Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935
Sports 28 illum Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 'Fil-boxing wieħed irid jemmen h innifsu anke jekk ħadd ma jkun qed jemmen h' - Lydon 'Beqqu' Chircop minn Cristian Antony Muscat LYDON 'Beqqu' Chircop - fost l-aqwa boxers li pproduċa pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin u li ta' 18-il sena rebaħ it- titlu ta' "Bantamweight Champion" tal- European Boxing Federation bħala semi- pro, li għamlu l-iżgħar boxer Malti li qatt rebaħ dan it-titlu. F'din l-intervista, se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-boxing? L-imħabba tiegħi lejn il-boxing bdiet meta kont għadni żgħir. Kont immur nara ħabib tiegħi jittrenja u tant kont nieħu gost li bdejt nittrenja jien ukoll. Jien bqajt u dak li kont immur miegħu spiċċa waqaf. X'kompetizzjonijiet maġġuri rbaħt? Ta' 18-il sena rbaħt it- titlu ta' "Bantamweight Champion" tal-European Boxing Federation bħala semi-pro, li għamilni l-iżgħar boxer Malti li qatt rebaħ dan it-titlu. X'sagrifiċċji jinvolvi il- Boxing? Hemm xi dieta' partikolari ? Il-boxing jinvolvi diversi sagrificcji, speċjalment fejn tidħol id-dieta. Wieħed irid joqgħod attent ħafna għal dak li jkun qed jiekol u jixrob biex ikun jista' jżomm il-kategorija tiegħu. Dan jinvolvi dixxiplina kbira fejn xi drabi jkolli niekol kull sagħtejn u nofs sabiex ninżel fil-piż li jkun hemm bżonn. Trid ukoll tkun lest li tqum kmieni għat-taħriġ speċjalment meta tkun ser tasal xi ġlieda, sew jekk tkun is-sħana u anke l-bard, m'hemmx skużi għat- trejning ! X' differenzi ewlenin jgħaddu bejn il-Boxing u l-Kick Boxing? L-akbar differenza hi li fil-boxing wieħed ma jistax jagħti daqqiet ta' sieq filwaqt li fil-kick kuljum, nimxi bl-eżatt mad-dieta u anki kont tlift xi piż biex inkun fl-aqwa kundizzjoni tiegħi għall-ġlieda u f ' daqqa waħda kelli nieqaf għall-perjodu ta' żmien. Sadanittant bqajt nitħarreġ fejn iffukajt l-aktar fuq "cardio" u "strength training". Kif tirribatti lil min jgħid li l-boxing huwa sport li biex tirbaħ trid tkisser lil ħaddiehor? Dan mhux il-każ, għaliex bħal f ' kull sport ieħor, il-boxing għandu r-regolamenti tiegħu li jridu jiġu mħarsa. Fl- opinjoni tiegħi, għandek ukoll tirrispetta lill- kompetitur tiegħek waqt li xorta tagħmel l-aħjar tiegħek biex ikollok riżultati tajbin, minkejja li f 'xi drabi l-avversarju tiegħek jipprova jintimidak biex ifixklek. Il-boxing huwa sport perikoluż? Kull sport fih tiegħu. Peressli dan huwa contact sport ovvjament ir-riskju li jista' jkollok xi injury huwa ikbar. Pero' minkejja dan ma naqtax qalbi għax huwa l-passjoni tiegħi, u bit- taħriġ stess nitgħallem x' għandi nagħmel biex nevita ċerti injuries. Għaddi messaġġ lil min bħalek jixtieq jagħmel karriera ta' suċċess. Għal kull min jixtieq jirnexxi f 'dan l-isport tal-boxing nixtieq ngħidlu li għalkemm mhux sport faċli, jekk wieħed ikun determinat u ddixxiplinat, bla ebda dubju wieħed għandu jirnexxi. Irid jemmen fih innifsu anke jekk ħadd ma jkun qed jemmen fih u jimxi pass pass sabiex jasal fejn irid jasal. Nixtieq minn hawn nirringrazzja lill-kowċ tiegħi Steve Martin , lil ommi u lil missieri tal- paċenzja li jieħdu bija biex jipreparawli d-dieta meħtieġa u talli ma jfallux ġlieda milli jkolli, lit-tfajla tiegħi Dawn ta' kemm tissapportjani, lil ħija u lil Luke Vella ta' kemm jgħinni fil- preparazzjoni tiegħi. ħadd ma jkun qed jemmen h' - Lydon 'Beqqu' Chircop www.cngfotography.com L. M. Cassola A.C.M.D Photo Stills by Viktor Vella