Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

illum | Il-Ħadd 5 ta' Mejju2019 7 VotEWROPA 2019 Delia fuq il-bżonn ta' tama fost il-Laburisti tradizzjonali li forsi jarawh bħala PM ta' Gvern iktar kapitalist, però wkoll ix-xewqa illi jkun dejjem aktar jirrifletti l-imaġini kbira ħafna li kellu Dom Mintoff. Fil-fatt, l-ewwel kliem ta' Muscat kienu "Malta l-ewwel u qabel kollox", l-aktar espressjoni marbuta ma' Mintoff u l-aktar espressjoni marbuta man-nazzjonaliżmu u l-imħabba lejn pajjiżna. Huwa rrefera għall-Partit Laburista bħala l-Moviment tal-ġustizzja soċjali, għal darb'oħra espressjoni biex tkun issolidifikata l-idea, li naqset xi ftit, illi l-PL huwa l-partit taż-żgħir. Fl-isfond ta' 'Malta f 'qalbna' Il-logo li se jkun qed jintuża mill- Partit Laburista għandu sfond ċelesti b'qalb roża bil-kelma 'Malta' fuqha. Taħt il-qalb hemm miktub 'f 'qalbna'. Huwa ċar li Muscat qed jappella għas-sentiment nazzjonalistiku rifless fl-ewwel kliem tad-diskors ta' nhar il-Ħadd, 'Malta l-ewwel u qabel kollox.' 'Malta f 'qalbna' hija espressjoni li fil-verità ma tistax ma taqbilx magħha u allura hija iktar tal-widna. Naturalment il-kuluri li ġew magħżula mhux se jinżlu tajjeb ma' kulħadd, imma huma iktar moderni u probabbilment jinżlu aħjar maż- żgħażagħ. Jidher illi l-appell għan- nazzjonaliżmu qed jintuża biex jibbilanċja l-għajjat ta' kożmopolitaniżmu ta' Malta li fiha taħtlita sħiħa ta' nies minn kulturi u pajjiżi differenti. Realizzazzjoni dwar l-ambjent u l-ispazji miftuħa Bħal-lum ġimgħa, meta din il-gazzetta kienet qed tħares lejn l-ewwel sigħat tal-kampanja tal- PN, semmejna l-ambjent u l-fatt li għalkemm ma jrebbaħx u jtellef elezzjoni, xorta hawn kuxjenza li qiegħda dejjem tikber speċjalment minħabba li l-attività fil- kostruzzjoni qiegħda dejjem tiżdied. Muscat ukoll induna b'dan, tant hu hekk li d-diskors ta' nhar il- Ħadd kien wieħed mill-ftit diskorsi illi matulhom irriżerva parti kunsiderevoli fuq l-ambjent u l-ispazji miftuħa. Kien f 'dan id- diskors fil-fatt illi Muscat ħabbar "l-akbar proġett ta' spazju miftuħ għall-familji f 'ġenerazzjoni." Ma kienx b'kumbinazzjoni li Muscat ħabbar dan it-tip ta' proġett. Jaf li l-garr u l-ilmenti qegħdin dejjem jiżdiedu kif ukoll li dan il-Gvern rabba wisq fama ta' Gvern li mhux biss ma jinteressahx mill-ambjent imma li qed jippermetti l-qerda tiegħu. U se jitwemmen? Muscat għandu favurih il-fatt illi f 'ħafna setturi żamm il-kelma tiegħu. Allura hemm predispożizzjoni li l-votant jemmen lil Muscat, għalkemm jkun dejjem aħjar wieħed jistenna biex jibda jara l-frott qabel jemmen. Elenku ta' suċċessi... Fil-bidu ta' din il-parti ta' din l-analiżi għidna illi Muscat, kuntrarjament għal Delia, qed ikun iġġudikat fuq dan li wettaq fil-Gvern. U għalhekk Muscat kien b'saħħtu meta fid-diskors għamel elenku sħiħ ta' wħud mill-miżuri li wettaq: żieda fil-pensjonijiet, roħs fil-kontijiet tad-dawl u l-ilma (ħalliha hemm min qed jasallu bl- iżbalji), tnaqqis fit-taxxa, ċekkijiet, childcare b'xejn, qgħad baxx ħafna, trasport b'xejn għat-tfal tal-iskola, tal-linja b'xejn, vot lil żgħażagħ ta' 16 u 17-il sena u drittijiet lill-persuni LGBTIQ. Dawn il-miżuri, inkluż pereżempju li min għandu appartament illum qed jikrih bi qligħ tajjeb, u l-effett li għandhom fuq il-popolarità ta' Muscat ma jistgħux ikunu sottovalutati. Min qed jara qligħ mill-kirjiet jgħoddu għal ħafna, kif jgħoddu ħafna wkoll dawk il-persuni LGBTIQ, dawk li qed igawdu miċ-childcare u (għalkemm ma semmihiex) dawk li ħarġilhom permess. Dawn mhumiex erbgħa min-nies imma eluf. It-tindif: mhux l-ewwel darba li semmieha Il-ħmieġ fit-toroq hija problema f 'dan il-pajjiż. Fejn hija problema żgħira ħafna li malajr tista' tkun solvuta u fejn hi enormi (bħal San Pawl il-Baħar) jeħtieġ sforz organizzat u kontinwu. Muscat mhux l-ewwel darba li tkellem dwar din il-problema. Din id-darba jidher li qed jagħmel iktar aċċenn għaliha jew għax din id- darba huwa iktar determinat dwarha jew inkella għax tant iggravat is- sitwazzjoni. 'Pro-business konna u hekk se nibqgħu' Ir-raġuni għalfejn il-Partit Laburista sar moviment b'saħħtu, li ilu jkaxkar l-elezzjonijiet b'maġġoranzi ta' aktar minn 30,000 għal 10 snin, hija li sar umbrella illi taħtha hemm mill-fqir sas-sinjur, mis-soċjalist sal-kapitalist, mill- ħaddiem sal-impjegatur, mill- onest sal-korrott, min-Nofsinhar imma wkoll mit-Tramuntana. Prattikament il-Partit Laburista llum sar rappreżentant ta' firxa sħiħa tas- soċjetà. Meta Muscat jgħid li 'pro-business konna u hekk se nibqgħu', ikun qed jirrinforza l-perċezzjoni illi dan il- Gvern jinsab ferm viċin in-negozji l-kbar, il-kuntratturi u l-multi- miljunarji ta' dan il-pajjiż. Fil-fatt Muscat jaf illi s-sigriet għar-rebħ se jibqa' dejjem li dan il-partit jibqa' jilqa' fih tant nies u tant interessi. Il-mument li jsir partit tal- ħaddiema biss jew isir partit tas-sinjur biss, ikun il-mument li l-moviment jibda realment jitkisser. Rikonoxximent tal-iżbalji, karatteristika ta' Muscat Karatteristika popolari li n-nies, speċjalment il-voti l-ġodda li bdew resqin lejn il-PL wara l-2010, hija li Muscat dejjem jirrikonoxxi l-iżball. Anke jekk ma jagħmel xejn biex jikkoreġi dak l-iżball meta n-nies ma jkunux qed jagħtu kas, meta l-poplu jkun qed jagħti kas jirrikonoxxi l-iżball jew in-nuqqas dejjem. Nhar il-Ħadd li għadda hu rrikonoxxa li fl-ambjent ma sarx biżżejjed, qal ukoll illi hawn persuni li mhux qed ilaħħqu mal-ħajja jew li mhux qed ilaħħqu mal-kirjiet. Il-kirjiet fil-fatt, għalkemm hija problema sforz id-domanda, hija kwistjoni li qed tweġġa' bosta persuni u familji fil-faxex iktar baxxi tas-soċjetà (dawk fil-klassi baxxa u dawk fil-klassi medja imma li jaqbdu l-inqas). Muscat jeħtieġ jidher li attivament qed jindirizza din il-problema għalkemm din l-ammissjoni tista' ma tkunx biżżejjed biex tikkonvinċi lil dawk li fil-fatt għaddejjin minn din il-problema jew li jistgħu jispiċċaw bla saqaf fuq rashom. Jammetti wkoll li hawn problemi fil-pajjiż u li l-PL m'għandux risposta għal kull problema, iżda jgħid li huwa l-PL biss li għandu "l-onestà" biex isolvi l-problema. lill-persuni LGBTIQ. Dawn il-miżuri, inkluż pereżempju li min għandu appartament illum qed jikrih bi qligħ tajjeb, u l-effett li għandhom fuq il-popolarità ta' Muscat ma jistgħux ikunu sottovalutati. Min qed jara qligħ mill-kirjiet jgħoddu għal ħafna, kif jgħoddu ħafna wkoll dawk il-persuni LGBTIQ, dawk li qed igawdu miċ-childcare u (għalkemm ma semmihiex) dawk li ħarġilhom permess. Dawn mhumiex erbgħa min-nies imma eluf. It-tindif: mhux l-ewwel darba li semmieha Il-ħmieġ fit-toroq hija problema f 'dan il-pajjiż. sar rappreżentant ta' firxa sħiħa tas- soċjetà. Meta Muscat jgħid li 'pro-business konna u hekk se nibqgħu', ikun qed rrikonoxxa li fl-ambjent ma sarx biżżejjed, qal ukoll illi hawn persuni li mhux qed ilaħħqu mal-ħajja jew li mhux qed ilaħħqu mal-kirjiet. Il-kirjiet fil-fatt, għalkemm hija problema sforz id-domanda, hija kwistjoni li qed tweġġa' bosta persuni u familji fil-faxex iktar baxxi tas-soċjetà (dawk fil-klassi baxxa u dawk fil-klassi medja imma li jaqbdu l-inqas). Muscat jeħtieġ jidher li attivament qed jindirizza din il-problema għalkemm din l-ammissjoni tista' ma tkunx biżżejjed biex tikkonvinċi lil dawk li fil-fatt għaddejjin minn din il-problema jew li jistgħu jispiċċaw bla saqaf fuq rashom. Jammetti wkoll li hawn problemi fil-pajjiż u li l-PL m'għandux risposta għal kull problema, iżda jgħid li huwa l-PL biss li għandu "l-onestà" biex isolvi l-problema.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019