Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

Minn Yendrick Cioffi NHAR il-Ħamis li għadda, il-Partit Laburista nieda l-manifest elettorali tiegħu għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew. Anke jekk l-Ewroparlamentari xi drabi jidhru 'l bogħod mill-politika nazzjonali, il-ħidma tagħhom tista' tkun importanti mhux biss fuq livell Ewropew, iżda anke fuq livell nazzjonali. Uħud mill-proposti li ppreżenta l-Partit Laburista huma xi ftit jew wisq vagi, iżda oħrajn huma aktar konkreti u l-manifest elettorali jispjega kif l-Ewroparlamentari jistgħu jaħdmu biex jgħinu lill- Gvern Malti jwettaq il-miri tiegħu. L-ILLUM tat ħarsa lejn uħud minn dawn il-proposti li l-Partit Laburista qiegħed iwiegħed li se jaħdmu fuqhom l-Ewroparlamentari li se jeleġġi. 11 Aħbarijiet Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 | illum Uħud mill-proposti li ppreżenta l-Partit Laburista Minn skemi għal min jiċċarġja l-karozza d-dar sa aktar sigurtà fil-lokalitajiet... X'qed iwiegħed il-PL? Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn ix-xogħol li l-Partit Laburista qiegħed iwiegħed li se jwettqu l-Ewroparlamentari tiegħu… Waħda mill-aktar proposti interessanti li qiegħed jagħmel il-Partit Laburista hija dik li joffri rati speċjali tal-elettriku għal min ikollu karozza elettrika u jiċċarġjaha d-dar. Għalkemm il-manifest ma jispjegax kif l-Ewroparlamentari jistgħu jgħinu lill-Gvern biex iwettaq dan, il-Partit Laburista insista li f 'dan il-qasam irid li l-pajjiż ikun mudell għall-pajjiżi Ewropej, b'Għawdex jingħata prijorità. Trasport pubbliku b'xejn Kif reġa' tenna fl-aħħar ġimgħat il-Prim Ministru, fil-manifest elettorali, il-Partit Laburista wiegħed it-trasport pubbliku b'xejn għal kulħadd. "Il-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Laburista, ikomplu jappoġġjaw lill-Gvern biex jasal għall-viżjoni biex it-trasport pubbliku jkun b'xejn għal kulħadd u jidentifikaw fondi speċifiċi għal dan," ikompli l-manifest. Fit-taqsima dwar "Ewropa ġusta," il- Partit Labrista jisħaq li jixtieq Ewropa li tkun mal-ħaddiema, il-pensjonanti, is-self employed u dawk kollha li jaħdmu biex joffru futur aħjar lill- familja tagħhom. Kien għalhekk, li fost proposti oħra, il-Partit Laburista qiegħed iwiegħed li l-Ewroparlamentari tiegħu se jaħdmu favur skemi ta' akkomodazzjoni soċjali affordabbli għal kuħadd. X'jistgħu jagħmlu dwar il- pagi? Dwar il-pagi tal-ħaddiema, il- Manifest kien xi ftit jew wisq vag meta jgħid li l-MEPs Laburisti se jkomplu jħeġġu lill-Gvern favur it-titjib fil- kundizzjonijiet tal-ħaddiema, fosthom fil-pagi. Waqt li fakkar li kien dan il-Gvern li għolla l-paga minima, jisħaq li l-MEPs tiegħu se jappoġġjaw l-għajta għal paga minima diċenti f 'kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea. Saħaq ukoll li r-rappreżentanti tiegħu fil-Parlament Ewropew se jaħdmu favur mekkaniżmu li jassigura l-istess ħlas għall-istess xogħol. Dwar iż-żgħażagħ, il-Partit Laburista qiegħed iwiegħed li l-MEPs li jeleġġi se jaħdmu biex jiżdied il-finanzjament tal-Unjoni Ewropea għal programmi ta' skambju, bħall-Programm Erasmus. Apparti minn hekk, qed iwiegħdu wkoll li jaħdmu biex il-programm jitwessa' anke għall-istudenti f 'livelli li llum ma jilħaqhomx. Qiegħed iwiegħed ukoll li jżomm kuntatt kontinwu ma' għaqdiet mhux governattivi u għaqdiet kulturali u filantropiċi li jaħdmu fil-lokalitajiet. Dan bl-għan li jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-opportunitajiet li tista' toffri l-Unjoni Ewropea, mhux biss fejn jidħlu fondi, iżda anke jkollhom iċ-ċans li jesebixxu l-ħidma tagħhom barra mill-pajjiż, anke fl-istituzzjonijiet Ewropej. Il-Partit Laburista, fil-manifest tiegħu, saħaq li huwa konxju tal- fatt li f 'ċertu lokalitajiet, hemm lok għal imġiba "anti-soċjali" u wiegħed li l-MEPs tiegħu se jappoġġjaw il-ħidma tal-Gvern biex ikun hemm it-tisħiħ ta' sigurtà. Fost oħrajn, il-manifest isemmi l-inizjattiva 'Safe City.' Fil-Baġit li għadda, il-Gvern ħabbar li f 'Paceville u lokalitajiet oħra se tkun installata t-teknoloġija magħrufa bħala 'facial recognition.' "L-MEPs tal-PL jassiguraw li inizjattivi li qed jieħu l-Gvern bħal Safe City… jiġu implimentati skont regoli Ewropej li jkunu f 'rispett lejn il-privatezza tal-individwi." Għalkemm ma jsemmix kif, iwiegħed ukoll li l-MEPs se jaħdmu biex jaraw li jkomplu jissaħħu d-drittijiet tal-membri tal-forzi tal-ordni. Il-Partit Laburista qed iwiegħed li daqs kemm se jkunu vuċi għal Malta, l-MEPs tiegħu se jkunu wkoll vuċi soda għall-ħtiġijiet partikolari ta' Għawdex. Fost oħrajn, ikompli jispjega l-Partit Laburista, l-Ewroparlamentari tiegħu se jaħdmu biex "ifittxu kull opportunità biex kemm huma u kemm l-istituzzjonijiet Ewropej jappoġġjaw il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex. Jgħid ukoll li dawn se jkunu qed jaraw li Għawdex igawdi minn iktar investiment u titjib fil-kwalità tax- xogħol, issa aktar u aktar wara l-bidu tax-xogħol fuq it-tieni cable tal-fibre- optic. Wiegħed ukoll li dawn l-Ewroparlamentari se jaraw li Għawdex se jibqa' jieħu parti sostanzjali mill-fondi Ewropej u jappoġġjaw inizjattivi biex jagħti iktar leħen u awtonomija lil Għawdex. L-ambjent f 'Għawdex… Il-Partit Laburista qed iwiegħed ukoll li r-rappreżentanti tiegħu fil- Parlament Ewropew se jaħdmu biex jibda l-proġett li għandu jwassal biex Għawdex ikun fost l-ewwel grupp ta' pajjiżi li jmorru esklussivament lejn karozzi li jaħdmu bl-elettriku. Wiegħed ukoll li se jaħdmu biex Għawdex jibbenefika minn programmi tal-Unjoni Ewropea il- għan li l-pajsaġġ tiegħu jissebbaħ u jkun imħares. Għal pajjiż bħal Malta, it-tema tal-immigrazzjoni tibqa' kruċjali. Madanakollu, fl-aħħar snin smajna ħafna dwar rilokazzjoni u ripatriazzjoni, iżda ftit li xejn kien hemm żblokk. X'se joffru differenti l-MEPs Laburisti. Il-manifest tal-Partit Laburista jibda billi jisħaq li fl-aħħar snin Malta kellha l-aħjar politika biex jittaffa l-piż tal-immigrazzjoni, fejn fi kliem il-PL, inħoloq bilanċ bejn l-interess nazzjonali u d-dinjità umana. "Ir-risposta tal-PL ma tistax tkun ibbażata fuq biżgħat imma lanqas ma nistgħu ninjoraw l-identitajiet u s-sigurtà nazzjonali," ikompli jgħid il-manifest. Għalhekk, qiegħed iwiegħed li l-MEPs Laburisti jaħdmu biex: • jissaħħu l-mekkaniżmi ta' solidarjetà; • jiġu kkompensati l-Istati li huma aktar esposti għall- immigrazzjoni; • ikun hemm rilokazzjoni u ripatriazzjoni iktar effettiva; u • Malta ma ssirx hub fejn jieqfu l-immigranti. Rati speċjali tal-elettriku għal min jiċċarġja l-karozza elettrika d-dar Skemi ta' akkomodazzjoni soċjali affordabbli għal kulħadd X'qed joffri għaż-żgħażagħ u l-NGOs? Is-sigurtà f 'Malta. L-MEPs x'jistgħu jagħmlu minn Brussell? U għal Għawdex? X'se jagħmlu l-MEPs? L-immigrazzjoni? L-istess paroli jew fatti?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019