Illum previous editions

ILLUM 21 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Kien missieri li kien joħodni l-futbol ta' età żgħira ħafna. Fil-fatt jien bdejt nilgħab meta kelli ħames snin u kont fin-nursery ta' Floriana. Minn hemm tgħallimt ħafna minn diversi kowċis u bdejt niżviluppa l-ħiliet tiegħi. Min- naħa tiegħu anke missieri kien jgħinni ħafna u b'hekk bdejt nidra ħafna din il-logħba aktar ma bdejt nikber. Missierek kien jilgħab il-futbol ma' diversi klabbs lokali. Kemm għenek dan il-fatt? Iva, missieri kien jilgħab ma' Ħamrun u Marsa fil-kampjonat Premier u għalhekk barra li kont immur narah, kienet ħaġa naturali għalija li naqbad dan l-isport. Naħseb missieri kien fattur determinanti sabiex qbadt il-futbol. Fl-aqwa taż-żgħożija tiegħek int kont tilgħab barra minn Malta. Kemm tgħallimt minn din l-esperjenza? Iva, kont għamilt xi ftit xhur nilgħab l-Italja ma' Virtus Lanciano u nista' ngħidlek li tgħallimt ħafna minn din l-esperjenza. Kont ngħix ħajja professjonali u aħna l-plejers barranin konna ngħixu ġo lukanda. Niftakar li filgħodu konna nqumu għall- kolazzjon, nieklu, immorru l-iskola fejn konna nitgħallmu t-Taljan sabiex fis-sagħtejn ta' wara nofsinhar konna mmorru nitħarrġu mat-tim. Fi tmiem il-ġimgħa kien ikollna l-logħob u jien kont nilgħab ma' plejers validissimi li aktar tard saru ferm rinomati fis-Serie A u wieħed minnhom hu l-gowlkiper ta' Udinese Simone Scuffet. Kemm damet din l-esperjenza barra minn xtutna? Jien kont isseħibt magħhom f 'Jannar u għamilt hemm sal-aħħar tal-istaġun jiġifieri qisni domt sitt xhur. Għaliex domt ftit xhur tilgħab hemmhekk? Fil-verità jien mort hemm b'self għax kont għadni plejer ta' Balzan. Għalhekk kelli niġi lura. Ta' Virtus Lanciano qaluli li stajt nerġa' ningħaqad magħhom iżda waqt in- negozjati ma nafx x'ġara. Ma kienu qaluli xejn u għalhekk komplejt nilgħab ma' Balzan. U wara Floriana int komplejt il- karriera tiegħek man-nursery ta' Balzan. Kemm tgħallimt minn din l-akkademja? M'hemmx dubju li l-akkademja ta' Balzan hija waħda b'saħħitha. Bdejt mal-Under 17 ta' dan it-tim u lgħabt anke minors magħhom. Nista' ngħid li kien hemm sens ta' familja u bħala kowċ kellna lil Silvan Ciscaldi li huwa kowċ iddedikat u ddixxiplinat ferm. Fil-fatt kienu l-istess Balzan li tawk id-debutt uffiċjali fil-Premier hux hekk? Kemm-il darba lgħabt magħhom? Lgħabt tmien darbiet magħhom u kont verament kuntent li dan it-tim tawni ċ-ċans nilgħab għall-ewwel darba fl-ogħla kampjonat Malti. Wara Balzan kienu Gżira li akkwistaw is-servizzi tiegħek. Hemmhekk sibt lil Darren Abdilla bħala kowċ. Xi tgħidli dwar dan il-kowċ? Darren Abdilla huwa kowċ bravu ħafna li jgħinek u fl-istess ħin jgħidlek xi trid tagħmel u xi jrid minnek. Ninsabu xxurtjati li għandna kowċ tajjeb bħalu. U xi tgħidli dwar il-president ta' Gżira United Sharlon Pace? Il-president Sharlon Pace huwa bniedem ħabrieki ħafna li flimkien mal-kumitat jaħdmu bla waqfien sabiex jaraw lill-klabb tagħna jtejjeb il- livell tiegħu. Kulħadd jagħmel xogħol utli għal Gżira United FC u jalla li dan il-proġett li għandu jirnexxilu jwettqu. Fl-aħħar partita li lgħabtu fil- kampjonat kontra Qormi batejtu xi ftit għalkemm irbaħtu 1-0. Int kont ivvutat bħala l-plejer tal-logħba. Xi tgħidli dwar din il-logħba? L-ewwel nett kont ferm kburi li mit- 22 plejer li ħadu sehem f 'din il-logħba, jien kelli nintgħażel bħala l-aqwa wieħed. Dwar il-partita nista' ngħid li Qormi kienu tattikament tajbin fejn bdew jagħlqu l-ispazji u minkejja li kellna aktar ċansijiet u ddominajna l-pussess, stajna niskorjaw gowl wieħed biss. Dan kellu jkun il-gowl deċiżiv li tana t-tliet punti u wara kollox dan kien jgħodd. Gżira United huma mdawwrin bi plejers ta' esperjenza bħalma huma Andrew Cohen, Justin Haber u fuq kollox Roderick Briffa. Dawn il- plejers kemm jgħinu plejers bħalek bl-esperjenza tagħhom? Dawn il-plejers jgħinuni ħafna, ikellmuna speċjalment Cohen u Briffa u jagħtuni pariri sabiex intejjeb il- ħiliet tiegħi bl-aħjar mod. Bħalissa qegħdin fl-ewwel post tal-klassifika. Tistgħu timmiraw li tirbħu l-kampjonat? Aħna bħala Gżira United, nimxu logħba b'logħba. Kull partita ninżlu biex nirbħuha u fl-aħħar mill-aħħar meta niġu biex nagħmlu l-kontijiet naraw x'jista' jiġri. Li hu żgur li ser nibqgħu nisfidaw għall-kampjonat u rridu nibqgħu nżommu din il- konsistenza. Kemm tgħallimt mill-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt il-21 sena Silvio Vella? Dan il-kowċ jippreparak sabiex tagħmel il-qabża għat-tim tal-kbar. Meta tibda f 'dan il-livell huwa naturali li taspira għal hemm fuq. M'hemmx dubju li l-kowċ jgħinek ħafna u tgħallimt ħafna affarijiet ġodda mingħandu. Kapaċi jtejjeb il-ħiliet tiegħek bl-aħjar mod. Jien nirringrazzjah ħafna għax dejjem tani ċ-ċans ma' pajjiżi u fuq kollox li lgħabt ħafna logħbiet taħt it-tmexxija tiegħu. Anke l-kowċ tal-kbar Ray Żażu Farrugia għandu fiduċja kbira fik għax din is-sena għażlek għal ħafna drabi. Iva Ray Farrugia wkoll jemmen fil-kapaċitajiet tiegħi. Hu għażilni għal-logħba kontra l-Gżejjer Faroe għalkemm ma lgħabtx iżda kont biss bħala sostitut. Min-naħa l-oħra kontra l-Kosovo bdejt il-partita mill- bidu. Ħassejtni xi ftit eċitat għax dan kien ser ikun id-debutt tiegħi. Imma mbagħad inżilna nagħmlu l-warmup, missejt il-ballun għall-ewwel darba u minn hemm 'l hemm qatt ma ħarist lura anzi iktar m'għadda l-ħin, aktar ħassejtni aħjar. Kienet esperjenza sabiħa ħafna quddiem dawk in-nies kollha. Minkejja kollox spiċċajna tlifna dik il-partita bl-iskor ta' 3-1. X'ġara dakinhar? Fl-ewwel taqsima ħriġna ħafna difensivi, huma bdew idawru l-ballun u kien ħafna aħjar minnha. Fit-tieni taqsima biddilna l-affarijiet u fil-fatt skorjajna permezz ta' Andrei Agius. Sfortunatament it-tkeċċija ta' Michael Mifsud ħarbtitilna xi ftit il-pjanijiet u b'hekk spiċċajna fuq in-naħa telliefa. Kemm tisma' mill-pariri li jtik il- kowċ Farrugia? Ray Farrugia huwa motivatur kbir u jkellimna ħafna. Anke Branko Nisevic li huwa l-assistent tiegħu jagħtini ħafna pariri tattiċi u jipprepara sewwa l-partita. U bħala kowċ Ray Farrugia jagħtik dik l-injezzjoni pożittiva li toħroġ tilgħab b'attitudni kuraġġuża. Fit-tieni logħba tiegħek kontra l-Ażerbajġan int tajt l-assist lil Rowen Muscat li min-naħa tiegħu skorja l-ewwel gowl Malti. X'ħassejt dak il- ħin kif rajt il-ballun dieħel fix-xibka? Nistqarr miegħek li ħassejtni ferħan ħafna meta rajt li Rowen jitfa' l-ballun fil-lasta avversarja. Niftakar l-azzjoni preċiża. Kelli xutt li ġie milqugħ mill-goalkeeper sabiex mir-ribawnd 'Ftit sigħat wara d-draw tal-Ażerbajġan Cristian Antony Muscat Juan Carlos Corbalan - il-plejer tal-mument l-futbol Malti u li riċentament iddebutta mat- tim nazzjonali Malti t-telfa ta' 3-1 kontra l-Kosovo, waqt li beda mal-ewwel 11 ukoll l-partita sussegwenti kontra l-Ażerbajġan, f 'liema żewġ partiti huwa impressjona ferm tant li kien wieħed mill-aqwa plejers Maltin l-grawnd. "Aħna bħala Gżira United, nimxu logħba b'logħba. Kull partita ninżlu biex nirbħuha u fl-aħħar mill-aħħar meta niġu biex nagħmlu l-kontijiet naraw x'jista' jiġri. Li hu żgur li ser nibqgħu nisfidaw għall-kampjonat u rridu nibqgħu nżommu din il-konsistenza." "Kont ferm kburi li mit-22 plejer li ħadu sehem f 'din il-logħba, kelli nintgħażel jien bħala l-aqwa wieħed."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 October 2018