Illum previous editions

ILLUM 21 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 | illum minn Cristian Antony Muscat ID39 edizzjoni tar- Rolex Middle Sea Race li bdiet ilbieraħ, qiegħda tiċċelebra l-50 sena anniversarju mit-twaqqif ta'din it- tellieqa prestiġjuza. Din is-sena hemm l-ikbar parteċipazzjoni minn meta bdiet. Ta' nota huwa l-fatt li l-akbar numru ta' jottijiet li sa issa ġie reġistrat kien ta' 122 fl- 2014. Din is-sena l-RMYC fassal pjan sabiex din l-edizzjoni tkun l-ikbar waħda sa issa. L-ewwel tellieqa fl-1968 rat flotta ta'tmien jottijiet. Minn dak inhar, kemm il-Club kif ukoll it-tellieqa għamlu passi kbar. "Din hija sena importanti għall- Rolex Middle Sea Race u l-Royal Malta Yacht Club", stqarr Godwin Zammit, Commodore tar-Royal Malta Yacht Club. "Kemm il-Klabb kif ukoll it- tellieqa kibru sa mill-1968. Illum qegħdin nattiraw regolarment il-fuq minn 100 jottli jiġu Malta mill- irkejjen kollha tad-dinja. Il-Club wera il-kapaċità tiegħu li jospita flotta globali". Bħala parti miċ- ċelebrazzjonijiet ta' dan l-anniversarju, l-RMYC nediet numru t'inizjattivi mmirati sabiex juru l-istorja tat-tellieqa, li jinkludi d-dgħajjes u nies li baħħru fuqhom, kif ukoll il-laqgħa li il-Maltin jafu jgħatu lil kull min jiġi Malta. "L-għan tagħna hu li din l-okkażjoni tiġi ċċelebrata b'mod memorabbli" ikkumenta Georges Bonello DuPuis, membru tal-Kumitat Organizzattiv tar-Rolex Middle Sea Race. "L-ewwel suċċess tagħna kien li niżguraw il-parteċipazzjoni ta' Josian, l-iSwan 36 li rebħet l-ewwel tellieqa, li il-kaptan tagħħa kien il- president tal-klabb, John Ripard. "Il-parteċipazzjoni ta' Josian, żgur ser tkun qeda tikkontribwixxi lejn bidu emozjonanti għat- tellieqa. Is-sid attwali ta' Josian, it-Taljan Eugenio Alphandery, kien entużjast li jirritornaha lejn il-post tar-rebħa l-aktar famuża tagħha. " Inċidentalment, il- Belt Valletta, li qiegħda tiċċelebra l-okkazjoni tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2018, qed tinkludi lir-Rolex Middle Sea Race fil-kalendarju tal-avvenimenti madwar din l-inizjattiva. Il- missjoni tal-Valletta 2018 tirrifletti tajjeb l-ispirtu tat-tellieqa: "Meta tgħix fuq gżira, l-orizzont dejjem iżomm il-wegħda ta' konnessjonijiet ġodda u eċċitanti, filwaqt li x-xtut jiġbdu opportunitajiet li qedin jistennew li jiġu esplorati". Karatteristika ewlenija tal-Rolex Middle Sea Race kienet il-ħila tagħha li tolqot l-immaġinazzjoni u li terġa iġġib l-ekwipaġġi lura biex jipparteċipaw. Kull tellieqa hija differenti, kull parteċipazzjoni żżid l-esperjenza. George David, b'Rambler 88, li rebaħ Line Honours ħames darbiet u jżomm ir-rekord tal-korsa kurrenti, wera l-apprezzament tiegħu. Ftit wara li wasal f 'Malta fl-2017, David irrimarka: "Din hija l-isbaħ korsa fid-dinja, u it-tellieqa diġà tinsab fil-kalendarju tagħna għall-2018." Bħas-soltu, ir-RMYC laqa' taħlita ta'ekwipaġġi kemm fuq livell professjonali u dilettanti, kemm dawk li qegħdin jirritornaw kif ukoll dawk li qed jagħmlu l-ewwel dehra tagħhom. L-aktar parteċipant spettakolari huwa Nikata, il-JVNB 115, li b'tul ta'35 metru kien l-akbar dgħajsa li qatt bdiet din it-tellieqa. Josian u l-iSvediż, Blur, li huma ta'11-il metru jipprovdu kuntrast qawwi. Parteċipanti oħra notevoli jinkludu l-Maxi 72 Ġermaniż Momo u l-jott double handed Mandalay, li fuqu hemm l-atletla l-Awstrijakk Andreas Hanakamp, li hu eks atleta Olimpiku u eks Kaptan tal- Volvo Ocean Race. Aktar dettalji dwar l-avvenimenti u l-attivitajiet madwar ir- Rolex Middle Sea Race ser jiġu rilaxxati fix-xhur li ġejjin. Għal dawk li jixtiequ aktar informazzjoni dwar ir-Rolex Middle Sea Race u ir-Royal Malta Yacht Club żur is-sit - www. rolexmiddlesearace.com. Għal aktar dettalji dwar Valletta2018, wieħed jista' jżur www.valletta2018.org Rimarkabbli huwa l-fatt li r-Rolex Middle Sea Race ġiet maħluqa bħala riżultat ta' rivalità sportiva bejn ħbieb kbar, Paul u John Ripard u Ingliż residenti f 'Malta Jimmy White. Dawn kienu kollha membri tar-Royal Malta Yacht Club. Fil-bidu tas-sittinijiet, Paul u Jimmy, flimkien ma'ħabib reċiproku, Alan Green (li iktar tard sar id-Direttur tat-Tlielaq tal- Royal Ocean Racing Club), ippjanaw korsa imfasslla biex toffri sfida eċċitanti f 'kundizzjonijiet differenti għal dawk prevalenti fl- ilmijiet kostali ta' Malta. Huma ddeċidew ukoll li l-korsa tkun kemmxejn itwal mit-tellieqa tal- RORC, il-Rolex Fastnet. Il-korsa hija l-istess bħal dik użata llum, għalkemm tgħaddi f 'direzzjoni bil- kontra. Ir-rekord tar-Rolex Middle Sea Race ġie miksub f 'ħames okkażjonijiet mill-edizzjoni inawgurali fl-1968. Ir- rekord kurrenti ta' 47 siegħa 55 minuta kien stabbilit fl-2007 minn George David u il-jott ta' 90 pied Rambler. Intant, imwaqqaf fl- 1835, ir-Royal Malta Yacht Club huwa l-uniku klabb tal-jottijiet f 'Malta u kien strumentali fil- formazzjoni tal-Malta Sailing Federation. Ir- RMYC għandu mpenn lejn l-organizzazzjoni ta' programm sħiħ ta' tlielaq u attivitajiet għall-baħħara kif ukoll attivitajiet soċjali matul is-sena. Il-faċilitajiet tal-klabb, li jinsab ġewwa Ta'Xbiex, jinkludu bar u ristroant b'terrazin li jgħati fuq il-port ta' Marsamxett. Il-klabb huwa mmexxi minn kumitat elett mill- membri sħaħ tal-klabb. Il-membri jvarjaw fl-età u l-professjoni. Ir-Rolex Middle Sea Race tiċċelebra bil-kbir il-50 sena anniversarju mit-twaqqif tagħha Uħud mill-jottijiet li qed jieħdu sehem waqt ir-Rolex MIddle Sea Race

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 October 2018