Illum previous editions

ILLUM 21 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 ILPROĠETT tal-White Rocks jinsab mill-ġdid imdendel u mhux ċar jekk il-proċess kollu mal- konsorzju White Rocks Development Company (WRDC) magħżul biex jwettaq il-proġett hux se jieqaf. Dan hekk kif qed jidher li minkejja li għaddew aktar minn erba' snin minn meta tħabbar għadu ma ntlaħaqx il- ftehim neċessarju biex ikun jista' jibda l-proċess kollu tal-proġett, inkluż il- permessi meħtieġa. Fil-fatt il-binja fuq art pubblika għadha mitluqa kif ilha għal snin twal b'rapporti fuq midja differenti jgħidu li saħansitra hemm min qed jgħix illegalment f 'dawn il- binjiet vojta. Tony Zahra, f 'kummenti ppubblikati nhar id-9 ta' Settembru fuq il-gazzetta ILLUM, kien ta lil din il-gazzetta impressjoni kompletament differenti ta' fiex wasal il-proġett. Dakinhar Zahra, li huwa Direttur tal-kumpanija, Alpine Holdings Ltd, waħda mill-kumpaniji li jifformaw il-konsorzju WRDC, kien qal li n-negozjati kienu waslu fi stadju finali tant li assigura li "diskussjonijiet għadhom għaddejjin u nista' niżvela wkoll li se jkollna żviluppi importanti fil-ġimgħat li ġejjin." Minkejja dan, tard din il-ġimgħa Kelliema għall- Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar sostniet illi d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin u li s'issa għad m'hemm ebda indikazzjoni ta' qbil. Jidher li kemm il-Ministeru fuq naħa, kif ukoll il- Konsorzju WRDC fuq in-naħa l-oħra qed jinsistu l-pożizzjoni tagħhom fuq il-prezz tal-art, bil-Konsorzju joffri prezz ħafna iktar baxx minn dak li qed jistenna l-Gvern. "Il-Gvern sempliċiment jagħmel tpartit tal-art bi prezz baxx," sostniet il- Kelliema tal-Ministeru. Il-proġett ilu ġej u 'kważi wasal', imma s'issa kollox għadu wieqaf. F'Diċembru tal-2016, il-Ministru Chris Cardona kien qal illi l-proġett kien se jitnieda qabel l-elezzjoni ġenerali li saret f 'Ġunju 2017. Sa dakinhar ma kien għadu tħabbar xejn. F'Novembru tal-2017, kważi sena ilu, The Malta Independent, irrappurtat kif id-diskussjonijiet kienu għadhom għaddejjin, bil- Ministru Cardona jinsisti li dawn 'waslu fi stadju avvanzat'. The Malta Independent kienet ippubblikat storja illi fiha kien jingħad li l-Gvern se jbigħ l-art għall-prezz totali ta' €22 miljun, xi ħaġa li l-Ministeru ta' Chris Cardona ċaħad. Hu qal li l-valur tal-art huwa ħafna ogħla minn hekk. Ikkuntattjat mill-ġdid minn din il-gazzetta l-ġimgħa l-oħra, tliet ġimgħat wara li żvela kif ftehim kien fil- viċin, Zahra qal illi ma xtaqx jagħti aktar dettalji għalissa u bagħatna għand il-Gvern. Il-Malta Developers' Association (MDA) kienet appellat lill-Gvern biex jitlob prezz kummerċjali għall-art li se jgħaddi lill-konsorzju. "Dan huwa importanti biex l-istat iħares il-ġid komuni u biex tiġi evitata kompetizzjoni inġusta bejn żviluppaturi," kienet sostniet l-MDA. Issa għaddew aktar minn erba' snin sħaħ minn meta beda l-proċess biex isir dan il-proġett , hekk kif kien nhar it-23 ta' Ġunju 2014 li nfetħet 'Expression of Interest' li toffri 45 ettaru ta' art għal ideat 'moderni, kreattivi u innovattivi'. Il- Ministru Cardona kien sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet bil-veduta tal-White Rocks u fiha kien ħabbar dan l-iżvilupp 'esklussiv'. 11-il proposta kienu sottomessi għal proġett bil-konsorzju White Rocks Development Company (WRDC) jintgħażel bħala l-offerent preferut. Il-konsorzju huwa magħmul minn London&Regionel Holdings, li jinkludi lill-aħwa Livingstone, Alpine Group, Bonnici Brothers, Mizzi Holdings Ltd, l-investitur Michael Bianchi, Sea Estate Ltd u Elma Ltd. illum | Il-Ħadd 21 ta' 0ttubru 2018 White Rocks: Il-Gvern u l-konsorzju għadhom 'il bogħod minn ftehim Minkejja li Tony Zahra qalilna li 'kważi waslu' għal ftehim, kelliema għall-Ministeru ta' Chris Cardona tgħid li ftehim għadu 'l bogħod u l-Gvern u l-Konsorzju għadhom mhux qed jaqblu dwar il-prezz tal-art agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Sejħa Għal Proposti Għall-Kiri ta' Propjeta mill-Ministeru Għall Enerġija U L-Immaniġġjar Tal-Ilma Is-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall- Enerġija U L-Immaniġġjar Tal-Ilma jgħarraf li ser jilqa' espressjonijiet ta' interess magħluqin u immarkati: EOI/MEW/02/2018 Sejħa Għal Proposti Għall-Kiri ta' Propjeta mill-Ministeru għall-Enerġija U L-Immaniġġjar Tal-Ilma fil-kaxxa tal-offerti fil-Procurement Unit, fil-Ministeru Għall- Enerġija U L-Immaniġġjar Tal-Ilma, 52, Triq tat-Teatru l-Antik, il- Belt Valletta, Malta sa mhux aktar tard mill 10.00 ta' filgħodu, 16 ta' Novembru 2018. Dawk interessati għandhom jiksbu kopja tad-dokument tal-Espressjoni ta' Interess minn fuq il-website tal-Ministeru energy.gov.mt jew permezz ta' email fuq procurement.mew@gov.mt li tindika b'mod ċar it-titlu tal- Avviż. Numru EOI/MEW/02/2018. MINISTERU GHALL-ENERGIJA U L-IMMANIGGJAR TAL-ILMA

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 October 2018