Illum previous editions

ILLUM 21 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 | illum stabbli, prevedibbli u trasparenti 'Din hija kwistjoni ta' trasparenza,' sostna Xerri. Sussidji li jirriflettu d-dħul u l-kirja Intant għada l-Baġit. Minkejja li Xerri ma setax jgħidilna x'se jħabbar il- Ministru Scicluna, il-White Paper innifisha ssemmi l-bżonn li s-sussidji jkunu ttestjati skont il-mezzi ta' persuna. Nistaqsi x'se tbiddel eżatt din. "Il-problema tas- sussidju hija li l-Gvern kien qed iroxx l-għajnuna f 'settur li mhux irregolarizzat. Is- sistema ta' sussidju kif se ssir issa se tkun aktar effiċjenti; se mmorru għal sistema li tieħu f 'kusiderazzjoni d-dħul ta' familja u l-prezz reali tas-suq u permezz ta' hekk noħolqu standards li naqblu fuqhom." Hu sostna li wieħed jrid jikkunsidra kemm persuna qed toħroġ f 'kera u sostna li fl-istudji tat-tim saħansitra ltaqgħu ma' persuni li qed iħallsu 55% mill-paga f 'kirja. "Il-prinċipju huwa li persuna ma tħallasx aktar milli tiflaħ, li naġevolaha biex tgħix diċenti." Is-susssidji għal dawk li jikru kienu miżjudin f 'baġits li ppreżenta l-Gvern bl-għan li tingħata aktar għajnuna. Sfortunatament iż-żieda fis-sussidju kienu parti mir-raġuni għaliex għolew il-kirjiet. Xerri u l-proposta ta' Yana Mintoff Infakkar lil Xerri f 'Mejju 2015 meta dakinhar f 'rapport fuq il-faċċata din il-gazzetta kienet irrapportat bi prominenza proposta ta' Yana Mintoff għal regolazzjoni fuq il-prezz tal-kirjiet. Mintoff kienet ipproponiet illi l-kirjiet ma jkunux jistgħu jogħlew b'aktar minn 5% tal-medja f 'dik iż-żona għal ammont ta' snin. Dan ifisser li jekk f 'żona partikolari l-kirja medja hija ta' €100 kull xahar (bħala eżempju), sid il-post ma jistax jitlob aktar minn €105. Mintoff ipproponiet ukoll li dan il-massimu jkun rivedut kull numru ta' snin. Hu ma kienx oppona din il- proposta, nirrimarkalu. "Dak iż-żmien kienu diġà bdew jidhru s-sinjali li l-kirjiet se jogħlew ħafna u min kien attent bħalma kienet Yana Mintoff, Johanna Axisa MacRae, Joseph Bartolo u l-mibki Charles Miceli, induna u tkellem." "Yana kienet qalet li l-istat irid jintervjeni u jirregola l-prezzijiet. Jiena kont naqbel magħha fis-sens li l-istat jeħtieġ jintervjeni. Ma ninsewx il-punt minn fejn tlaqna. Tlaqna minn punt fejn ħafna ħassew li l-Gvern lanqas biss jista' jintervjeni. Jiena kont għidt li l-istat jista' jintervjeni mingħajr ma jmiss il-prezz... fil-fatt ħafna nies li rreaġixxew għall-artiklu tal-gazzetta ILLUM dwar Yana Mintoff tkellmu fir-rigward ta' friżar tal-prezzijiet. La Yana Mintoff u lanqas jien, qatt ma tkellimna dwar iffriżar tal-Gvern." "Jiena dejjem emmint li għandna nirregolaw mingħajr ma mmissu l-prezzijiet u dwar dan jiena kont dejjem konsistenti." "Illum inkwilin m'għandux rimedju, imma b'din il- White Paper se jkun jista' jitla' quddiem il-Qorti u aħna ngħinuh billi nressqu evidenza u bħala rimedju l-inkwilin jista' jitlob lill- Qorti li ż-żewġ partijiet jidħlu f 'kuntratt." Se jkun hemm ukoll Blacklist Xerri sostna li qed ikun propost li jinħoloq dipartiment ġdid fil- akkomodazzjoni tal-Gvern, li se jipprovdi punt ta' referenza għall-inkwilini. "Jekk sid, tinqata' kważa kontrih jew ma jiddefendix ruħu f 'kawża ma' inkwilin jidħol fil-blacklist u l-istess fuq l-inkwilin. Id-dipartiment se jagħmel moniteraġġ ta' min jikser il-kuntratt." Hu ċċara li l-blacklist mhix se tkun miftuħa għall-pubbliku. Intant f 'dak li jirrigwarda kuntratt li jitwaqqa', il-White Paper tgħid li s-sid irid jinforma lill-inkwilin bil- ħsieb li ma jerġax iġedded il-kuntratt, fi żmien xieraq biżżejjed. Nistaqsih ikun aktar speċifiku u jgħid xi tfisser eżatt 'xieraq biżżejjed'. Huwa ma jiċċarax bi żmien eżatt, imma jgħid li s-sid għandu javża fi żmien biżżejjed biex l-inkwilin isib post ieħor fejn ikun jista' jgħix. 'Biex tkun aġent tal- proprjetà m'għandekx bżonn kwalifiċi' Intant wasalna lejn tmiem l-intervista. U fl- aħħar insemmi l-aġenti tal-proprjetà u l-aġenziji li bħalissa għaddejjin minn perjodu tajjeb ħafna f 'termini ta' negozju. Minkejja dan, il-White Paper biex ikun regolarizzat dan is-settur baqgħet qatt ma rat id-dawl tax-xemx. Tinkwetah din il-biċċa xogħol Xerri? Hu jwieġeb billi jibda b'mistoqsija; "x'garanziji qed jagħtu l-aġenziji f 'dan is- settur? Jien ngħid li ftit..." "L-ewwel nett m'għandek bżonn ebda tip ta' kwalifiċi, meta f 'pajjiżi oħrajn fejn is-settur huwa strutturat għandek l-obblibu li aġent isegwi kors ta' tliet snin. Iva, xi ħaġa kbira li qed nitolbu illi aġent ikollu mqar diploma?" Hu sostna illi hemm problema oħra; l-infurzar. "Lili bħala avukat, jekk xi ħadd jirrappurtani lill-Kummissjoni għall- Aministrazzjoni tal- Ġustizzja jistgħu jeħduli l-warrant. Fil-każ tal-aġenti, xejn. "Hemm ħames klawlsoli legali prinċipali f 'kull kuntratt; l-indirizz, l-iskop tal-kirja, l-ammont tal-kera, il-perjodu u jekk il-perjodu jistax ikun imġedded. Jafu li dawn huma rekwiżiti legali u x'garanzija għandna li jafu?" Il-proċess ta' konsultazzjoni jagħlaq fl-aħħar ta' Novembru u sa dakinhar ikomplu deħlin l-ideat u l-proposti. Wasalna nofs triq u Xerri huwa pożittiv li se naslu sal-aħħar tat-triq biex wara tliet snin ta' diskussjoni u rappurtaġġ fuq il-midja, b'mod speċjali fuq din il- gazzetta, il-Gvern iressaq liġi li tagħti ftit soljev lil dawk li qed ibatu u li mhux qed ilaħħqu minħabba l-kirjiet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 October 2018