Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 minn Cristian Antony Muscat NELL Zarb Cosuin - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futbol tan- nisa f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin. F'din l-intervista, se nkunu qed insiru nafuha aħjar. Kif nibtet fik l-imħabba lejn il- futbol? Meta kelli madwar ħdax-il sena, jiena u ħija konna sempliċiment naqbdu ballun u nilagħbu ġol- intrata tad-dar. Minn hemmhekk bdejt nitħajjar biex nibda' nilgħab il-futbol ma' tim u bdejt mal-Under 11s, subien, tal-Mosta. Fil-bidu ta' dan l-istaġun inaqqadt mat-tim ta' Hibernians FC. X'tikkummenta fuq dan l-istaġun kemm tiegħek personali kif ukoll tat-tim tiegħek sa issa? Bla dubju, dan l-istaġun kien wieħed importanti ħafna għall- iżvilupp tiegħi. Konna grupp magħqud ħafna fl-Under 19s, fejn irenxxilna saħansitra nerbħu l-kampjonat, kif ukoll, qegħdin fis-semi finali tan-Knock Out tal- Under 19s. Apparti hekk, kienu importanissimi l-minuti fejn kelli l-opportunita' li nilgħab mat- tim tal-kbar, mimli bi plejers ta' esperjenza; kemm lokali u kif ukoll internazzjonali, li mingħadhom ma tistax ma titagħllimx. Kif tirribatti għall-kritika li ssir minn bosta persuni mhux biss f 'pajjiżna, li l-futbol huwa biss addattat għall-irġiel u mhux għan- nisa, minħabba s-saħħa fiżika u l-aġilità partikolari li dan l-isport jirrikjedi? Jiena nemmen li l-futbol huwa sport li jista' jintlab miż-żewġ sessi, iżda ovjament għandu jkun isseparat bħalma narawh illum il-ġurnata, minħabba d-differenza fl-aspett fiżiku bejn l-irġiel u n-nisa. Biss ma naqbilx li l-futbol mhux addattat għan-nisa għaliex jekk il-persuna lesta li taħdem, din kapaċi tasal fejn għandha tasal, irrelevamtimis-sess. X'tikkummenta fuq wieħed mill- imħuħwara l-qawmien tal-futbol tan-nisa f 'dawn l-aħħar snin f 'pajjiżna, li huwa wkoll l-eks kowċ tat-timnazzjonali tan-nisa, u li preżentament qed jokkupa l-karigata' Direttur Tekniku tal-futbol tan-nisa lokali, Pierre Brincat? Jiena naħseb li l-kowċ Pierre Brincat ħadem ħafna favur il-futbol tan-nisa, u minħabba ix-xogħol li hu għamel, il-futbol tan-nisa ħa spinta l'quddiem u qed jingħata iktar importanza hawn Malta. Hemm xi logħbiet memorabbli li jibqgħu mmarkati b'ittri tad-deheb fil-karriera tiegħek sa issa? Waqt dan l-istaġun ħloqna bosta memorji sbieħ. Biss, kien hemm ċertu logħob fejn l-affarijiet ma ġewx tajjeb, u kellna bżonn nissieltuaktar biex inġibu r-riżultat li konna qegħdin nimmiraw għalih biex nibqgħu niġġieldu għal kampjonat. Fost dawn kien hemm il-logħba kontra l-Luxol fejn konna qegħdin nitilfu 1-0, u rnexxielna nirbħu 3-2 bi 3 gowls fi 15-il minuta fit-tieni taqsima, kif ukoll il-logħba riċenti kontra Għawdex, fejn konna 2-0 minn taħt u rnexxielna ndawwru r-riżultat f 'rebħa ta' 3-2. Bla dubju l-għaqda u l-grinta li urejna f 'dawn iż- żewġ logħbiet kienu ta' spinta għalina lejn ir-rebħ tal-kampjonat. L-emozzjonijiet li għaddejna minnhom f 'dawn il-logħobiet żgur li se jibqgħu miegħi għaliex servew kemm ta' tagħlim ghalina lkoll, u kif ukoll issarfu f 'aktar ghaqda bejnietna kollha. X'tikkummenta fuq l-MFA? Tħoss li din qed tagħmel biżżejjed għall-akbar ġid tal-football tan- nisa f 'pajjiżna jew tħoss li tista' tagħmel iktar? Jien nemmen li l-MFA taħdem ħafna favur il-futbol tan-nisa billi tipprovdi affarijiet differenti biex l-etajiet differenti ta' tfajliet li għandhom il-potenzjal biex jilagħbu man-nazzjonal, jimxu l' quddiem fil-karriera tagħhom. Tikkunsidra l-possibiltà li fil-futur tmur tilgħab ma' xi tim barra minn Malta? Il-futbol għalija huwa xi ħaġa li nħobb u li nagħmel b'passjoni. F'dan l-istadju ta' ħajti qiegħda niffoka aktar fuq l-istudju. Biss fil- futur, ħadd ma jaf x'jista' jseħħ. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol u mal-futbol? Nemmen li jekk vera tkun trid tagħmel xi ħaġa b'passjoni, b'"time management" tajjeb, u b'sagrifiċċju, kapaċitlaħħaq kemm mal-istudju, kif ukoll mal-futbol. L-aktar ħaġa importanti huwa li ssib bilanċ biex ikollok kemm mistrieħ mentali, kif wkoll fiżiku. Ovjament ma jonqosx li nagħmel kull ma nista' biex nsib ħin biżżejjed biex inqatta' mal- familja tiegħi. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek? Jiena nemmen li għad fadalli ħafna fuq xiex naħdem u x'nitgħallem kemm fil-futbol, kif ukoll fil-ħajja.Biss inħoss li jekk nibqa' naħdem, jirnexxieli nilħaq l-għanijiet tiegħi. Tħoss li l-media sportiva f 'pajjiżna tagħti biżżejjed exposure lill-futbol tan-nisa, jew tagħmel dan biss waqt tournaments prinċipali u importanti, li fihom ikun involut it-tim nazzjonali tan-nisa? Ma naħsibx li l-futbol tan-nisa lokali jingħata l-importanza li jixraqlu. Kull min hu involut f 'dan l-isport f 'pajjiżna jagħmel ħafna sagrifiċċji, kemm dawk li jkunu fuq il-pitch, kif ukoll wara l-kwinti, fejn jidħol xogħol aministrattiv. Ovjament, it-timijiet nazzjonali huma importanti għalina kollha. Biss, inħoss li l-klabbs jixraqilhom aktar attenzjoni min-naħa tal-midja sportiva. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, għaddi messaġġ lil dawk it-tfajliet li qed jinteressahom li jibdew jieħdu bis-serjetà l-futbol, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom biex iħeġġuhom jagħmlu dan. Ovvjament is-sapport tal-familja huwa importantissimu f 'kull dixxiplina sportiva li xi ħadd jagħżel li jagħmel. Minn aspett personali, jien inħossni xxurtjatha li għandi familja li dejjem għenitni u li kienet hemm għalija meta kelli bżonn. L-unika parir jew messaġġ li nħoss li nista' ngħaddi huwa li jekk verament tħobb il-futbol, tħalli lil ħadd jaqtagħlek qalbek, emmen dejjem fik innifsek u aħdem kemm tiflaħ għall-isport li tħobb. 'Jekk verament tħobb il-futbol, tħalli lil ħadd jaqtagħlek qalbek u emmen dejjem fik innifsek' - Nell Zarb Cousin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019