Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 Tkompli minn paġna 1 Fuq din Azzopardi qal li allaħares dan ix-xogħol ma sarx għax kieku l-bdiewa ma setgħux jgħaddu mill-pont qabel ma sar dan ix-xogħol. "Il-kunsill kien hemm dejjem għall- ġid tar-residenti," insista s-Sindku. Intant fuq id-direct oders li ngħataw lill-handyman tal-Kunsill Paul Tanti u ħuh Stephen Tanti, is-Sindku qal li dawn saru kif huwa stabillit fil-liġi tal-Kunsilli lokali u r-regoli stabbiliti. Qal ukoll li direct oders simili għall-aħwa Tanti ngħataw ukoll mill-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli fuq it- talba tas-Sindku tal-lokal. "Dawn saru b'direct order sabiex jiġu ffrankati l-flus," aċċerta s-Sindku. Azzopardi sostna wkoll li x-xogħol dejjem sar bl-iskop li titjieb l-infrastruttura tal-lokalità u li kull biċċa xogħol saret bi ħsieb. Spjega li kull xogħol li sar kien ġie infurmat, ikkonsultat u approvat mill-Kunsill Lokali kollu; dan jinkludi l-pagamenti dovuti li ġew approvati unanimament. Fid-dawl tal-artiklu tal-Ħadd li għadda, din il-gazzetta rrapportat kif Azzopardi ma ċaħadx l-investigazzjoni iżda qal li din qed issir fuq il-Kunsill Lokali kollu u mhux fuqu biss. Skontu minħabba li ħafna mix-xogħlijiet kienu jikkonċernaw it-tiswijiet tat-toroq, sabiex jiġu evitati ħsarat u inċidenti fit-toroq, il-Kunsill kellu jirrikorri għad-direct orders u dan fuq insistenza biex isir. "Dan ħalla l-istess Kunsill jiffranka l-flus, iħallas għad-djun li ħalla Kunsill preċedenti mhux bija Sindku. Fil-fatt xħin dħalt Sindku jien kien hemm żbilanċ finanzjarju ta' €228,679 u llum il- ġurnata l-Kunsill fl-2019 (April) għandu surplus ta' €2,574,784," saħaq Azzopardi. Apparti dan, huwa ddikjara li r-rapport li tqassam lill-Pulizija, Ministeri, Partit Laburista u l-Assoċċjazzjoni tal- Kunsill Lokali u li ssemma fl-artiklu ta' nhar il-Ħadd, "kien wieħed mimli b'allegazzjonijiet foloz u li tħejja bl-għan li jtellef l-kredibbilità tal-Kunsill immexxi minni." Azzopardi qal li l-għan aħħari tar-rapport kien biex huwa ma jitħalliex jerġa' jikkontesta mal- Partit Laburista. Kien l-istess partit li ma ħalliehx jikkontesta l-elezzjoni li ġejja. Fatt li ra lil Azzopardi jmur fuq NET TV u jikkritika lill-istess partit. Huwa qal ukoll li l-Kunsill qatt ma wettaq xi miżapproprijazzjoni ta' fondi pubbliċi, nepotiżmu jew favuri lejn xi ħadd. Saħaq li l-kunsill taħt it- tmexxija tiegħu, "qatt ma ħtart bordijiet li jiffurmaw klikek, investa l-flus b'mod illegali jew inkella ta xi konsulenzi bl-għan li jaqdi lil xi ħadd." Fl-aħħar nett is-Sindku reġa' saħaq li xogħlu fil-kunsill dejjem għamlu b'responsabbilità liema bħalha u b'impenn sħiħ għar-residenti tar-Rabat u li kwalunkwe deċiżjoni ttieħdet waqt il-laqgħat tal-kunsill wara li kienu ddiskutew u kkonsultaw il- membri l-oħra tal-Kunsill. NIBDA biex ngħid u niċċara kif anke kelli l-opportunità illi nagħmel fuq il-midja soċjali illi r-rapport li sar fuq il-Kunsill tar-Rabat li għamlet referenza għalih il-ġurnal ILLUM fl- artiklu tagħha kien rapport b'allegazzjonijiet inveritieri u foloz u li tħejja sabiex itellfu l-kredibbilità tal-Kunsill immexxi minni u jien ma nitħalliex nerġa' nikkontesta mal-Partit Laburista. Ngħid illi r-rapport sar bl-għaġla li fih taħżiż, karti maqtugħa min-nofs, slaleb miktubin 'l hawn u 'l hinn u ċrieki bi skop li jippruvaw jaqbdu ma' affarijiet li jistgħu jitfgħu dawl ikrah fuq il-Kunsill tar-Rabat. Ngħid b'responsabbilità illi l-Kunsill immexxi minni ma wettaq l-ebda miżapproprijazzjoni tal-fondi pubbliċi kif ġie allegat. Ma kien hemm ebda nepotiżmu jew favuri lejn xi ħadd. Il- Kunsill immexxi minni ma ħatar ebda bordijiet li jiffurmaw klikek, investa flus b'mod illegali jew ta xi konsulenzi bl-għan li jaqdi lil xi ħadd. Qatt ma kien hemm persuni li ħadmu mal-Kunsill u li b'xi mod għandhom rabtiet familjari miegħu u jiena qatt ma qdejt lil xi ħadd jew xi persuni li ridt nagħmlilhom favur. Fl-artiklu hemm imsemmi li sar ''xogħol varju bla ebda raġuni''. Dan mhuwiex minnu u hija allegazzjoni inveritiera. Ix-xogħlijiet saru kollha bi skop li ntejbu dejjem l-infrastruttura tal-lokalità jew għal skop ieħor simili. Għal kull biċċa xogħol li saret hemm l-iskop tax-xogħol li sar, fejn u għal xiex twettaq. Nista' ngħid ukoll illi x-xogħol kollu li sar, sara wara li ġie infurmat u kkonsultat il-Kunsill kollu u wara li ġie approvat mill-Kunsill kollu inkluż il-pagamenti dovuti li ġew approvati unanimament. Ħafna mix-xogħlijiet li saru kienu jikkonċernaw tiswijiet tat-toroq u dan sabiex jiġu evitati ħsarat u inċidenti fit-toroq fejn il- Kunsill kellu jirrikorri għad-direct orders u dan fuq insistenza biex isir dan ħalli l-istess Kunsill jiffranka l-flus, iħallas għad-djun li ħalla Kunsill preċedenti mhux bija Sindku. Fil-fatt, niġbed l-attenzjoni tal-qarrejja illi xħin dħalt Sindku jien kien hemm żbilanċ finanzjarju ta' €228,679 u llum il-ġurnata l-Kunsill fl-2019 (April) għandu surplus ta' €2,574,784. Minħabba l-ħafna xogħol rikjest mill-Kunsill għall-ippeċjar, il-Kunsill kellu jagħmel użu minn numru ta' direct orders u numri tal-VAT differenti. Dan għaliex wieħed seta' juża direct order sa massimu ta' €1,560 b'hekk il-Kunsill kellu juża numri tal-VAT differenti u għalhekk ġieli kellek okkażjonijiet fejn it-tip ta' xogħol ma kienx jaqbel man-numru tal-VAT iżda dan sar kollu biex inlaħħqu mal-esiġenzi tal-Kunsill u wara li l-Kunsill kollu kien ikun infurmat b'kollox u mingħajr ma kien hemm l-ebda ksur ta' Liġi. Ħaġa oħra li hija totalment infondata u żbaljata fl-artiklu hija illi hemm referenza għal xogħlijiet li jammontaw għal miljun u tnejn u sittin elf ewro (€1,062,000) fejn fil-verità din iċ-ċifra kellha tkun ta' elf u tnejn u sittin ewro (€1,062) liema ċifra hija sostanzjalment differenti. Issemmew ix-xogħlijiet ta' Chadwick Lakes fejn b'responsabbilità kbira ngħid allaħares dan ix-xogħol ma sarx għax il-bdiewa ma setgħux jgħaddu minn fuq il-pont liema pont qabel ix-xogħlijiet kien ta' detriment kbir għalihom. Allaħares il-kunsill tar-Rabat m'għamilx il-parti tiegħu fiċ-Chadwick Lakes, b'ippeċjar għax kieku llum dan il-post kien ikompli jinqered u ebda vettura ma setgħet tkompli tgħaddi. Il-Kunsill kien hemm dejjem għall-ġid tar-residenti. Saru bosta u bosta xogħlijiet mill-kunsill b'direct order kif huwa stabbilit fil-liġi tal-Kunsilli Lokali u r-regoli stabbiliti. Saru xogħlijiet bir-romblu fir-Rabat mis-Sur Paul Tanti u minn ħuh Stephen Tanti bħalma sar f 'Ħad-Dingli fuq talba tas-Sindku tal-lokal. Ċertu xogħlijiet kif spjegajt aktar qabel saru b'direct order biex il-Kunsill jiffranka l-flus fuq direttiva tad-dipartiment għall-Kunsilli Lokali u biex il-Kunsill jirriżulta f 'surplus. Niċħad kategorikament ukoll li saru xogħlijiet mill-Kunsill wara li x-xogħol kien tlesta minn Transport Malta. Ix-xogħlijiet dejjem saru meta rriżulta li kien l-bżonn u n-neċessità biex dan isir u wara diskussjoni u konsultazzjoni mal-membri l-oħra tal-Kunsill Lokali fejn l-ebda deċiżjoni ma ttieħdet waħdi biss iżda biss wara l-konsultazzjoni meħtieġa. Illi ngħid illi dan kollu diġà kelli l-opportunità li ngħidu f 'kitbiet tiegħi fosthom fuq il-midja soċjali fejn spjegajt anke f 'iktar dettall is-sitwazzjoni fejn ċħadt u nkompli niċħad kategorikament illi kien hemm xi nepotiżmu, frodi, jew favuriżmu f 'ħidmieti fil-kunsill iżda dan kollu sar apposta ħali jien ma nitħalliex nerġa' nikkontesta mal-Partit Laburista fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Xogħli fil-Kunsill dejjem għamiltu b'responsabbilità liema bħalha u b'impenn sħiħ għar-residenti tar-Rabat u kwalunkwe deċiżjoni ttieħdet waqt il-laqgħat tal-kunsill wara illi konna nkunu ddiskutejna u kkonsultajna l-membri l-oħra tal-Kunsill. X'qalilna Charles Azzopardi "Bid-direct orders il-Kunsill iffranka l-flus"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019