti fis-suq tal-propjetà jikkonfermaw l-istandard tas-servizz tal-aġent tagħhom. Għalhekk tipproponi studju komparattiv mar- regolamentazzjoni ta' pajjiżi oħra Ewropej u anke valutazzjoni ta' liema standards professjonali l-aġenti huma mistennija li jissodisfaw.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 October 2018