Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 | illum minn Cristian Antony Muscat NHAR il-Ħadd 28 ta' April li għadda, Christian 'Ċoqqos' Schembri rrappreżenta lil pajjiżna barra minn xtutna, fejn mar jikkompeti ġewwa l-Iżvizzera kontra l-aqwa boxer ta' pajjiżhom Ramadan 'The Eagle' Hiseni. It-taqbida kienet waħda ta' livell għoli fejn huma ssieltu għat-titlu ta' WBC Youth Silver Middleweight World Champion, li huwa l-kampjonat tad-dinja għaż- żgħażagħ. Schembri, għalkemm tilef it-taqbida bil-punti, wera li huwa boxer ta' kalibru internazzjonali fejn żamm ras imb'ras ma' Hiseni tul l-għaxar rawnds kollha, rebaħ parti mill-għaxar rawnds u mpressjona u rebaħ ir-rispett kemm tal-ispettaturi kif ukoll tal-uffiċjali bil- prestazzjoni ferm pożittiva tiegħu. Schembri ġie offrut din it-taqbida ġewwa l-Iżvizzera ftit jiem wara r-rebħa tiegħu f 'Marzu li għadda, u aċċettaha b'kunfidenza kbira li kien ser imur u jagħti prestazzjoni tajba u jikseb rebħa oħra. Kien jaf ukoll li din kienet se tkun l-iktar ġlieda diffiċli tiegħu sa dan il-mument fil-karriera tiegħu, fejn Hiseni, l-avversarju tiegħu, kellu esperjenza kbira fil-boxing tad- dilettanti, bi 11-il rebħa minn 11-il taqbida fil-boxing professjonali u meqjus bħala l-aqwa boxer li ghandhom fl-Iżvizzera. Ir-riskju kien tajjeb li jieħdu imma, għaliex kien se jiġġieled għat titlu tad-dinja taż-żgħażagħ ta' waħda mill-ikbar federazzjonijiet tal-boxing fid-dinja, il-World Boxing Council. B'hekk, wara biss tliet ijiem mit- taqbida li kien għadu kif wettaq u rebaħ, huwa rritorna fil-gym biex iżomm il-forma fiżika tiegħu u jkun jista' jibda jipprepara speċifikament għal din it-taqbida. Huwa tħarreġ b'motivazzjoni kbira għax kien jaf il-livell għoli ta' din it- taqbida u kemm kienet ser tkun difficli u flimkien mal-kowċis tiegħu Quendar Pena u Donny Lalonde, huma wettqu u tħarrġu fuq pjan biex jużaw fit- taqbida. Barra minn dan, huwa mar ukoll jagħmel 11-il gurnata ta' taħriġ ġewwa l-Iżvezja mal-kowċ Luis Lagerman, fejn għamel sparring ta' kwalità għolja ma' boxers Żvediżi biex jipprepara ruħu għal kontra Hiseni. It-taħriġ u l-preparazzjoni tiegħu għat-taqbida kien ferm tajjeb, iżda waqt ġurnata ta' sparring tliet ġimgħat qabel it-taqbida, sfortunatament huwa sofra ferita fuq imnieħru, iżda huwa kien determinat li jissielet xorta waħda għax kienet opportunità li kien ilu jistenna. It-taqbida kienet waħda eċitanti u missielta ħafna fejn l-akbar rebbieħa kienu l-ispettaturi, għaliex Schembri u Hiseni ma qatawx mill-azzjoni għal għaxar rawnds sħaħ. Schembri ħareġ għall-ewwel rawnd bil-mod jistudja lill-avversarju tiegħu, u malli rnexxielu jieħu t-timing u l-veloċità tad-daqqa ta' Hiseni, huwa beda bħas-soltu jagħmel il-pressjoni fuq Hiseni u jagħmel attakk fuq attakk. Hiseni, min-naħa tiegħu, beda jirrispondi billi jipprova joħloq id- distanza bejniethom u jitfa' daqqiet twal bħall-jab u l-cross, u fit-tieni rawnd mill-ewwel irnexxielu jiftaħ il- ferita fuq imnieħer Schembri li kien ġarrab fit-taħriġ tiegħu. Schembri iżda, kien determinat u ma tax kas tad-demm li kien ħiereġ, u bil-għajnuna tal-kowċis tiegħu biex iwaqqfu d-demm bejn rawnd u ieħor, huwa baqa' jissielet u jattakka fl-għaxar rawnds kollha. Kemm Schembri kif ukoll Hiseni laqtu lil xulxin b'daqqiet ċari, iżda l-ġurija Żvizzera ddeċidiet li Hiseni kien l-aħjar boxer fit-taqbida u kien huwa li rebaħ it-titlu finali. Minkejja li Schembri tilef it-taqbida, bil-prestazzjoni tiegħu, Schembri rebaħ ir-rispett kbir tal-partitarji lokali u, ta' iktar importanza, tal- uffiċjali tal-federazzjoni, li jiswieh ferm ta' ġid għall- futur tal-karriera tiegħu. Schembri qal li din kienet esperjenza kbira għalih, fejn sar jaf li huwa boxer ta' livell għoli iktar milli kien jaħseb. Barra minnhekk, huwa saħaq li tgħallem ħafna affarijiet minn din it-taqbida, u bir-rieda t'Alla jibqa' jipprattikahom u jużahom fit-taħriġ tiegħu biex hu dejjem jgħolli l-livell tiegħu u meta jerġa' jirritorna għall- kompetizzjoni importanti bħal din, mhux biss jagħti prestazzjoni tajba iżda wkoll jirbaħha! Schembri xtaq jirringrazzja lil- kowċis u l-boxers sħabu li għenuh jipprepara għal din it-taqbida u lill-familja, it-tfajla u l-ħbieb tiegħu tal-għajnuna li tawh waqt il- preparazzjonijiet tiegħu. Irringrazzja wkoll lill-isponsors tiegħu Fort Fitness, Remax Alliance, Doma Korean Restaurant, Virgata Holdings u Printart Ltd tas-sapport li jagħtuh biex ikun jista' jiffoka fuq il-karriera tiegħu. Christian 'Ċoqqos' Schembri jkompli jikkonferma lilu nnifsu bħala boxer ta' kalibru internazzjonali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019