Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

illum | Il-Ħadd 5 ta' Mejju2019 5 VotEWROPA 2019 Issa l-kampanja qabdet sew. Il-logos ġew żvelati u l-argumenti bdew isiru. Din il-gazzetta tanalizza ż-żewġ diskorsi li saru bħal-lum ġimgħa; Adrian Delia l-għeluq tal-Kunsill Ġenerali u Joseph Muscat l-ftuħ tal-kampanja Laburista Mill-Pietà sal-Ħamrun, fid-Dar Ċentrali u ċ-ĊNL. Iż-żewġ diskorsi tal-Ħadd li għadda agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham NHAR il-Ħadd li għadda l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista komplew, jew bdew, il-kampanja b'Kunsilli Ġenerali rispettivi b'diskorsi li jkunu magħmulin biex jimmarkaw il-lingwaġġ tal-kampanja, biex iqajmu l-ħeġġa għall-kampanja u biex jissolidifikaw lill-aktar bażi akkanita tal-partit, il-qalb tal-partit fl-ogħla organu. F'din l-analiżi se nagħtu ħarsa lejn iż- żewġ diskorsi taż-żewġ mexxejja politiċi ta' nhar il-Ħadd li għadda. Adrian Delia minn naħa u Muscat fuq l-oħra. Adrian Delia: waħda mill-aqwa prestazzjonijet tiegħu, imma biżżejjed? Dak ta' nhar il-Ħadd li għadda kien probabbilment l-aqwa jew wieħed mill-aqwa diskorsi ta' Delia, għalkemm naturalment l-effett tiegħu jiddependi fuq diversi fatturi. L-ewwel nett se jiddependi fuq il- prestazzjoni ta' Delia nhar il-Ħamis fuq Xtra (din l-analiżi nkitbet qabel) u allura kif se tkun l-ewwel dehra bejn Delia u Muscat. Imma ejja nibdew inħarsu lejn id- diskors. Delia għal darba, darbtejn, tlieta rrefera għal dawk is-suċċessi ta' gvernijiet Nazzjonalisti li jibqgħu jissemmew. Fil-fatt wara t-telfa tal- aħħar elezzjoni ġenerali kienu bosta n-Nazzjonalisti li kienu qed jgħidu illi l-PN ma daqqx it-trombi biżżejjed dwar dak li għamel meta kien fil-Gvern u li kien donnu qed jiddistakka lilu nnifsu minn dawk il-Gvernijiet tal-PN, speċjalment dawk ta' bejn l-2005 u l-2013. Delia semma diversi oqsma, fosthom is-settur finanzjarju, il-gaming u aktar. Dan it-tip ta' diskors huwa magħmul biex kemm jista' jkun jiġi attirat lura dak il-vot tradizzjonali Nazzjonalista li forsi bħalissa huwa diżilluż bil-kbir. L-istess id-dokumentarju dwar id- dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea nhar it-Tlieta filgħaxija bil-parteċipazzjoni tal-eks Kapijiet Lawrence Gonzi u Simon Bususttil, Martin Bugelli (eks DOI), l-eks Segretarju Ġenerali Joe Saliba u l-bniedem li mexxa n-negozjati biex Malta tidħol fl-UE Richard Cachia Caruana. Bla dubju din is-sena, dan id- dokumentarju kien immirat aktar biex jippompja l-enerġija u jqajjem in-nostalġija għal żminijiet il-glorja tal- Partit Nazzjonalista. Delia jeħtieġ joqgħod attent li ma jkunx hemm wisq nostalġija għall- perjodu 1987-2004, għax dan jista' jibda jissottolinea aktar l-istat illi fih jinsab il-PN illum. 'Mhix elezzjoni bejn il-partiti' Forsi l-aktar stqarrija importanti, tant li s-sit illum.com.mt beda r-rapport biha, saret fil-bidu tad-diskors. Delia sostna illi dik tal-25 ta' Mejju 'mhix elezzjoni bejn il-partiti', stqarrija ċara illi turi li Delia u l-PN se jkun qed jagħmel minn kollox biex din l-elezzjoni ma tkunx test politiku bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista. U għalfejn? Għaliex il-Partit Nazzjonalista għadu lura f 'termini ta' numri fis-sondaġġi li qed isiru b'mod frekwenti. Iktar minn hekk Joseph Muscat jibqa' bil-wisq aktar popolari minn Adrian Delia li għadu qed jiffaċċja problemi kbar fost parti sostanzjali tal-għeruq Nazzjonalisti. Dan ifisser illi b'tellieqa strettament PN vs PL jew Muscat vs Delia, il- PN għandu aktar ċans jitlef. Jekk il-PN jirnexxilu iktar jiffoka fuq il- kandidatura tiegħu jkollu aktar ċans illi joħroġ lil dawk il-votanti Nazzjonalisti li ma jridux jivvutaw lilu iżda li huma lesti jivvutaw lill-MEPs bħal Roberta Metsola u David Casa. Sfortunatament għal Delia se jkun kważi impossibbli li jirbaħ il-qawwa tal-midja Laburista u tal-Gvern, li se tagħmel minn kollox biex dik tal-25 ta' Mejju tinbidel f 'battalja bejn il-partiti. Delia iżda ma jaqbillux anqas li tkun 'elezzjoni bejn il-partiti' għax f 'każ ta' telfa kbira jkun il-partit li jrid iġorr ir-responsabbilità, jiġifieri hu, għax hu jmexxih. Min-naħa l-oħra jekk jitfagħha fuq il-kandidati jista' malajr jgħid illi l-poplu ma riedx lill-kandidati tal-PN u allura huma l-problema mhux hu u t-tmexxija. Tkompli f 'paġni 6 u 7...

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019