Illum previous editions

ILLUM 21 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Aħbarijiet MINN haw'ġisem sa haw'lily, il-Malti bħal kull lingwa oħra, jinkludi fih ġabra ta' kliem li tista' tintuża bl-għan li persuna tittanta u tiffastidja persuna oħra. Normalment dan hu meqjus bħala att ta' diżrispett, umiljanti u offensiv però ftit jafu li tista' teħel multa ta' €10,000 u anke sentenza ta' sentejn priġunerija. Hekk hu. Dan issa ġie kkonfermat mill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza għall- mistqosijiet ta' din il- gazzetta. Il-ġimgħa li għaddiet, waqt l-intervent tagħha fuq il-programm TVAM, Lara Dimitrijevic mill- Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa, qalet li għandhom jibdew jittieħdu passi kriminali kontra min jgħaddi dawn it-tip ta' kummenti. Dimitrijevic sostniet li l-fastidju sesswali, m'għandux jibqa' japplika biss għal każijiet bħal dawk li jseħħu fuq il-post tax- xogħol iżda għandu jestendi wkoll għal dawk li jsiru fit- toroq Maltin u Għawdxin. Dimitrijevic spjegat kif f 'pajjiżi Ewropej oħra bħal Franza, diġà hemm liġi li tissalvagwardja kontra dan it-tip ta' fastidju. Dan hekk kif f 'Awwissu li għadda Franza daħlet fis-seħħ liġi kontra dan it-tip ta' fastidju. Bażikament persuna li tifastidja lil persuna oħra bi kliem dispreġġjattiv bħal dan tista' teħel multa ta' €750 dak il-ħin stess. Żiedet tgħid li bħala Fondazzjoni, kienu pproponew din il-liġi fl- istadju ta' konsultazzjoni dwar l-Att dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika li ddaħħlet din is-sena bl-għan li Malta tiġi konformi mal- Konvenzjoni ta' Istanbul. Fid-dawl ta' dan kollu l-ILLUM tkellmet mal- Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, propju l-Ministeru li kien inkarigat mil-liġi tal- Vjolenza Domestika, li rat lill-Malta ssir konformi mal- Konvenzjoni ta' Istanbul. Minkejja d-dikjarazzjoni ta' Dimitrijevic, il-Ministeru spjega li attwalment il-liġi Maltija diġà tkopri sabiex dan it-tip ta' fastidju jkun penalizzat, permezz ta' sentenza ta' priġunerija u/ jew multa ħoxna. "Fil-qosor ma hemm ebda bżonn li tinbidel il- liġi, iżda biss li jitħaddmu l-bidliet permezz tal-Att dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika," sostna Silvan Agius li huwa id-Direttur għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Integrazzjoni fi ħdan il- Ministeru. Hu kompla jgħid li, il- Kodiċi Kriminali huwa ċar dwar dan l-att, "il- fastidju jista' jseħħ permezz ta' numru ta' azzjonijiet mill-akkużat. Fosthom meta persuna tissoġġetta lil persuna oħra għal xi att jew imġiba li jkollhom konnotazzjonijiet sesswali," saħaq Agius. Żied jgħid, "li dan jinkludi fih kliem bil-fomm, mossi, jew għemil, il-wiri jew ċirkolazzjoni ta' kliem miktuba, stampi, jew materjal ieħor li mhumiex mixtieqa mill-vittma u li jistgħu raġonevolment ikunu kkunsidrati bħala offensivi, umiljanti, degradanti jew intimidanti," spjega Agius. Għalhekk, Agius spjegalna kif il-liġi tikkunsidra kliem bħal, 'haw'ġisem', jew 'haw'lily', bħala att ta' fastidju sesswali. Sabiex xi ħadd jinsab ħati ta' dan hemm bżonn li: ovvjament ikun seħħ l-att u li dan ma jkunx mixtieq mill- vittma kif ukoll li l-kliem li jintqal ma jkunx jista' jitqies bħala wieħed raġonevoli fiċ-ċirkostanzi ta' meta jintqal. Fl-aħħar nett, huwa spjega li l-piena marbuta ma' dan ir-reat hija ta' priġunerija għal minimu ta' sitt xhur sa massimu ta' sentejn, jew multa ta' bejn €5,000 u €10,000, jew, skont id-diskrezzjoni tal-Qorti, dik il-multa u l-priġunerija flimkien. Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 | illum lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 'Haw'ġisem' u tista' teħel multa ta' €10,000 u sentejn ħabs REGISTER OF BENEFICIAL OWNERS ATTENTION ALL FOUNDATIONS & ASSOCIATIONS As Per the Regula�ons in Legal No�ces 375 & 376 of 2017: ALL FOUNDATIONS & ASSOCIATIONS ARE REQUIRED TO SUBMIT INFORMATION PERTAINING TO THEIR BENEFICIAL OWNERSHIP TO THE REGISTRAR FOR LEGAL PERSONS, AT THE PUBLIC REGISTRY, AT IDENTITY MALTA. The Regula�ons came into effect as from the 1 st of January 2018, to implement Direc�ve (EU) 849/2015 on the preven�on of the use of the financial system for the purposes of money laundering or terrorist financing. Please note as follows: All founda�ons & associa�ons, sports organisa�ons, coopera�ves & any other organisa�on, not being exempted in the said Regula�ons, WHETHER REGISTERED OR NOT in terms of any law, & WHETHER ESTABLISHED BEFORE OR AFTER 1 st January 2018, are required to comply. Informa�on on the legal term 'beneficial ownership' & on the method of submission of the required form may be obtained from the website of the Registrar for Legal Persons h�ps://iden�tymalta.com/legalpersons. The form to be ini�ally submi�ed is Form 1 – Submission of Ini�al Informa�on, which is found on the same webpage. For further informa�on, kindly contact the Office of the Registrar for Legal Persons, at the Public Registry, Malta, Evans Building Level 1, Merchants Street, Valle�a, via telephone on 25904108/9 or via email to hilary.grech@gov.mt & rochelle.magri@gov.mt ALL ORGANISATIONS ARE URGED TO COMPLY WITHOUT DELAY

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 October 2018