Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935
9 Aħbarijiet Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 | illum lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter 'Din is-sena l-mard sesswali żdied kollu u m'aħniex inlaħħqu' Esperti fi l-qasam tas-saħħa qegħdin iwissu dwar epidemija tal-marda tas-Syphilis. L-ILLUM titkellem mad-Direttur tal-GU Clinic f 'Malta. ESPERTI minn GlobalData, qegħdin ibassru li sas- sena 2027, propju disa' snin oħra, il-marda sesswali tas-Syphilis se tevolvi f 'epidemija globali. F'Novembru li għadda din il-gazzetta kienet żvelat kif fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea (UE), Malta għandna l-ogħla rata ta' din il-marda trażmessa sesswalment. Skont ir-rapport ta' GlobalData (kumpanija internazzjonali li tispeċjalizza fil-ħażna u l-analiżi ta' data ta' diversi setturi fosthom is-saħħa) il-prattika komuni ta' sess każwali bħal 'one night stands' flimkien maż-żieda fil-popolarità ta' applikazzjonijiet diġitali bħal Tinder u Grinder, qegħdin ikunu fatturi kbar fiż-żieda tat-tixrid ta' dan it-tip ta' mard. Tinder u Grinder huma żewġ tipi applikazzjonijiet li jintużaw biex persuna faċilment tiltaqa' ma' persuna oħra fuq bażi romantika li tista' tinkludi sess każwali. Din il-gazzetta tkellmet mat-tabiba Valeska Padovese, li hi d-Direttur tal-GU Clinic f 'Malta. Mal-ILLUM, id-Direttur sostniet li hi wkoll hi tal-fehma li "dawn l-inkontri wara l-użu ta' dawn l-applikazzjonijiet qed ikunu fattur kbir li jwassal għat-tixrid ta' aktar mard sesswali," però qalet ukoll li "dawn huma parti mill- problema, u hemm fatturi oħra." Is-Syphilis tittieħed u tinxtered pjuttost malajr permezz ta' attività sesswali, li jinkludi sess orali u anali. Jista' jkun ukoll li tittieħed permezz ta' bews fit-tul ukoll. Fil-każ li tkun infettata mara tqila, din tittieħed mit- tarbija, li tista' saħansitra tmut. "Attwalment is-sess inġenerali qed ikun aktar fuq bażi każwali u fl-istess waqt l-użu tal-kontraċettivi qiegħed dejjem jonqos," sostniet Padovese. Li ppuntat subgħajha għall- fatt li kuntrarju għal snin ta' qabel illum ftit li xejn għad hawn biża' mill-virus tal-HIV, minħabba li bl-avvanz tal- mediċina ħafna qegħdin iqisu din il-marda simili għal mard kroniku ieħor. L-ILLUM staqsiet lit- tabiba jekk taħsibx li tul is-sena li għaddiet żdidux jew inkella naqsux il- każijiet ta' mard sesswali f 'Malta. Padovese għamlitha ċara li avolja m'għandhiex il-figuri kollha f 'idejha, "il-mard sesswali kollu żdied din is-sena." Minkejja dan, it-tabiba qalet li l-GU Clinic jinsab attrezzat bl-istess numru ta' nies li kellu fi żminijiet preċedenti u għalhekk sikwit qiegħda tkun diffiċli biex ilaħħqu mad- domanda tan-nies. "Hi normali li jekk xi ħadd iċempel għall-eżami nagħmlulu appuntament għal xaharejn jew anke aktar 'il quddiem. Ma nistgħux nagħmlu mod ieħor, jeħtieġ li ssir bidla fis-sistema," sostniet Padovese. Skontha, "hemm bżonn diċentralizzazzjoni tas- sistema. Għaliex persuna għandha bilfors tiġi l-GU Clinic biex tagħmel test?" irrimarkat id-Direttur. X'kienet irrapportat l-ILLUM ? F'Novembru li għadda din il-gazzetta kienet żvelat kif skont l-aħħar rapport tal-Kummissjoni Ewropea li jittratta mard sesswali (Health at a Glance – Europe 2016, State of Health in the EU Cycle), Malta kellha l-ogħla rata ta' Syphilis mill-pajjiżi kollha tal-UE, ħames darbiet iktar mill- medja fl-UE. Dakinhar l-ILLUM kienet irrapportat kif in-numru ta' nies infettati b'din il-marda huwa d-doppju tal-medja Ewropea. Bażikament, għal kull 100,000 persuna f 'Malta, hawn 11.5 persuni li għandhom is-Syphilis. Il-medja Ewropea rrapportata dak iż-żmien kienet ta' 5 persuni minn kull 100,000. Pożizzjoni tista' tkun kofinanzjata minn Fondi Ewropej/Fondi Bilaterali CHIEF COORDINATOR Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' Chief Coordinator fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l- Ugwaljanza. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi, għall-attenzjoni tad-Direttur, Servizzi Korporattivi fil-Ministeru għall-Afarijiet Ewropej u Ugwaljanza, permezz tar-Recruitment Portal biss (http://recruitment.gov.mt) sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa 26 ta' Ottubru 2018. Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fit-12 ta' Ottubru 2018. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcin gandCompliance/FormsandTemplates.aspx