Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 | illum ried jara kif se jkisser lil Muscat' pajjiżhom biex jiġu Malta' Iżda jibqa' l-fatt li anke soċjalisti stess ikkritikaw lil Muscat u lill-Gvern Malti u mhux l-ewwel darba lanqas li vvutaw kontrih. Dawn mhux kollegi tiegħu? Se nwaħħlu fl-MEPs tal-PN? Cyrus Engerer insista li l-MEPs, l-ewwel interess tagħhom, kif għandu jkun, se jkun pajjiżhom u fi kliemu, ikun hemm min ma jiħux gost li Malta, għax għandha rata ta' taxxa kompetittiva, tattira kumpaniji li qabel kienu f 'pajjiżhom. "Sven Giegold huwa MEP tal-ħodor. Dan ra numru ta' kumpaniji jitilqu mill- Ġermanja biex jiġu Malta. Mhux ovvja se jkun kontrina. Kif ra tliet MEPs Maltin li qed jagħmlu minn kollox kontra Malta, ingħaqad magħhom biex isaħħaħ l-argument tiegħu," saħaq Engerer. Iżda jekk l-MEPs Nazzjonalisti, fi kliemu, kienu suċċess fit-tixwix, l-MEPs Laburisti ma setgħux jikkonvinċu, imqar lis- soċjalisti sħabhom? Engerer saħaq li fil-plenarja ta' Marzu, flimkien mal-MEPs Laburista, dar il-membri tal- Parlament Ewropej biex jaraw li r-reżoluzzjoni li kienet tgħid li għandu jiskatta Artiklu 7 kontra Malta tinbidel. "Irnexxielna. Ikkonvinċejniehom," saħaq Engerer biex jagħti eżempju. "Madanakollu, aktar faċli li tibda xniegħa u trewħilha biex tieħu bħan-nar." 'Fil-PE hemm bżonn persuni b'esperjenza' Qlibna d-diskors biex nitkellmu dwar il-kandidatura tiegħu u staqsejnieh għalfejn il-votanti għandhom jagħtuh l-ewwel preferenza, bil- kandidat jagħmel enfasi kbira fuq il-fatt li fil-Parlament Ewropew hemm bżonn persuni li għandhom l-esperjenza. Waqt li rrefera għall-ħidma tiegħu bħala l-mibgħut tal- Prim Ministru u x-xogħol li wettaq fi żmien il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal- Ewropa, Cyrus Engerer saħaq li rnexxielu jikseb diversi kuntatti, xi ħaġa li fi kliemu, hija essenzjali għal kwalunkwe Ewroparlamentari. "Biss biss insemmilek li fl- aħħar tal-Presidenza Maltija, ġimgħa qabel l-elezzjoni tagħna, il-Parlament Ewropew ried li jkun hemm dibattitu dwar Malta. Mill-ewwel skattajna l-kuntatti tagħna. Qbilna li dak id-dibattitu dwar il-Panama Papers u Egrant ma kienx jagħmel sens li jsir ġimgħa qabel l-elezzjoni," qalilna biex isaħħaħ l-argument tiegħu. U jekk ikun elett, x'se jagħmel differenti? Spjegalna kif hu jixtieq li jaħdem f 'żewġ kumitati tal-Parlament Ewropew li sa issa Malta qatt ma kellha rappreżentant fihom. L-ewwel kumitat huwa dak dwar l-Iżvilupp Reġjonali, jiġifieri dak il-kumitat li jieħu ħsieb il-fondi Ewropej. "Importanti li jkun hemm rappreżentant Malti għax ma nistgħux nibqgħu sejrin b'sitwazzjoni ta' one-size-fits all,' qal Engerer waqt li spjega li l-mod ta' kif joperaw dawn il-fondi, jaġevolaw aktar lill- pajjiżi l-kbar. L-AFCO huwa wkoll kumitat li Engerer jixtieq li jaħdem fih. Dan il-kumitat iħares lejn il-futur tal-Unjoni Ewropea. Fih jiġu diskussi t-trattati l-ġodda tal-Unjoni Ewropea u eventwalment se jkun dan il-kumitat li jiddeċiedi fejn se jmorru s-siġġijiet tal-MEPs Brittaniċi wara Brexit. "Kelli l-unur li kont nippresiedi dan il-kumitat fi żmien il-Presidenza Maltija," qal Engerer. "Kont ninħaraq li min-naħa tal-Kunsill konna nsemmgħu ħafna leħen il- pajjiżi żgħar, iżda mbagħad ma kellna l-ebda MEP Malti rappreżentat f 'dan il-kumitat." Insista wkoll li jekk ikun elett, jixtieq li jibqa' f 'kuntatt kontinwament man-nies biex ikun jista' jirrappreżentahom aħjar fi Brussell. Imorru fejn imorru fl-UE, persuni LGBTIQ Maltin se jitilfu drittijiet Engerer ħadem ħafna fejn jidħlu drittijiet ċivili. Illum, f 'Malta, l-unjoni ċivili, iż- żwieġ bejn koppji LGBTIQ u l-addozzjoni minn koppji tal-istess sess, huma xi ħaġa normali. Xi jmiss? U jekk ikun elett kif jista' jagħti daqqa ta' id? Filwaqt li saħaq li f 'sitt snin Malta għamlet passi ta' ġgant, Engerer insista li l-pajjiż fadallu ħafna xi jbiddel fejn tidħol il-mentalità, biex il- ħsieb tal-Maltin ikun jirrifletti l-bidliet leġiżlattivi li saru. Fejn jidħlu l-liġijiet, Engerer jemmen li l-pass li jmiss huwa li f 'Malta tkun introdotta l-maternità surrogata biex minnha jibbenefikaw mhux biss dawk il-koppji eterosesswali li ma jistax ikollhom tfal, iżda tneħħi d-diskriminazzjoni li fi kliemu għad fadal lejn koppji gay li jixtiequ t-tfal. "Irridu naraw li koppji Maltin tal-istess sess ikunu jistgħu jgawdu mid-dritt tal-moviment ħieles… Irridu UE ta' ugwaljanza li titratta ċ-ċittadini kollha tagħha ndaqs… Koppja tal-istess sess u l-persuni LGTBIQ Maltin, imorru fejn imorru fl-UE, se jitilfu mid-drittijiet tagħhom, għax aħna l-aqwa fejn jidħlu dawn id-drittijiet." Engerer jemmen ukoll li l-pajjiż irid jimxi 'l quddiem biex jillegalizza l-użu tal- marijuana għall-użu personali. Fi kliemu: "Jekk għandek persuna li qed jagħmel użu b'mod ikkontrollat mill- marijuana, aħjar mill-ġungla li hawn sal-lum… ejja naraw li jkollna pajjiż li jirrispetta l-għażliet ta' kull persuna sakemm din mhux qed tweġġa' lil ħaddieħor bl- għażliet tagħha." Ambjent: jeħtieġ standards ogħla fis-settur tal- kostruzzjoni L-ambjent, hija kwistjoni li diversi huma dawk li qed jitkellmu dwarha b'Engerer jisħaq li filwaqt li sar ħafna, fosthom il-qalba għall-gass mill-Heavy Fuel Oil fis-settur tal-enerġija, fadal ħafna xi jsir, partikolarment fejn jidħol l-ambjent urban. "Irrid nara pajjiż fejn ikollna aktar spazji miftuħa u protetti," insista Engerer waqt li tkellem ukoll dwar il-bżonn ta' standards aktar għolja fis- settur tal-kostruzzjoni u aktar infurzar biex jonqos it-tniġġis. Il-kaċċa: x'jista' jagħmel Engerer jekk elett? Finalment il-kaċċa. Il-Partit Laburista qed jisħaq li l-Partit Nazzjonalista daħak bihom. Iżda l-kaċċaturi għalfejn għandhom jivvutaw lill-Partit Laburista? Il-kaċċa fuq il- gamiem mhux issa twaqqfet u l-insib fuq l-għasafar tal-għana mhux ukoll? "Kienet tkun faċli għall- Gvern li jiftaħ il-kaċċa għall-gamiem biex jirbaħ il-voti tal-kaċċaturi. Iżda kien ikun qed jidħak bihom għax il-Kummissjoni Ewropea kienet tieħu passi u twaqqaf il-kaċċa fir-rebbiegħa mhux għall-gamiem iżda anke għas-summien, għal ħajjitna kollha," wieġeb Engerer. Mistoqsi x'soluzzjonijiet qed joffri l-Gvern u x'jista' jagħmel hu jekk elett, Engerer fakkar li l-Gvern għaddej bin-negozjati għal derogi favur il-kaċċa. "Huwa inaċċettabbli li fl-Awstrija jistgħu jonsbu għall-għasafar tal-għana bl-istess metodu kif kien isir f 'Malta, imbagħad il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja ordnat li dan jieqaf għan-nassaba Maltin," kompla jweġibna. "Għandu jkun hemm drittijiet ugwali għall-kaċċaturi u n-nassaba tal-Unjoni Ewropea kollha. Titkellem tant fuq l-armonizzazzjoni. Dwar dan le?" temm jistaqsi Cyrus Engerer. Hemm għatx għal xi ħadd bħal Joseph Muscat fl-Unjoni Ewropea " " Cyrus Engerer

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019