Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 | illum L-Għarb: lokalità Nazzjonalista iżda l-PN ma joħroġx biżżejjed kandidati Bħall-Fontana, l-Għarb hija lokalità oħra żgħira Nazzjonalista u bħal Għajnsielem tkompli tikkonferma dak li ħareġ mill-analiżi li ilha tagħmel din il- gazzetta, jiġifieri li hemm tendenza li n-Nazzjonalisti joqogħdu aktar id-dar meta l-elezzjoni lokali ma ssirx ma' dik ġenerali. Iżda din is-sena, l-elezzjoni lokali fl- Għarb se tkun waħda interessanti. Minkejja li din hija lokalità fejn il-Partit Nazzjonalista dejjem kiseb appoġġ, il-PN ħareġ biss 2 kandidati, jiġifieri inqas minn kemm għandu kunsilliera bħalissa. L-aħħar tliet elezzjonijiet lokali fl-Għarb saru fl-2006, fl-2009 u fl-2013, jiġifieri l-elezzjoni għall- kunsill saret kemm waħedha, kemm ma' elezzjoni tal-Parlament Ewropew u kemm ma' elezzjoni ġenerali. Fl-2006, meta l-elezzjoni lokali saret waħedha, il-Partit Nazzjonalista kiseb 504 voti, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 211-il vot. Ma jidhirx distakk kbir, iżda għal raħal b'popolazzjoni żgħira, dan fisser li l-Partit Nazzjonalista ġab 70% tal-voti. L-elezzjoni lokali li kien imiss saret fl-2009. F'dik is-sena, il- Partit Nazzjonalista naqqas il-voti biex kiseb 442 vot, filwaqt li l-Partit Laburista żied il-voti biex kiseb 286 vot. L-Alternattiva Demokratika kienet ġabet 99 vot. Fi tliet snin, minn 70% tal-voti, il- Partit Nazzjonalista kiseb 53%. L-aħħar elezzjoni lokali fl-Għarb saret fl-2013, mal- elezzjoni ġenerali u għalhekk aktar nies, inkluż Nazzjonalisti, ħarġu jivvutaw biex il-Partit Nazzjonalista reġa' żied u kiseb 61% tal-voti. F'dik is-sena, il-Partit Nazzjonalista kien kiseb 569 vot, filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 354 vot. L-elezzjoni ta' din is-sena mhux se ssir ma' elezzjoni ġenerali u għalhekk x'aktarx li inqas nies joħorġu jivvutaw. Jekk it-tendenza tkompli tirrepeti ruħha, in- Nazzjonalisti huma l-aktar li se jibqgħu d-dar. Kemm se jżidu jew inaqqsu voti l-partiti ħadd ma jaf. Li se jaffettwa żgur huwa l-fatt li: 1. il-Partit Nazzjonalista ħareġ żewġ kandidati biss, jiġifieri inqas minn kemm għandu kunsilliera attwalment; 2. il-Partit Laburista ħareġ sitt kandidati; u 3. tliet kandidati se jikkontestaw f 'isem il-grupp l-Għarb l-Ewwel. Lokalità żgħira b'maġġoranza stabbli Nazzjonalista L-Għasri hija lokalità żgħira ħafna tant li fl-2013 kienu ftit iktar minn 300, dawk li kellhom dritt għall-vot. Il-PN hawnhekk kiseb dejjem maġġoranza qawwija, għalkemm in-numru ta' votanti ftit jista' jkun ta' soljev għall-partit li s-sondaġġi juru illi jinsab eluf u eluf ta' voti wara l-Partit Laburista. Hawnhekk fl-2013 u allura ma' elezzjoni ġenerali li l-PL rebaħ bil-kbir, l-PN kiseb 178 vot (57%) u l-PL kiseb 45 vot inqas biex kiseb 42% tal-voti. Minkejja li n-numri nbidlu, il- PN dejjem baqa' jżomm mas-57% tal-voti u l-PL mat-42%, kemm fl-2008 meta l-PN rebaħ elezzjoni ġenerali wkoll u anke fl-2015. Peress li l-persentaġġi baqgħu prattikament statiċi, huwa improbabbli ħafna illi n-numri jinbidlu fl-elezzjoni lokali li jmiss. Ta' Kerċem: raħal li dejjem baqa' blu Ta' Kerċem hija lokalità ta' daqs medju meta wieħed jikkunsidra l-popolazzjoni ta' ħafna mill-irħula żgħar f 'Għawdex. Hija wkoll lokalità li dejjem tat maġġoranza qawwija Nazzjonalista, f 'kull waħda mill-aħħar tliet elezzjonijiet lokali. Fl-2007 u allura sena qabel elezzjoni li l-PN rebaħ bi żbrixx il-Partit Nazzjonalista kiseb 620 vot jew 58% filwaqt li l-Partit Laburista kiseb 446 vot jew 41.8%, differenza ta' 17% favur il-Partit Nazzjonalista. Fl-2012 meta l-elezzjoni lokali saret waħedha wkoll, bħall-2007, iż-żewġ partiti żiedu n-numru ta' voti b'mod ċkejken, bil-PL jirbaħ xi ftit f 'termini ta' perċentwal. Fil-fatt b'624 vot il-PN kiseb 57% u b'463 vot il-PL tela' għal 42.5%. Fl-2015 imbagħad meta l-elezzjoni lokali saret mar- referendum tal-kaċċa kien hemm 'splużjoni' fin-numru ta' votanti li vvutaw biż- żewġ partiti jżidu l-voti u l-PN jikseb l-aqwa riżultat li qatt kiseb hawnhekk. B'801 vot il-PN kiseb 59% u b'537 il-PN kiseb 40%. Dan juri illi anke f 'raħal żgħir bħal dan ħafna Nazzjonalisti wkoll baqgħu d-dar meta l-elezzjoni lokali saret waħedha. Minkejja li x-xenarju politiku nazzjonali huwa ħażin ħafna għall-PN, skont is-sondaġġi, f 'irħula bħal Ta' Kerċem il-PN huwa mistenni li jżomm il-maġġoranza, speċjalment fid-dawl illi din se tkun l-ewwel darba illi l-elezzjoni lokali se ssir ma' waħda nazzjonali. Il-Munxar: lokalità żgħira li qalbet l-alleanza politika Il-Munxar hija lokalità żgħira oħra, bħall-Għasri fost l-iżgħar f 'Malta. Interessanti kif kuntrarjament għall-Għasri r-riżultat hawnhekk ma kienx stabbli, tant li minn maġġoranza Nazzjonalista dan ir- raħal sar maġġoranza Laburista fl-2015. Fl-2007 l-ebda partit ma kiseb maġġoranza assoluta hekk kif il-PN kiseb 46%, jew maġġoranza relattiva. Il-PL min-naħa l-oħra kiseb 325 vot jew 41% filwaqt li l-AD kisbet 91 vot. Fl-2012, meta l-elezzjoni lokali saret waħedha u kontra x-xejra f 'lokalitajiet oħrajn il-PN żied ftit il-vot tiegħu għal 370 (51.4%) u l-PL naqqas bi ftit (291). L-AD naqqset ukoll u kisbet 58 vot. Fl-2015, mar-referendum dwar il-kaċċa u meta l-Alternattiva Demokratika ma kkontestatx, il-PL rebaħ hekk kif kiseb 456 vot u allura kiseb 53% tal-voti. Il-PN naqqas bi ftit voti u b'366 kiseb l-agħar riżultat tiegħu f 'din il-lokalità.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019