Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935
11 Aħbarijiet Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 | illum agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham X'sar u x'ma sarx mill- Baġit tas-sena l-oħra Għaddiet sena u erġajna wasalna għal Baġit ieħor. Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn erba' Ministeri partikolari. Liema huma l-miżuri li twettqu u liema huma dawk li għadu għaddej ix-xogħol fuqhom? GĦADA jitħabbar il-Baġit. Eżerċizzju finanzjarju, ekonomiku u wieħed ta' relazzjonijiet pubbliċi li matulu tingħata stampa ċara ta' fejn tinsab l-ekonomija ta' pajjiżna llum u fejn sejrin bħala pajjiż kif ukoll jitħabbru xi miżuri li jħallu effett pożittiv u jikkonraġġixxu aktar konsumeriżu u aktar infieq. Matul din il-ġimgħa iżda l-Gvern ta ħarsa lejn l-aħħar Baġit u xi twettaq minnu matul l-aħħar sena. Għalhekk din il-gazzetta tat ħarsa lejn erba' Ministeri partikolari u wħud mill-miżuri li twettqu jew għadhom fil-proċess li jitwettqu. • Kif imwiegħed fl-aħħar Baġit il-Gvern investa f 'ċentru tas-Saħħa f 'Ħal Kirkop. Fl-ewwel nofs tas-sena sar kisi, ġew mgħoddija servizzi bażiċi u twaħħlet sistema ta' gassijiet mediċi. Fit-tieni parti tas-sena ġie mwaħħal apparat mediku biex iċ-Ċentru kien inawgurat f 'Settembru. • Il-Gvern wiegħed illi se jkompli rinovar fiċ- Ċentru tas-saħħa tal-Gżira. Ix-xogħol fuq dan il-proġett għadu għaddej b'sejħa mistennija toħroġ biex isir rinovar u biex tinxtara għamara u apparat ġdid. • Il-Pjan Nazzjonali tal-Kanċer huwa 'miżura' kontinwa. Saret kampanja dwar il-kanċer tal- musrana, wara saret kampanja 'kids4health' biex teduka aktar lill-ġenituri dwar dieti u porzjoni tal-ikel għat-tfal. • Il-Minsteru tas-saħħa għadu wkoll fil-proċess biex jaġġorna t-trattament tal-HIV u liema mediċini jistgħu jibdew jingħataw b'xejn. Fil-fatt ġew diskussi r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat li jagħti parir lill-Gvern dwar liema mediċini għandhom ikunu b'xejn. Wara bdew id-diskussjonijet dwar xiri ta' mediċini ġodda li milli jidher baqgħu għaddejjin sa issa. L-MEP Roberta Metsola qed isostni li t-trattamenti tal-HIV għandhom jingħataw b'xejn minħabba li l-prezz huwa wieħed għoli ħafna. • Intant il-Gvern implimenta programm tat- trattament tal-Epatite Ċ u għalhekk bdew jitqassmu l-mediċini lill-pazjenti eliġibli. • Intant il-proċess kollu li permezz tiegħu se tinbena l-iskola medika ta' Barts, ir-rinovazzjoni tal-Isptar San Luqa u r-rinovazzjoni tal-isptar ta' Għawdex għadu kollu qed ikun implimentat. Matul din is- sena il-VGH biegħet il-konċessjoni tagħha lil Steward Healthcare, xi ħaġa li waslet għal ħafna kritika u mistoqsijiet dwar il-kuntratt li kien sar bejn il-Gvern u VGH. • Fil-proċess għad hemm żewġ pjani ta' riġenerazzjoni. Wieħed li beda u ieħor li għadu fi stadju bikri. Ir- riġenerazzjoni ta' Birżebbuġa beda permezz tal-iżvilupp tal-pitch tal-volleyball li ntuża biex sar tournament internazzjonali fih, filwaqt li komplew jitwettqu xogħlijiet ta' manutenzjoni. Intant se ssir komunikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar għal bini ta' ġnien u parkeġġ fi Triq San Patrizju. Min- naħa l-oħra l-pjan ta' riġenerazzjoni għaż-żona tax-Xemxija għadu qed jitfassal. • Intant fil-Baġit li sar is-sena l-oħra kien imwiegħed li se jkomplu jizdiedu r-rotot minn u lejn Malta. U fil-fatt infetħu rotot ġodda minn/lejn Bilbao u Nizza fi Franza mil-linja tal-ajru Volotea. Minn/ lejn Liżbona, Casablanca, Saint Petersburg, Malaga u Bucharest permezz tal-Air Malta. Minn/lejn Talinn, Barċellona, Bratislava, Budapest, Pariġi, Beauvais, Porto, Seville, Aberdeen, Gothenberg, Pescara, Belfast u Napli mil-linja tal-arju Irlandiża Ryanair. • Iż-żidiet fin-numru ta' turisti bejn Frar u April din is-sena kien wieħed qawwi, dejjem qabeż il-15%. • Fil-Baġit tas-sena l-oħra kien imwiegħed proġett infrastrutturali ta' €150 miljun, liema proġett ibiddel l-iskart f 'enerġija. Wara diskussjonijiet u analiżi huwa issa huwa mistenni li ssir evalwazzjoni ta' proposti u offerti minn kuimpaniji għall-konsulenza teknika relatata mad-disinn tal-faċilità li mistennija tbiddel l-iskart f 'enerġija (inċineratur) filwaqt li jkunu maqbula t-termini biex titqabbad konsulenza teknika oħra għall-Istudju tal-Impatt Ambjentali (EIA). • Miżura li x-xogħol fuqha huwa kontinwu huwa l-immaniġġjar tas-Siti Natura 2000. Fil-fatt fil-bidu tas-sena ġew identifikati żoni biex jitħawlu siġar u arbuxelli f 'Kemmuna u sar it-tindif meħtieġ. Sar xogħol ukoll f 'Marsaskala u postijiet oħrajn madwar Malta b'tindif u tneħħija ta' speċi aljeni. • Intant tħawlu 3,100 arbuxell u siġra f 'Kemmuna filwaqt li fis- sajf kienu identifikati aktar siti adattati għat-tħawwil tas-siġar. Mistennijin jitħawlu 1,000 siġra oħra. • Kif kien imwiegħed kull pensjonant ingħata żieda ta' €2 fil-ġimgħa fil-pensjoni. Filwaqt li kif kien mwiegħed il-Gvern żied €200 oħra fil-Pensjoni tas-servizz. Kompliet tingħata wkoll l-għotja ta' €300 lil dawk l-anzjani li għandhom 'il fuq minn 75 sena u li jgħixu waħedhom. • L-eks ħaddiema tal-Korpi tas-snin 70, l-eks ħaddiema tax-xatt l-eks ħaddiema tal-eks Malta Electricity Board u l-Pulizija bdew jew se jibdew jirċievu l-ħlas biex jagħmel tajjeb għal inġustizzji li saru fil-passat. • Kif kien imwiegħed żdied l-In Work Benefit b'€100 għal kull wild. • Ġiet implimentata wkoll il-miżura illi permezz tagħha l-Gvern qed jagħti sa massimu ta' €10,000 f 'għajnuna biex tkopri parti mill-ispejjeż tal- ġenituri adottivi. • Kif imwiegħed ukoll il-Gvern żied il-Foster Care Allowance, minn €70 għal €100. • Il-Gvern għadu fl-istadju li jimplimenta l-wegħda fl- aħħar Baġit biex isir xogħol ta' tagħmir ta' tlett idjar għal adulti b'diżabilità intelletwali. • Fl-aħħar baġit tħabbret miżura li permezz tagħha rduppjaw is-sussidji għal dawk li jikru. Din twettqet u tressqet ukoll il-White Paper dwar il-kirjiet. Michael Falzon Josè Herrera Konrad Mizzi Chris Fearne