Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 Aħbarijiet 8 Ir-Rabat (Għawdex): il-Partit Nazzjonalista jibqa' jsaħħaħ id- distakk favurih Fir-Rabat iż- żewġ partiti huma b'saħħithom, iżda l-Partit Nazzjonalista dejjem ġab l-akbar ammont ta' voti u apparti minn hekk, fl-aħħar tliet elezzjonijiet lokali, dejjem irnexxielu jżid il-voti tiegħu. L-aħħar tliet elezzjonijiet lokali fil-kapitali Għawdxija saru fl-2006, fl-2009 u fl-2013, jiġifieri l-elezzjoni għall-kunsill saret kemm waħedha, kemm ma' elezzjoni tal-Parlament Ewropew u kemm ma' elezzjoni ġenerali. Fl-elezzjoni tal-2006, jiġifieri meta din ġiet waħedha, il-Partit Nazzjonalista rebaħ il-kunsill lokali, b'distakk ta' 590 vot, wara li kiseb 2,070 vot, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 1,480 vot. L-elezzjoni lokali li kien imiss saret fl-2009, jiġifieri mal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kif se jerġa' jiġri inqas minn xahar ieħor. Iż-żewġ partiti żiedu fil-voti tagħhom, tant li l-Partit Nazzjonalista kiseb 2,489 vot, filwaqt li l-Partit Laburista ġab 1,776 vot. Dan ifisser li d-distakk bejn il-partiti tela' għal 713-il vot. L-aħħar elezzjoni lokali saret mal-elezzjoni tal- 2013. Minkejja li f 'Għawdex kien hemm ċaqliqa sostanzjali favur il-Partit Laburista, fir-Rabat il- Partit Nazzjonalista rreġistra żieda qawwija fil-voti, forsi anke għax aktar nies ħarġu jivvutaw. Fil-fatt, fl-2013, il-Partit Nazzjonalista kiseb 3,003 voti, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 1,943 vot, biex id-distakk reġa' kiber għal 1,060 vot. Din is-sena x'aktarx li ż-żewġ partiti jnaqqsu fil- voti tagħhom ġaladarba l-elezzjoni mhix ġejja ma' waħda ġenerali u għalhekk it-turnout x'aktarx li jkun simili għal dak tal-2009, meta ħarġu jivvutaw 79% tar-Rabtin. Sal-2013, il-Partit Nazzjonalista kien qed igawdi minn vantaġġ komdu iżda fil-politika sitt snin huma ħafna. Jekk noqogħdu fuq it-tendenzi, il-Partit Nazzjonalista se jirbaħ b'mod komdu dan il-kunsill, iżda kif jgħid il-Malti: it-tiġrija sal-barkun. Għar-Rabat, il-Partit Nazzjonalista qiegħed jippreżenta ħames kandidati, filwaqt li l-Partit Laburista ħareġ erba' kandidati. Il-Fontana: lokalità żgħira Nazzjonalista Il-Fontana tista' titqies bħala lokalità żgħira Nazzjonalista. Fil-Fontana, fl-aħħar tliet elezzjonijiet lokali, il-Partit Nazzjonalista dejjem kiseb aktar minn 60% tal-voti u dan anke jekk id-distakk, f 'termini ta' voti, mhuwiex xi wieħed kbir, ġaladarba l-popolazzjoni tal-Fontana hija żgħira. Fl-2005, sena wara s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri meta l-Partit Nazzjonalista kien fl-aqwa tiegħu, il-Partit Nazzjonalista kiseb 341 vot, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 208 voti, biex b'kollox, il-Partit Nazzjonalista kiseb 62% tal-voti. Fl-2008, għall-kuntrarju tal-2005, l-elezzjoni lokali mhux talli ma saritx waħedha, talli saret ma' elezzjoni ġenerali li rebaħ il- Partit Nazzjonalista. Forsi għax aktar nies ħarġu jivvutaw, iż-żewġ partiti żiedu l-voti, partikolarment il-Partit Nazzjonalista, tant li kiseb 67% tal-voti. B'kollox, il-Partit Nazzjonalista kiseb 436 vot u l-Partit Laburista 214-il vot. L-aħħar elezzjoni lokali saret mal-elezzjoni ġenerali tal-2013 li rebaħ il-Partit Laburista. Għalkemm dan kien l-inqas distakk li kiseb il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar snin fil-Fontana, f 'termini ta' persentaġġ kien għadu b'saħħtu, jiġifieri 61.79% tal-voti. Dik is-sena, il-Partit Nazzjonalista naqqas ftit voti biex kiseb 427 vot u l-Partit Laburista żied il-voti biex kiseb 264 vot. Din is-sena, ġaladarba l-elezzjoni lokali mhix se ssir ma' elezzjoni ġenerali, x'aktarx li inqas nies joħorġu jivvutaw. Madanakollu, huwa fatt, li l-Partit Nazzjonalista jgawdi minn appoġġ tajjeb f 'din il- lokalità. Fil-Fontana, iż-żewġ partiti ħarġu erba' kandidati kull wieħed. Għajnsielem: il-Partit Nazzjonalista għan-niżla F'Għajnsielem, mill-2008 'l hawn, il-Partit Nazzjonalista, għalkemm għadu fil- maġġoranza, irreġistra tnaqqis konsiderevoli fl-ammont ta' voti li kiseb. Fl-elezzjoni lokali tal-2008, li saret mal-elezzjoni ġenerali, il-Partit Nazzjonalista rebaħ 1,229 vot, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 619-il vot. Dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista kien kiseb 66% tal-voti, jew inkella rebaħ b'distakk ta' 610 voti. L-elezzjoni lokali li kien imiss saret fl-2012. Magħha ma kien hemm l-ebda elezzjoni oħra, tant li ż-żewġ partiti naqsu fil-voti tagħhom, għax kif wieħed jimmaġina, inqas nies ħarġu jivvutaw. Il-Partit Nazzjonalista kiseb 1,030 vot, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 519-il vot. Fl-istess sena, kandidat indipendenti kien kiseb 19-il vot. L-aħħar elezzjoni lokali f 'Għajnsielem saret fl-2015, fl-istess jum tar-referendum dwar il-kaċċa. Il-Partit Nazzjonalista reġa' naqqas il-voti biex kiseb 994 vot, filwaqt li l-Partit Laburista żied u kiseb 644 vot, biex id-distakk bejn il-partiti niżel għal 330 vot. Kandidat indipendenti kiseb 330 vot. Dan ifisser li filwaqt li fl-2008, il-Partit Nazzjonalista kien kiseb 66% tal-voti, fl-aħħar elezzjoni lokali kiseb 52% tal-voti. Jista' jkun ukoll riflessjoni tal-fatt li n-Nazzjonalisti joħorġu inqas jivvutaw meta ma jkunx hemm elezzjoni ġenerali. Din it-tendenza ħarġet ċara f 'din l-analiżi li l-gazzetta ILLUM ilha tagħmel għal diversi ġimgħat. L-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta' din is-sena tista' tkun inċentiv biex aktar nies, inkluż in- Nazzjonalisti joħorġu jivvutaw għall-elezzjoni lokali u l-Partit Nazzjonalista ma jkomplix inaqqas il-voti bħall-aħħar snin. Din is-sena wkoll, l-ebda kandidat indipendenti mhu se jikkontesta għall-kunsill lokali ta' Għajnsielem. Għalhekk, wieħed irid jara fejn imorru dawk il-246 vot li kiseb kandidat indipendenti fl- 2015. Il-Partit Laburista ħareġ tliet kandidati għal dan il-kunsill lokali, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ħareġ erbgħa. Wasalna -aħħar. L-aħħar żewġ artikli f 'sensiela sħiħa ta' artikli li jħarsu lejn l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, il-maġġoranzi, min rebaħ fejn, ix-xejriet u l-previżjonijiet għal dak li jista' jiġri f 'Mejju li ġej. Illum nibdew inħarsu lejn Għawdex ... Kunsilli Lokali: x'ġara u x'jista' jiġri? (7) Minn Albert Gauci Cunningham u Yendrick Cioffi FISSEBA' artikli minn sensiela li fihom l-ILLUM qed tagħti ħarsa lejn ir-riżultati tal-aħħar tliet elezzjonijiet lokali fil-lokalitajiet kollha, din il-ġimgħa l-gazzetta se taqsam il-fliegu biex tibda tħares lejn il-lokalitajiet Għawdxin. Bħalma għamlet għal-lokalitajiet Maltin, din il-gazzetta qed tħares lejn ir-riżultati tal-elezzjonijiet lokali fid- dawl tal-kuntest politiku li fihom saru dawn l-elezzjonijiet, jekk magħhom kinux saru elezzjonijiet oħra u anke x'effett ħallew kandidati indipendenti jew minn partiti żgħar. Il-lokalitajiet ta' din il-ġimgħa huma r-Rabat, Għajnsielem, l-Għarb, il-Fontana, Kerċem, l-Għasri u l-Munxar. Għalkemm kważi kollha huma lokalitajiet Nazzjonalisti, interessanti kif fl-Għasri, wieħed mill-iżgħar irħula Għawdxin, il-Partit Laburista qalibha lill-Partit Nazzjonalista u kif fl-Għarb, minkejja li l-Partit Nazzjonalista huwa b'saħħtu, din is-sena ħareġ inqas kandidati minn kemm normalment jeleġġi. Il-ġimgħa d-dieħla nagħtu ħarsa lejn il-bqija tal-lokalitajiet Għawdxin u hekk tiġi fi tmiemha din is-sensiela ta' artikli li ppubblikat l-ILLUM fil-ġimgħat li se jwassluna għall- elezzjonijiet tal-25 ta' Mejju. Ir-Rabat (Għawdex): il-Partit Nazzjonalista ammont ta' voti u apparti minn hekk, fl-aħħar tliet elezzjonijiet lokali, dejjem irnexxielu jżid il-voti tiegħu. L-aħħar tliet elezzjonijiet lokali fil-kapitali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019