Illum previous editions

ILLUM 21 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 Valletta illum | Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 FLOKKAZZJONI tal-festa liturġika ta' Sant'Ursola ċċelebrata llum il-21 ta' Ottubru, xtaqt li niddedika l-paġna tiegħi lil din ir-realtà sabiħa f 'Beltna, imsemmija għal din il-qaddisa, u li mis- silenzju tal-ħitan tal- Monasteru ddedikat lilha, tagħmel ħafna ġid sieket f 'pajjiżna. Il-Granmastru de Verdalle kellu jibqa' mfakkar għall-prudenza u l-umanità kbira tiegħu. Iż- żmien tat-tmexxija tiegħu ra it-twettieq fil-prattika ta' bosta proġetti tal-Ordni ta' San Ġwann li sa dak iż-żmien kienu baqgħu fuq il-karta. It-tmexxija tiegħu rat ukoll fost oħrajn, il- fondazzjoni tal-Monasteru Ġerosmlitan tal-klawsura, magħruf aħjar bħala ta' Sant'Ursula, kif ukoll ieħor magħruf bħala tal- Madaleni. L-ewwel inizjattiva ta' Verdalle, hekk kif ġie elett il-Granmastru, fit- 12 ta' Jannar 1582 kien li bil-poter mogħti lilu mill-Kunsill Ġenerali beda l-bini tal-Monasteru ta' Sant'Ursola, li kien tant mixtieq għall-Ordni tiegħu. Kellu jkun monasteru tal-klawsura, bħalma huma ż-żewġ monasteri Benedittini ta' San Pietru u Santa Skolastika, li dak iż-żmien kienu t-tnejn fl-Imdina. Huwa ħaseb ukoll għal djar mal-monasteru li fihom setgħu jilqgħu bniet li kienu foqra jew orfni bl-intenzjoni li jissalvagwardjaw il- verġinità tagħhom. Il-ħbiberija ta' Verdalle mal-Patrijiet Franġiskani (tal-kunvent ta' Santa Marija ta' Ġesù – Ta' Ġieżu) x'aktarx wassluh biex jitlob l-għajnuna tagħhom. B'hekk b'intervent tagħhom inġiebu żewġ sorijiet Franġiskani Klarissi minn Sqallija biex iwaqqfu u jamministraw il- Monasteru ta' Sant'Ursula. Dawn kienu kienu Suor Clara Febo u Suor Elisabetta Humano, li ngħataw ir-rwoli rispettivi ta' Prijura u Sotto Prijura tal-Monasteru. M'għandniex dokumentat it-talba oriġinali, jew supplika, li Verdalle bagħat lill-Papa Gregorju XIII għall-permess biex iwaqqaf dan il-monasteru Belti. Nafu iżda li t-talba oriġinali tal-Granmastru kienet li għall-ewwel jinstab monasteru għal dawn is-sorijiet fil-Birgu, fejn sa dak iż-żmien ma kien għad hemm l-ebda monasteru ieħor. Il- Granmastru Verdalle wiegħed li l-bini kellu jkun kbir biżżejjed biex jakkomoda 15-il soru, u kellu jkollu wkoll knisja b'kampnar, kripta biex isservi ta' ċimiterju, żona kwadrata ċentrali magħrufa bħala l-kjostru, dormitorju, refettorju u kmamar oħra. Il-Prijura ngħatat il- privileġġ li jkollha s-salib sħiħ tal-Ordni ta' San Ġwann fuq il-libsa tagħha, filwaqt li s-sorijiet l-oħrajn kellu jkollhom nofs salib. Is-sorijiet kienu ugwali fid-dinjità mal-kappillani tal-Ordni, u kienu jagħmlu professjoni tal-voti skont l-istess statut tal-kavallieri. Huma kellhom josservaw ir-regoli tal-klawsura u kienu jaqgħu taħt il- ġurisdizzjoni diretta tal- Gran Mastru. Is-sorijiet kellhom jiġu assenjati kappillan għas-servizzi reliġjużi tagħhom li kien ikun magħżul mill- Gran Prijur tal-Knisja Konventwali bil-kunsens tal-Granmastru. Ħadd ħlief il-Granmastru u s-suċċessuri tiegħu jew dawk speċifikament delegati minnu, ma setgħu jżuru l-Monasteru. Fl-10 ta' Ġunju 1593 il-Papa Klement VIII kkonferma mill-ġdid dak li kien aċċetta l-Papa Gregorju XIII u permezz tal-Bolla Inter cetera cordis nostrii waqqaf uffiċjalmemt il- Monasteru Ġerosmlitan ta' Sant'Ursola. Sal-1582 ma kien hemm l-ebda art vakanti fil-Belt Valletta, u l-Ordni bdiet taffaċċja l-problema ta' fejn setgħu jinstabu siti kbar biżżejjed għal proġetti bħal dak tal-bini tal-monasteru ġdid. Ftit wara t-tlestija tal-pjan tal-Belt, li kien maqsum fi tmenin settur, Il-Monasteru u l-Knisja CLIFFORD GALEA Il-Knisja armata għall-festa ta' Sant'Ursola

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 October 2018