Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935
FTIT sigħat qabel il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna jressaq il-Baġit għas-sena 2019 din il-gazzetta tista' tiżvela illi għada l-Gvern se jħabbar żieda pjuttost sostanzjali fil-pensjonijiet. Din mhux se tkun l-ewwel darba li l-Gvern preżenti se jkun qed iżid il- pensjonijiet għalkemm sorsi qrib il-Gvern li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi dik li se titħabbar għada se tkun l-ikbar żieda fil-pensjonijiet li qatt ħabbar il-Gvern s'issa. Fl-aħħar Baġit il-Gvern kien wiegħed żieda ta' €2 fil- ġimgħa lill-pensjonanti. Ta' min wieħed ifakkar li l-anzjani u l-pensjonanti huma fost l-aktar settur tal- popolazzjoni li jinsabu jew qegħdin fil-periklu tal-faqar. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika fl-2017 kien hemm total ta' 19,971 persuna ta' 'l fuq minn 65 sena li kienu jinsabu f 'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali f 'Malta. Meta dan l-ammont jinqasam bejn nisa u rġiel, wieħed jinnota li n-nisa bit-total ta' 11,281 kienu l-aktar f 'riskju ta' faqar, bl-irġiel jammontaw għal 8,689. Fost dawn 6,082 minnhom huma persuni li jgħixu f 'residenza waħedhom. Imma mhux biss. Din il- gazzetta tinsab infurmata li għal darb'oħra l-Baġit mhu se jkun fih ebda taxxi, kif ġara fl-aħħar snin f 'Baġits preċedenti. Il-Ministru Scicluna għada mistenni jħabbar illi l-Gvern se jerġa' jirreġistra surplus, kemm għas-sena li għaddiet u anke għal dik li ġejja, dan ifisser li l-Gvern daħħal aktar flus milli nefaq. Is-sorsi li tkellmu mal-gazzetta ILLUM sostnew illi f 'dan is-surplus mhux qed ikunu kkalkulati l-flus li qed jidħlu mill-Individual Investors Programme, jew inkella l-bejgħ tal-passaporti. Intant, kemm fil-White Paper li kienet ippreżentata din il-ġimgħa kif ukoll f 'intrervista li qed tidher f 'paġni 12 u 13 qed jingħad illi se jinbidel il-mekkaniżmu illi bih jinħadem is-sussidju li jingħata lil dawk li jikru mill-privat. Kurt Xerri jindika illi dan il-mekkaniżmu se jkun iktar jirrifletti l-qligħ tal- persuna, kif ukoll il-kirja li qed iħallas. Il-prinċipju ta' dan il- mekkaniżmu huwa wieħed illi permezz tiegħu persuna tkun tista' tħallas dak li tiflaħ, skont il-paga tagħha, kif wara kollox jagħmlu l-banek meta jagħtu self u jistabilixxu persentaġġ partikolari mill-qligħ ta' persuna li l-ħlas kull xahar ma jistax jaqbeż. Ħafna drabi l-banek jistabilixxu li l-ħlas tas- self kull xahar ma jistax jaqbeż it-30% tal-qligħ. Intant fuq l-istess suġġett din il-gazzetta tista' tiżvela illi l-Gvern se jkun qed iħabbar jew jagħti ħjiel ta' skema għal xiri ta' dar minn persuni 'l fuq minn 40 sena, l-aktar biex ikunu indirizzati persuni separati. Kif kien qal il- President tal-Malta Developers' Association, Sandro Chetcuti u anke Kurt Xerri llum fl- intervista, is-settur ta' persuni li jissperaw u jkollhom jikru huma fost l-aktar li jsibu problemi biex ilaħħaqu mal- kera. Dan huwa minħabba raġunijiet diversi, fosthom dipendenza finanzjarja fiż- żwieġ, impjiegi li ma jrendux u l-fatt li l-kirja trid titħallas minn persuna waħda. Intant il-ġimgħa li għaddiet, rapport fuq il-ġurnal The Times indika li l-ħlas għall- għoli tal-ħajja se jkun dak ta' €3.33 fil-ġimgħa, €2.30 li joħroġha l-Gvern u €1 li joħroġha l-impjegatur skont il-qbil tal-Ftehim dwar il-Paga Minima Nazzjonali. Ħadd ma ċaħad dan ir-rapport sakemm morna għall-pubblikazzjoni. Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham PRELIMINARY MARKET CONSULTATION Identity Malta Agency would like to notify the general public that it is receiving offers for the leasing of office premises. The said premises must be either readily available to move in or in the final stages of comple�on. Submissions for the Preliminary Market Consultation will be received through the ePPS system on www.etenders.gov.mt and the deadline for submissions is Wednesday 7 th November 2018 at 09:30AM. The document containing all necessary informa�on can be downloaded for free from www.etenders.gov.mt and any clarifications or addenda to the said document will be uploaded and made available on the same website within the stipulated period. Adv. No. IMA-2018/PMC004: Preliminary Market Consultation for Rental of Office Premises for the Identity Malta Agency Identity Malta Agency, Onda Building Triq Aldo Moro Marsa MRS 9065, Malta Late submissions will not be considered. 1538 SUBBASTA numru 9/2017 B'digriet mogħti mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Ġurisdizzjoni Superjuri, Sezzjoni Ġenerali, fit-3 ta' Ottubru, 2018, fl-atti tas-subbasta numru 9/2017 fl-ismijiet "APS Bank Limited vs Joseph Spiteri et" ġie ffissat il-jum tat-Tnejn, 19 ta' Novembru, 2018, fl-10.30 a.m. għall-bejgħ bi rkant li għandu jsir fl-edifiċju tal-Qorti ta' Għawdex, Misraħ il-Katidral, Victoria, Għawdex, tal-fondi hawn taħt deskritti: 1. Maisonette numru 6, Olive Gardens, Triq Sruġ, Ix- Xagħra, Għawdex, valur ta' €208,000. 2. Appartamenti numru 18, 22 u 23 formanti parti minn blokk ta' appartamenti bl-isem Olive Gardens, Triq Sruġ, Ix- Xagħra, Għawdex, liema blokk ta' appartamenti jikkonfina mil-Punent mal-imsemmija Triq Sruġ, Tramuntana ma' beni tas-suċċessuri fit-titlu ta' Bailiff Properties Limited, Lvant ma' beni tal-Gvern ta' Malta u Nofsinhar ma' passaġġ jew irjieħ verjuri, valur ta' €55,000 (appartament numru 18) u €238,000 (appartament numru 22 u 23). L-imsemmija proprjetà tappartjeni lil Joseph Spiteri, direttur, bin Francis u l-mejta Carmen née Zammit, imwieled Tal-Pietà, Malta, karta tal-identità numru 303259M, u lil martu Maria Genesia sive Marnese Spiteri, bint Joseph Camilleri u Antonia née Buttigieg, imwielda x-Xagħra, Għawdex, karta tal-identità numru 45860G, it-tnejn residenti x-Xagħra, Għawdex u dan kif dikjarat fl-atti tas-subbasta fuq imsemmija u ser tinbiegħ bħalma ġiet deskritta u stmata mill-AIC David Cilia fir-relazzjoni tiegħu maħlufa fit-18 ta' Settembru, 2017. Reġistru tal-Qrati tal-Maġistrati (Għawdex), Ġurisdizzjoni Superjuri, Sezzjoni Ġenerali, illum 3 ta' Ottubru, 2018 DANIEL SACCO Għar-Reġistratur, Qrati u Tribunali (Għawdex) Żidiet 'sostanzjali' fil-pensjonijiet imma surplus fl-istess ħin ...u skemi biex persuni separati jsiru sidien ta' darhom Ritratt meħud mis-sit tal-UĦM