Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 | illum Aħbarijiet INFRASTRUCTURE Malta ħabbret pjanijiet għal erba' mini ġodda u t-twessigħ ta' Triq Sant Andrija biex ittejjeb is-sigurtà u l-effiċjenza fil-konnessjonijiet tat-toroq arterjali bejn Pembroke, San Ġiljan u lokalitajiet oħrajn fil-madwar. Pembroke-St Julian's Connections huwa proġett ġdid li jestendi minn Triq il-Kosta sa Triq Reġjonali, qabel il-Pont Manwel Dimech u d-daħliet tat-Tramuntana tal-mini f 'Ta' Giorni. Il-Ġimgħa li għadda, Infrastructure Malta ppreżentat l-applikazzjonijiet inizjali lill- Awtorità tal-Ippjanar biex tkun tista' tiġi varata l-konsultazzjoni pubblika dwar dan il-proġett u jinkisbu l-permessi tal-iżvilupp meħtieġa, skont il-proċeduri applikabbli. Dan il-proġett jinkludi l-bini mill-ġdid ta' Triq Sant Andrija u parti minn Triq il-Kosta b'erba' korsiji, it-tneħħija ta' diversi sistemi ta' traffic lights u djuq oħrajn li hemm fit-toroq tul din ir-rotta, kif ukoll erba' mini ġodda biex jiffaċilitaw l-aċċess b'mod aktar sigur u mgħaġġel minn u lejn Pembroke, Paceville, San Ġiljan u s-Swieqi. B'dan it-titjib, Infrastructure Malta se ttejjeb il-kapaċità ta' din il-ħolqa ta' toroq arterjali biex jonqos it-traffiku li bħalissa jgħaddi minn għadd ta' toroq residenzjali fl-inħawi ta' Pembroke, is-Swieqi u San Ġiljan, kif ukoll it-tniġġis fl-arja u r-riskji ta' aċċidenti li dan iġib miegħu. Fl-istess waqt, il-proġett qed joħloq ukoll l-infrastruttura ġdida meħtieġa biex jilqa' għall-ħtiġijiet tat-trasport ta' din iż-żona fil-ġejjieni. L-itwal mina mill-erbgħa li se jsiru se tgħaqqad it-tarf tan- Nofsinhar ta' Triq il-Kosta (in- naħa ta' High Ridge) mal-Bajja ta' San Ġorġ. Din il-mina taħt l-art se tkun twila 1.5 kilometri u se jkollha żewġ korsiji, waħda f 'kull direzzjoni. B'hekk, se tipprovdi aċċess aktar mgħaġġel lejn l-inħawi ta' max-xatt ta' Paceville u San Ġiljan meta tkun ġej min-naħa ta' fuq ta' Malta, mingħajr ma tgħaddi mill- inħawi residenzjali ta' Pembroke u s-Swieqi. Kuntrarjament għal proposti li saru qabel għal dawn l-inħawi, din l-infrastruttura ġdida se ttejjeb l-aċċess pubbliku għal bosta nħawi f 'Paceville u San Ġiljan, u mhux se twassal biss għal xi żvilupp speċifiku. Mina oħra ta' nofs kilometru se tgħaqqad il-karreġġjata tan- Nofsinhar ta' Triq Reġjonali, qabel ma tasal fil-junction tat-traffic lights ta' Paceville, direttament ma' Pembroke (Triq Walter Ganado), biex tipprovdi aċċess eħfef għal din il-lokalità meta tkun ġej min-naħa t'isfel tal-pajjiż. It-tielet mina se tgħaqqad l-istess karreġġjata ta' Triq Reġjonali mal-Bajja ta' San Ġorġ biex tagħti daħla alternattiva għall-junction tat- traffic lights ta' Paceville. Ir-raba' mina taħt l-art twila 115-il metru, se tibda minn Triq il- Knisja (fejn hemm il-Millenium Chapel) u tiżbokka fil-Bajja ta' Spinola (Triq San Ġorġ). Din il-konnessjoni se tipprovdi ħruġ ġdid minn Paceville u tnaqqas id-diffikultajiet li jinħolqu bil- konġestjoni f 'diversi junctions u toroq f 'dawn l-inħawi. Ħruġ ieħor ġdid minn San Ġiljan se jsir minn Triq iż- Żebbuġ, mill-inħawi ta' The Gardens, lejn il-kareġġjata tan-Nofsinhar ta' Triq Reġjonali, ftit qabel il-pont Manwel Dimech. Dan se jagħmilha aktar faċli għar-residenti ta' dawn l-inħawi biex imorru minn u lejn djarhom mingħajr ma jgħaddu mill-junctions ewlenin ta' Paceville u Spinola. Element ieħor importanti ta' dan il-proġett huwa l-bini mill-ġdid ta' Triq Sant'Andrija u t-tarf tan-Nofsinhar ta' Triq il-Kosta, biex jiġu eliminati diversi partijiet minn dawn it-toroq tas-sistema Ewropea TEN-T li bħalissa jidjiequ għal korsija waħda f 'kull direzzjoni. Il-proġett Pembroke-St Julian's Connections se jwessa' dawn it-toroq għal erba' korsiji, waqt li jelimina djuq ieħor li hemm fihom bħalissa. Fl-istess waqt, se jtejjeb il-junctions ta' Paceville u dik ta' Pembroke kantuniera ma' Triq Walter Ganado, kif ukoll il-junction tas-Swieqi faċċata tal-Luxol Grounds. Dan it-titjib se jwassal biex ikun hemm tnaqqis sinifikanti fil-ħin tal-ivvjaġġar f 'din ir-rotta ewlenija, waqt li jnaqqas it-tniġġis tal-arja u r-riskji ta' aċċidenti f 'diversi toroq residenzjali fl-inħawi, speċjalment f 'Pembroke u San Ġiljan. Fil-ġimgħat li ġejjin, Infrastructure Malta se tkompli tiltaqa' u tikkonsulta ma' dawk kollha interessati, inkluż il- Kunsilli Lokali li l-lokalitajiet tagħhom se jibbenefikaw minn dan il-proġett, biex tirfina l-pjanijiet u tiżgura li din il- ħolqa importanti fis-sistema tat-toroq arterjali tiġi msaħħa bl-aħjar mod biex tibqa' tilqa' għall-ħtiġijiet tat-trasport ta' pajjiżna, kemm t'issa kif ukoll dawk futuri. Pjan ġdid għal titjib fit-toroq arterjali bejn Pembroke u San Ġiljan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019