Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

illum | Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 15 VotEWROPA 2019 I r-relazzjoni ta' Malta mal-Unjoni Ewropea ma bdietx bil-kwistjoni tas-sħubija li seħħet 15-il sena ilu. L-idea li Malta għandu jkollha forma ta' relazzjoni mal- komunità Ewropea kienet issuġġerita għall-ewwel darba fl-1958 minn Dom Mintoff f 'ittra lil Lennox Boyd, li kien imexxi d-delegazzjoni Laburista Ingliża f 'konferenza kostituzzjonali dwar l-indipendenza ta' Malta. Fis-snin 60, Ġorġ Borġ Olivier kien esprima ruħu favur l-idea li Malta titfa' l-ankri tagħha fil-komunità Ewropea. Fl-1970 sar ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea li kien immirat li jgħin lil Malta tiddiversifika u ssaħħaħ l-ekonomija tagħha anke bil- ħsieb li eventwalment isseħħ l-għaqda doganali. F'nofs is-snin 70, l-amministrazzjoni Laburista ta' Dom Mintoff wessgħat dan il-ftehim mal-komunità Ewropea permezz ta' sitt protokolli oħra. Malta talbet relazzjoni speċjali mal-komunità filwaqt li l-ekonomija ta' Malta bdiet tissaħħaħ permezz ta' investiment barrani primarjament mill-Ġermanja u mill-Italja. Ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Unjoni Ewropea ħadu żvolta ġdida fl-1987, għalkemm l-amministrazzjoni Nazzjonalista damet tliet snin sakemm formalment ressqet applikazzjoni għas-sħubija ta' Malta waqt il-Presidenza Taljana fl-1990. Il-Gvern ta' dak iż-żmien kien anke mmira biex nidħlu mat- tkabbir tal-1995 iżda dan ma kienx realistiku. Il-Gvern Laburista tal- 1996 bit-tmexxija tal-Prim Ministru Alfred Sant, ipprefera strateġija ta' sħubija mal-Unjoni Ewropea bbażata fuq kummerċ ħieles mingħajr parteċipazzjoni fl- istituzzjonijiet Ewropej. Il-fatt li l-applikazzjoni ta' Malta kienet biss sospiża u mhux irtirata għamilha inqas diffiċli biex il-Gvern ta' wara seta' jerġa' jattiva l-applikazzjoni Maltija. In-negozjati tlestew fl-2002 u l-elezzjoni tal-2003 li saret f 'nofs kontestazzjoni qawwija bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista wasslet biex Malta tissieħeb sena wara flimkien ma' Ċipru u tmien pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Jista' jkun li din il-kontestazzjoni politika wasslet biex il-kundizzjonijiet tas-sħubija jkunu aħjar milli setgħu kienu. Id-dibattitu akkanit dwar il-futur ta' Malta f 'dak il-perjodu wassal ukoll biex is-soċjetà Maltija tkun informata dwar l-Unjoni Ewropea iktar mill-medja tal-pajjiżi Ewropej. Dan kien ikkonfermat mill- istħarriġ tal-Ewrobarometru li jsir regolarment mill- Kummissjoni Ewropea. Fil-fehma tiegħi l-ikbar sfidi li ġew mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropej kienu tnejn. L-ewwel nett, il-kapaċità li nifilħu u nilqgħu għall-pressjoni kompetittiva tas-suq uniku Ewropew bir- regoli kolla li jiġu magħha primarjament il-prinċipju taċ-ċirkulazzjoni libera fis-suq intern. S'issa bi sħubija fl- Unjoni Ewropea l-ekonomija ta' Malta baqgħet fuq saqajha u bit-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat f 'dawn l-aħħar sitt snin, l-ekonomija ta' Malta kibret u ssaħħet b'mod impressjonanti. Li hu żgur hu li għandna naħdmu biex inkunu aktar produttivi u innovattivi biex noħolqu iktar xogħol u ntejbu l-pagi. Naħdmu wkoll sabiex inkomplu niddiversifikaw l-ekonomija ħalli din ma tkunx tiddependi fuq ftit setturi. It-tieni, il-kapaċità amministrattiva li bħala pajjiż membru neħtieġu l-istrutturi u r-riżorsi umani sabiex nimplimentaw l-obbligi kollha li jiġu mas-sħubija ta' Malta fl- Unjoni Ewropea. L-ikbar test għal din l-isfida ġie fuqna bil- preparamenti twal li saru mill- Gvern Malti biex Malta daħlet għall-isfida tal-Presidenza tal-Unjoni Ewropea fl-2017. Jien kelli l-privileġġ naħdem fil-qalba ta' din il-ħidma f 'Dar Malta Brussell matul dawn is-snin u servejt lill- Presidenza Maltija tal-Kunsill bħala negozjatur mal- Parlament Ewropew. Minkejja tfixkil mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista, il-Presidenza Maltija kienet waħda ta' suċċess u biha Malta kisbet viżibbilità importanti fuq il- palk Ewropew. Robert Micallef hu kandidat Laburista għall-Parlament Ewropew L-Istorja ta' Malta fl-Ewropa Għandna naħdmu biex inkunu aktar produttivi u innovattivi biex noħolqu iktar xogħol u ntejbu l-pagi ROBERT MICALLEF JISTGĦU JAPPLIKAW Organizazzjonijiet li jappoġġaw lill-lntrapriżi Kunsilli Lokali, Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern, Awtoritajiet u Entitajiet Pubbliċi, Sħubijiet pubbliċi-privati, Organizazzjonijiet tan-Negozju, Organizazzjonijiet mhux Governattivi, Istituzzjonijiet Edukattivi Pubbliċi, Skejjel Pubbliċi u tal-Knisja, I-Università ta' Malta (Fakultajiet, Istituti u Dipartimenti), Trejd Unjins, Assoċjazzjonijiet tal-Professjonisti. APPLIKAZZJONIJET JINTLAQGĦU SA' Nofsinhar tal-Ġimgħa, 10 ta' Mejju 2019 GĦAL AKTAR INFORMAZZJONI U L-FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI 2569 0310 | 2569 0350 nesa.commerce@gov.mt www.commerce.gov.mt PREMJU NAZZJONALI GĦAL APPOĠĠ LILL-INTRAPRIŻA 2019 FOND TA' PREMJIJIET €50,000 U NOMINAZZJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI PRESTIĠJUŻA: PREMJU EWROPEW GĦALL-PROMOZZJONI TAL-INTRAPRIŻA 2019

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019