Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 | illum żmien ta' tbatija f 'ħajtek? Wara dan il-perjodu ta' tbatija kbira, fejn batejt fuq kull livell – spiritwalment, finanzjarjament, fiżikament, emozzjonalment, erġajt bdejt nitrenja. Kull taħbita tal-qalb hija rikordju li wara dik it-tbatija kollha, qalbi għadha għaddejja, għadha tħabbat, għadha ttini l-ħajja. Għamilt sentejn nitħarreġ mal-kowċ Ivan Roshnov, li nsellem u nirringrazzja minn hawn, flimkien mal-klabb tiegħi Saint Patrick's AC. Bħalissa qed nitrenja waħdi bi gwida ta' atleta u ħabib tiegħi, f 'ħinijiet li jkun tajjeb għalija sabiex barra li nlaħħaq mal-ġranet mimlija daqs bajda, inkun nista' anki nagħti ħin lill-passjonijiet oħra li għandi bħalma huma ż-żfin, il- mużika u d-drama. Bħalissa fil-fatt qed nitgħallem il-pjanu u l-vjolin u qed immur għall-classes tal-Bollywood dancing. F'Ottubru ħa nibda kors tad-drama wkoll u għandi xi proġetti oħra. Jiena persuna li ma nistax nieħu gost niġri jekk ma nagħtix l-aħjar tiegħi f 'aspetti oħra tal-ħajja. Jekk nagħti ħini kollu lill-atletika, xorta ma mmurx tajjeb għaliex ma nixtieqx nagħmel ħaġa waħda fil-ħajja. Fil-futur nixIt-taħriġ huwa wieħed intensiv u jieħu ħafna ħin. Jekk ikolli ġurnata mimlija daqs bajda, nagħmel l-alarm għall-4.30 ta' filgħodu u nqum l-ewwel immexxi lill-klieb u mbagħad niġri. Jiena nemmen li jekk trid titjieb f 'xi qasam, trid taħdem għalih, u b'hekk, f 'kull ħaġa li nagħmel fil-ħajja, nagħti l-100%. Minn xiex għaddejt f 'dawn l-aħħar sentejn fl-atletika? F'dawn is-sentejn li issa ilni nitħarreġ bla waqfien ġejt l-ewwel mara fil- kategorija tal-fuq minn 40 sena, f 'kull tellieqa li għamilt, fosthom f 'dik ta' 10km tal-Ladies Running Club f 'Ottubru ta' din is-sena u fiż-Żurrieq 10km f 'Novembru ta' din is-sena wkoll. Ġejt ukoll l-ewwel mara tal-over 40 fil- league tal-Malta Athletics Association (MAA). Fl-2017 ġejt it-tielet mara "overall" fit- tellieqa ta' 16-il kilometru tal-klabb tas- Saint Patricks, dik imsejħa Lisa Marie Memorial Dingli 10 miles f 'ħin ta' 1.10.10; it-tieni mara "overall" fit-10km tal-Atleta Pembroke Club f 'ħin ta' 41.28. Fin-nofs maratona ta' Għawdex, kemm dik tal-2017 u anki dik ta' din is-sena, ġejt it-tieni mara. U fl-istess snin ġejt l-ewwel mara "over 40" fit-tellieqa iebsa li ssir f 'Binġemma u li tagħmel parti mill-Malta Mountain Running Championships. Dan ifisser li minn din it-tellieqa jintgħażlu l-aħjar sabiex jirrappreżentaw lil Malta fi tlielaq tal- muntanji barra minn Malta. Is-sena l-oħra kont ġejt magħżula pero' sfortunatament, ftit qabel is- safra, ċarratt il-pexxun u kelli nagħmel xahrejn bla trejning. Din is-sena kelli l-opportunita' li nirrappreżenta lil pajjiżi fit-tellieqa tal-muntanii tal- kategorija tal-Masters fi Slovenja u ġejt id-disa' mara fil-kategorija tiegħi. Għalija dan kien unur kbir. Barra minn hekk, il-muntanji lili jressquni iktar lejn Alla, dak li jiena nsejjaħlu l-Univers u s-Sors, u din it-tellieqa vera għenitni nsolvi xi sfidi li kont għaddejja minnhom f 'dak iż-żmien. Ma ninsa qatt dawk is-siġar imdawra madwari; il-ħoss tan- nixxiegħa tal-ilma; l-għasafar ipespsu u ma' kull pass bdejt niftakar li jiena qiegħda niġi merfugħa minn muntanji felħana u maġiċi. Kif wasalt fil-quċċata u ħarist 'l isfel, bqajt b'ħalqi miftuħ nara l-għoli li kien hemm u li jien kont tlajt u ma nistħix ngħid li niżlitli demgħa. Bħal donni ruħi straħet. Inżilt minn hemm konvinta li kien ħa jkolli nieħu deċiżjoni iebsa dalwaqt fil-ħajja pero' dawk il-muntanji għenuni sabiex jiena nofroq iċ-ċpar u nibda nara sew. F'Diċembru għamilt tellieqa oħra ta' 10km, dik tal-House of Sport 10km Series, li saret il-Belt u hawn ġejt it- tieni mara. Ħadt gost intellaq fil-Belt Valletta; inħoss is-swar imdawrin miegħi; nagħmel il-warm up fil- Furjana li kienet għadha mgeddsa f 'raqda ħelwa; intellaq f 'belt li kienet għadha qed titmattar u tlesti ruħha għal ġurnata oħra impenjattiva; nara x-xemx titbissimli kif bdejt indur kull kantuniera waqt li tagħtini l-għodwa t-tajba u nxomm ir-riħa tal-baħar Mediterran li nħossni xxurtjata li mdawra bih. Il-ġiri għalija jfisser ħafna. L-ewwel nett jgħini nneħħi l-istress u mhux l-ewwel darba li nsolvi xi problema jew jiġuni xi ideat ġodda waqt li niġri. U b'hekk, kif nasal id-dar, mal-ewwel niktibhom ħalli mbagħad nara x'inhu l-pass li jmiss. Il-ġiri huwa wkoll mixja spiritwali u poetika; meditazzjoni pura. Kull ġirja u kull tellieqa għalija saru esperjenzi li ngħix mil-lat sensorju: nieħu gost nieħu kull nifs, anki meta nkun qed inbati, mas-Sors; nieħu gost inħossni mdawra b'nies li bħali jħobbu dan l-isport; nieħu gost inħoss is-siġar jew il-baħar madwari; nieħu gost nisma' l-għasafar; nieħu gost inħoss ix-xemx jew ir-riħ jew ix-xita fuq wiċċi. Jekk niġri jew intellaq f 'xi post urbaniku mimli nies, nieħu gost nara n-nies mexjin jew jieħdu kafe'; nara xi ħanut għadu qed jiftaħ; ġieli niġri tard jew kmieni apposta ħalli nesperjenza l-qamar, jew ix-xemx nieżla jew tielgħa u dawn iktar jgħinuni nħoss il-kobor tal-Univers u li l-ħajja hija sabiħa u lanqas naf f 'dak il-ħin inħossnix mikrokożmu fil-makrokożmu jew li aħna kollha makrokożmu wieħed….u waqt li nagħmel pass wara l-ieħor u niġri, inħossni aktar ħajja. Mhux l-ewwel darba li niġi ispirata biex nikteb poeżija jew xi biċċa kitba waqt li nkun qed niġri. Il-ġiri huwa għalija wkoll mod ta' kif nuri li anki jekk tkun vegana, tista' tagħmel kwalunkwe' sport. Għad insib mentalita' li ssostni li biex tgħix u tkun b'saħħtek għandek bżonn il-laħam. Dan mhux minnu. Jiena nagħżel li ngħix b'kompassjoni u din nestendiha għall-annimali wkoll li ma jistħoqqilhomx li jgħaddu minn ħafna moħqrija u jinqatlu. It-tlielaq jgħinuni wkoll sabiex immur lil hinn mil-limiti tiegħi u nagħti kulma jkolli. Għalkemm parti minn dan l-isport huwa li inti tagħmel ħin li tixtieq, pero' dan mhux dejjem iseħħ minħabba diversi fatturi. U għalhekk dan l-aħħar iddeċidejt li aktar milli nagħti valur lir-riżultat aħħari (dak li tagħmel ħin tajjeb), iktar għandi nagħti valur lill-esperjenza kollha u l-proċess li jiena għaddejt minnu sabiex nasal għal dik it-tellieqa. Kif darba qrajt "Success is not the ultimate goal." Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl- atletika? Nittama li dejjem inkun b'saħħti ħalli nibqa' nipprattika dan l-isport sempliċi u sabiħ ħalli nkun nista' nagħmel aktar tlielaq barra minn Malta u ninvesti f 'aktar proġetti li għandi f 'dan l-isport. Nispera wkoll li dan l-isport ilaqqagħni ma' nies varji u li magħhom nibni ħbiberija sabiħa. Hija waħda mill-aqwa atleti li pproduċiet l- atletika f 'pajjiżna f 'dawn l-aħħar snin. Tqis din id-dixxiplina sportiva bħala mixja spiritwali u poetika għaliha. F'Diċembru li għadda, għamlet tellieqa ta' 10km, dik tal-House of Sport 10km Series, li saret il-Belt Valletta u hawn ġiet it-tieni mara. MARICA MICALLEF

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019