Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 5 ta' Mejju Aħbarijiet Tkompli minn paġna 1 Sorsi li kellmu lil din il-gazzetta sostnew illi il-Gvern ħa €2 miljuni mill-fondi allokati u li jintużaw mill-Kunsill ta' Tas-Sliema, xi ħaġa li fil-fatt kienet ikkonfermata ma' din il-gazzetta mis-Sindku Slimiż Anthony Chircop. L-ILLUM tinsab infurmata wkoll illi ttieħdu fondi li kienu riżervati għal San Ġiljan għall-ammont totali ta' €2 miljuni oħra, xi ħaġa li kienet ikkonfermata mill-Viċi Sindku Albert Buttigieg. Intant l-eks Kunsillier Laburista u kandidat indipendenti Misidjan Lino Bartolo kkonferma li dan kien il-każ fl-Imsida wkoll, fejn is-sorsi spjegaw illi l-Gvern ħa mat-€800,000 mill- fond bil-flus li suppost ikunu użati għal-lokalitajiet. Finalment, is-Sindku tal-Gżira kkonferma wkoll li l-Gvern ħa madwar €1 miljun oħra mill-UIF. Il-UIF huwa fond illi fih jidħlu flus minn multi li jħallsu żviluppaturi u/jew negozji li ma jkunux jistgħu joħolqu biżżejjed garaxxijiet li jkun hemm bżonn skont mekkaniżmu li jaħdem kemm-il spazju ta' parkeġġ irid joħloq l-iżviluppatur/negozjant. Fi kliem sempliċi jekk żviluppatur se jibni blokka kbira ta' 50 appartament, imma se jibni biss 20 garaxx irid iħallas multa għal madwar 25-30 karozza li mhux qed iforni spazju ta' parkeġġ għalihom. Mal-ILLUM Anthony Chircop jispjega kif il- flus minn din l-iskema, għalkemm m'hemm xejn definit, bħala prassi kienu dejjem imorru għand il- Kunsilli għal proġetti differenti. L-aktar li urta lil Chircop, Bartolo u Buttigieg kien il-fatt illi l-Gvern m'għarrafx lill- Kunsilli illi se jkun qed jieħu dawn il-flus meta wħud mill- Kunsilli kienu diġà qed jaħdmu fuq proġetti diversi. Bartolo sostna illi l-Kunsill tal- Imsida induna biss meta mar biex jagħmel il-proġett biex ikun irranġat il-promenade tal-lokalità. Hu sostna illi meta rrikorrew għal dawn il-flus instab li minn madwar €1.2 miljun kien għad fadal €400,000. Is-Sindku ta' Tas-Sliema kkonferma li l-Kunsill sar jaf biss li ttieħdu dawn il-flus wara li bdew laqgħat dwar proġetti diversi, fosthom bandli 'state of the art' u parkeġġ taħt l-art kif ukoll latrini. "Aħna konna nafu li kellna l-massimu, jiġifieri madwar €5 miljuni. Meta konna qed naħdmu fuq il-proġetti f 'laqgħa partikolari qalulna li fadal €3 miljun. U hemmhekk il-Kunsill Slimiż sar jaf illi ttieħdu €2 miljuni għal dan il- parkeġġ. Mank qalulna." Buttigieg mhux biss ikkonferma, iżda qal illi l-Kunsill qed jagħmulhielu diffiċli "jaċċettaw il-proposti tagħna dwar kif nistgħu nużaw il- flus." Chircop sostna illi għalkemm m'hemm xejn ħażin f 'li jsir parkeġġ għall-Università, imma meta qed jintużaw fondi għal Tas-Sliema għandu jkun hemm xi forma ta' benefiċċju lil- lokalità. "Hawnhekk mhux qed isiru proġetti li se jolqtu direttament lis- Slimiżi... wara ħafna pressjoni min- naħa tagħna ntlaħaq qbil biex dawk il-proġetti li ressaqna sal-aħħar tas- sena l-oħra jkunu approvati jibdew. Imma issa minn din is-sena rridu nistennew li l-fond jerġa' jimtela biż- €2 miljuni li ħa l-Gvern." "Issa għalkemm se jħalluna nibdew xi proġetti li ressaqna sal-aħħar tal-2018, biex nagħmlu proġetti ġodda rridu nistennew sakemm jkollna aktar minn €2 miljuni fil-fond. €2 miljuni ma nġibuhomx mil-lum għal għada," irrimarka s-Sindku Slimiż, "probabbilment mhux se napplikaw għal aktar proġetti din is-sena żgur." Intant is-Sindku Conrad Borg Manche sostna illi hu ma kienx infurmat għalkemm seta' ntbagħat komunikat lis-segretarju tal-kunsill. Hu sostna illi "jekk isir dan il-proġett ikun qed jgħin ħafna mill-problema tat-traffiku u karozzi fit-toroq." Is-Sindku Slimiż u Kunsillier fl-Imsida jikkonfermaw li saru jafu li ttieħdu l-flus b'kumbinazzjoni META kien qed jindirizza konferenza tal-Aħbarijiet dwar l-ambjent, il-kelliem tal-PN għal dan is-suġġett Jason Azzopardi sostna li pajjiżna sar 'unliveable' jew inkella pajjiż li ma tistax tgħix fih minħabba l-konġestjoni fit-traffiku, bl- agħar kwalità ta' arja fl-Unjoni Ewropea, ħmieġ, l-agħar rata ta' riċiklaġġ u ż-żieda qawwija fil-popolazzjoni. Intant f 'din il-konferenza li damet biss ftit minuti, il-Kandidat għall-elezzjoni tal-MEPs f 'isem il-PN, Michael Briguglio sostna illi għall- Partit Laburista l-ambjent huwa xi ħaġa sekondarja u implika illi filwaqt li l-proposti ambjentali li kien ressaq il-PN kienu studjati u diskussi, dawk tal-PL f 'dak li sejjaħlu 'fuljett' ma kinux. 'Malta sar pajjiż li ma tiflaħx tgħix fih' - Jason Azzopardi Jason Azzopardi, Deputat tal-PN Is-Sindku ta' Tas-Sliema Anthony Chircop, waqt konferenza tal- Kunsill Lokali Conrad Borg Manche' Albert Buttigieg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019