Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

illum | Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 4 VotEWROPA 2019 L-OGĦLA strutturi fil-Partit Laburista huma mħassbin fuq tliet Kunsilli madwar Malta fejn il-maġġoranza Laburista tinsab fiċ-ċans li tintilef. Sorsi fil-partit żvelaw ma' din il-gazzetta li skont riċerka rigoruża interna, il-maġġoranza Laburista fil- lokalitajiet tal-Imsida, ir-Rabat (Malta) u l-Furjana kollha qegħdin fiċ-ċans li jintilfu. Minkejja dan it-tħassib il-PL m'għandux inkwiet fuq livell nazzjonali hekk kif sorsi fil-Partit Nazzjonalista li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi l-mira tal-Partit għall-elezzjoni l-oħra, tal- Parlament Ewropew, għadha bejn wieħed u ieħor l-istess, jiġifieri madwar 50,000 favur il-Partit Laburista. "S'issa għadna qed inħarsu lejn distakk li huwa l-istess, forsi ftit inqas, xi 45,000 vot favur il-Labour. Fl-istess ilma bejn wieħed u ieħor." It-tħassib tal-PL hu ffokat l-aktar fuq il-lokalitajiet tar-Rabat u l-Imsida, żewġ lokalitajiet b'maġġoranza Laburista. F'dawn iż-żewġ lokalitajiet kien hemm tilwim intern kif ukoll problemi relatati mal-governenza. Primarjament, in-nies involuti huma Charles Azzopardi u Lino Bartolo. Kienet din il-gazzetta li bħal- lum ġimgħa, irrapportat kif is-Sindku tar- Rabat, Charles Azzopardi, li kien fetaħ il-kanuni fuq il-midja soċjali u saħanistra fuq NET TV, għax ma tħalliex jikkontesta, qiegħed jiġi investigat mill- Pulizija fuq allegazzjonijiet ta' korruzzjoni. Hu jgħid li huwa l-kunsill li qed ikun investigat mhux hu. (Ara storja separata). Fl-istess edizzjoni tal-ILLUM, kien ippubblikat artiklu ieħor li jgħid kif is-sitwazzjoni bejn il-Kunsilliera tal-Partit Laburista fl-Imsida tant kienet spiċċat ħażin illi l-maġġoranza tal-kandidati Laburisti Misidjani kienu lesti jirtiraw il-kandidatura tagħhom kieku l-partit ħalla lil Lino Bartolo jerġa' jikkontesta. Finalment, Bartolo rriżenja minn Kunsillier Laburista u ħabbar li se jibqa' u jikkontesta bħala indipendenti. Iż-żewġ kunsilliera Laburisti kontinwament saru jitkellmu fl-apert kontra t-tmexxija tal-Partit Laburista. Fid-dawl ta' dawn iż-żewġ telenovelli politiċi, is-sorsi li tkellmu mal-ILLUM stqarrew li "l-ħsara li qed issir minn dawn iż-żewġ kunsilliera taf twassal għat-telfa tal- maġġoranza." Ta' min jgħid li fil-każ tal-Imsida, din tista' faċilment twassal għat-telfa tal- maġġoranza hekk kif fl- aħħar elezzjoni, il-PL kiseb maġġoranza ta' 27 vot biss. Fl- aħħar elezzjoni lokali Bartolo kien ġab madwar 202 voti. Fl-istess waqt, fil-lokalità tar-Rabat iż-żewġ partiti dejjem kienu ras imb ras, sakemm fl-elezzjonijiet tal- 2009 u 2013 il-Partit Laburista qabeż għalkollox lill-Partit Nazzjonalista. Fl-aħħar elezzjoni dan id-distakk kien ta' 1,000 vot meta Azzopardi kien kiseb 2,267 vot. Tajjeb wieħed jinnota li r-Rabat, iktar minn postijiet oħrajn jeżisti l-fattur tal- kaċċa li jista' jagħmel xi ftit ta' differenza wkoll fir-riżultat aħħari, speċjalment hekk kif ftit ġimgħat ilu kien deċiż mill-Ornis illi l-kaċċa fuq il- gamiema f 'din ir-rebbiegħa ma tistax issir. Din id-deċiżjoni ma tantx intlaqgħtet tajjeb minn bosta kaċċaturi. Il-Furjana u l-Imqabba fuq ir-radar tal-Partit Is-sorsi li tkellmu mal- ILLUM saħqu wkoll li l-lokalità tal-Furjana tista' titlef il-maġġoranza li nkisbet fl-2013. Il-Furjana dejjem kienet l-lokalità li tista' tgħid, toffri l-antiteżi tas-sistema taż- żewġ partiti politiċi f 'Malta, hekk kif għal diversi snin, il- kandidat indipendenti Nigel Holland serva ta' Sindku tal- Furjana. Tajjeb li ninnotaw li fl-aħħar elezzjoni li saret ma' dik ġenerali, Holland kien ġab 132 vot. Fl-istess waqt, il- kandidat Publio Agius f 'isem Aġenda Soċjali għall-Furjana kien ukoll kiseb riżultat tajjeb. Il-kandidatura ta' Nigel Holland toffri sfida kbira liż-żewġ partiti, hekk kif Holland huwa persuna sinonimu mal-Furjana, popolari ma' votanti ta' kwalunkwe kulur politiku u midħla tal-festa u l-klabb tal-futbol. Ta' min isemmi wkoll li fl-aħħar elezzjoni, il- Partit Laburista żied biss 10 voti, minn dik ta' qabel. Il-PN irrassenjat li se jitlef b'25% iżda qed jipproġetta l-Mellieħa Intant, sorsi mill-Partit Nazzjonalista spjegaw li skont riċerka li sondaġġi interni li qed jagħmlu, il-PN mistenni jitlef mat-25% tal-Kunsilli qabel biss issir l-elezzjoni. Minkejja dan, huma qalu li prestazzjoni tajba fir-raħal tal-Mellieħa, attwalment taħt kontroll Laburista hi waħda mill-miri ewlenin tal-elezzjoni ta' dan ix-xahar. Ta' min jgħid li l-Mellieħa hija lokalità interessanti għall-fatt li ma hemmx distakk kbir bejn iż-żewġ partiti, tant li fl-2008, minkejja li l-Partit Laburista kiseb il- maġġoranza tal-voti, il-Partit Nazzjonalista eleġġa aktar siġġijiet u spiċċa biex imexxi huwa. Dakinhar, John Buttigieg, kandidat Laburista kien ġab 239 vot aktar mid-Deputat Nazzjonalista Robert Cutajar però finalment, kien Cutajar li spiċċa fit-tmexxija tal-Kunsill. Fl-aħħar elezzjoni tal-2013, il-PL reġa' żied il-voti u kiseb 3,170 vot, filwaqt li l-PN kiseb 2,891 vot biex id-distakk tela' għal 279 vot. Mistoqsijiet kbar fuq il- maġġoranza tal-kapitali Apparti minn dan, il-belt kapitali ta' Malta, minkejja li hi lokalità tradizzjonalment Nazzjonalista taf tintrebaħ minn kwalunkwe partit. Ta' min jgħid li fl-2013, id-distakk bejn iż-żewġ partiti kien ta' 150 vot, bil-PN jikseb 2,453 vot u l-Partit Laburista jikseb 2,303 voti. B'hekk il- persentaġġ bejn iż- żewġ partiti huwa biss ta' 2%. Filwaqt li l-PN żied il-voti fl-2008 u reġa' naqqashom fl-2013, il-Partit Laburista fil-Belt baqa' dejjem iżid il-voti f 'kull elezzjoni. Fl-istess waqt, din is-sena l-lista tal-kandidati tal-PL se tinkludi l-veteran Ray Azzopardi u l-preżentatur popolari, Alfred Zammit li mistenni jkun kalamita ta' voti Fuq in-naħa l-oħra, is-Sindku attwali Christian Micallef, li ħa post Alexei Dingli meta rriżenja ftit tax-xhur ilu, mistenni wkoll ikun fuq ta' quddiem sabiex jiddefendi l-maġġoranza Nazzjonalista fil-kapitali. Apparti dawn il-lokalitajiet, il-PN litteralment ċeda l-lokalità tal-Għarb fejn l-istess partit kien jaqbeż is-60%. Il-PL inkwetat fuq tliet Kunsilli… imma l-PN għadu rrassenjat għal telfa ta' 40,000+ Fuq livell lokali, sorsi mill-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista jiżvelaw l-aspettattivi interni għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli li ġejjin... fuq livell nazzjonali (elezzjoni PE) il-PN għadu qed iħares lejn telfa li tkun b'distakk ta' 45,000 vot jew aktar lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Ir-Rabat hija lokalità fejn is-Sindku Laburista jinsab f 'battalja mal-partit u fejn għixu ħafna kaċċaturi Mellieħa: Il-PN u l-PL ras imb ras kważi dejjem Minn kalamita għal Sindku? Lino Bartolo Maħbub u popolari: se jtellef il-maġġoranza Laburista

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019