Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-ġiri u l-atletika? Qatt ma kelli paċenzja nimxi. Niftakarni tifla żgħira niġriha biex immur għand in-nanna, li toqgħod ftit 'il bogħod mill-ġenituri. Spiss kont nieħu l-arloġġ tal-papa' u nara f 'kemm ħin nagħmel it-triq kull darba. Meta l-mama' kienet tibgħatni qadja, kont niġriha u nisfida lili nnifsi biex ma niqafx. Minn ta' eta' żgħira, kont inħobb niġri. L-isport fl-iskola kien l-aktar suġġett favorit u dejjem kont immur tajjeb f 'ħafna attivitajiet differenti li konna nagħmlu waqt is- suġġett. Kont anki rebbaħt lit-tim tiegħi league tal-baseball li konna għamilna bejn l-iskejjel għax kont l-aħħar striker u kieku ma rnexxejtx, konna nitilfu. Imma minbarra li tajt daqqa b'saħħitha lill-ballun, spiċċajt ġrejt b'kemm kelli saħħa madwar il-grawnd u l-ballun kien għadu ma nstabx mill-avversarji. U b'hekk irbaħna. Kif komplejt tevolvi f 'dan l-isport li tant tħobb? Ta' 16-il sena bdejt immur mal-papa' l-gym. Il-papa' kien referee u waqt it-trejning tiegħu fil-gym, jiena kont immur miegħu nitrenja. Darba rani atleta niġri fuq it-treadmill u lill-papa' rrimarkalu li kelli talent u ssuġġerielu biex idaħħalni ma' klabb u nibda nitrenja ma' kowċ. (Hawn nixtieq inżid li l-ewwel darba li ġrejt fuq treadmill bilkemm għamilt 7 minuti u wara kważi tani ħass ħażin. Pero' ġisimna huwa vera meraviljuż u malajr jadatta u malajr it-treadmill u jien sirna ħbieb. Nixtieq b'hekk nappella lil kull min jixtieq jibda jiġri biex ma jaqtax qalbu. Kollox huwa possibli fil-ħajja.) F'dak iż-żmien l-atletika kienet fil-bidu f 'Malta u ftit kien hawn atleti. Kont dħalt mal-klabb taż-Żurrieq Wolves u bdejt nitrenja ma' kowċ barrani. Kont l-ewwel tfajla fil-kategorija tiegħi dak iż-żmien. Pero' ma kontx inħossni motivata u qisni kont niġri bla raġuni. Meta dħalt l-universita', bħal donni ma stajtx nadatta u nlaħħaq mal-istudji, trejning u żewġ xogħlijiet li kelli fuq bażi part- time u b'hekk waqaft nikkompeti. Pero' miegħi l-universita' kont nieħu l-ħwejjeġ tal-ġiri u kont ninżel nagħmel 10km kuljum fit-track fil-brejk li kien ikolli bejn il-lezzjonijiet. Meta bdejt ngħallem kelli kollega, Daphne, li dak iż-żmien kienet waħda mill-aqwa atleti f 'Malta u kienet ħajritni biex nerġa' nibda nikkompeti u b'hekk kont bdejt ninżel magħha l-Marsa u nitrenja mal-papa' tagħha, Peter Farrugia, li kien ukoll il-kowċ. Malajr bdejt nitjieb u f 'dan il-perjodu ġejt it-tielet mara fil-Malta Marathon International Challenge tal-2006 f 'ħin ta' 3.24 u ftit xhur wara ġejt it-tielet mara fil-BMW Malta Marathon tal- 2007, fejn għamilt 41.2 km fi 3.18. Sfortunatament ftit xhur wara weġġajt u kont anki bil-krozzi. Biex erġajt bdejt niġri ridt iż-żmien, allura l-professjonisti kienu ssuġġerewli biex nibda ngħum u naqdef ir-rota ħalli saqajja ma jkollhiex l-impatt kontinwu tal-ġiri. Bis-saħħa ta' dan it-tip tat- trejning, għamilt il-Life Cycle, "Strait to Africa" tal-2008 fejn fi tmint ijiem qdift madwar 2,200km u għent biex jinġabru flus għall-pazjenti tar-Renal Unit. Sabiħ li tagħmel l-isport u tgħin lil min hu fil-bżonn. Il-Life Cycle kienet iebsa. Spiss batejt l-għatx, allerġiji, is-sħana, deni u wġigħ pero' ma' kull qadfa kont niftakar fil-pazjenti tar-Renal Unit – u b'hekk, kont nibqa' għaddejja. Kont inħossni xxurtjata li jiena nista' naqdef u qiegħda barra minn Malta, u tgħallimt li fil-ħajja m'għandniex ingorru imma nħarsu lejn il-pożittiv għax hawn ħafna inqas ixxurtjati minna u ma jistgħux jagħmlu affarijiet li aħna nagħmlu kuljum. Viżjoni li għadha f 'moħħi hija jiena u naqdef fil-muntanji ta' Sierra Nevada u b'ajkla ttir fuqi. Dik l-ajkla kienet qed ittir potenti fl-ajru u jiena wżajt dik is- saħħa li tatni hi biex inkompli naqdef. Barra minn hekk, qaddief barrani li kien mat-tim miegħi kien jgħidli "Marica, what goes up, must come down" u għalhekk kull ġurnata kont nimtela bil-kuraġġ.Dan kollu jgħallimuli l-isport u napplikah fil-ħajja wkoll. Kull sfida li jkolli naffaċċjaha, nara li ngħix magħha sakemm insolviha. B'hekk biss nikber u nsir mara aħjar milli jien. X'unuri ksibt fiċ-ċikliżmu u t-triathlon? Kif ġejt lura qbadt intellaq fit- tlielaq taċ-ċikliżmu fejn spiss ġejt it-tieni u mbagħad bdejt it-triathlon. Hawnhekk ġejt it-tieni mara fil-Malta Duathlon Championships u fl-2012 irrappreżentajt lil Malta fil-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar ġewwa Ċipru. Kont ġejt ir-raba' mara. Fl-2010 kont ukoll tellaqt fil-Maratona tad-Dolomoti, maratona prestiġjuża u iebsa ħafna taċ-ċikliżmu. Kont ġejt il-mitt mara minn 'il fuq minn elfejn mara. Kont anki ġejt l-ewwel mara fit-tlielaq tal-Hell Fire Series u t-tieni mara fis-sezzjoni tat- triathlon tal-istess series. Sfortunatament il-ħajja ġieli teħodna f 'toroq li mhux dejjem irridu ngħaddu minnhom u minħabba f 'hekk, għamilt żmien ma stajt nipprattika l-ebda sport ħlief forsi xi mixja twila maż- żewġt iklieb tiegħi, Sprocket u Tinker. Dan għaliex minħabba żmien iebes u ċirkostanzi, kelli naħdem tmien sigħat kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd u ma kien ikolli lok u ħin għal xejn. Tant kien żmien iebes u ta' stress li sa beda jaqagħli xagħri u kelli problemi ta' saħħa. Kont anki bdejt inbati minn dipressjoni u spiss kont nikkontempla huwiex "worthed" li tibqa' tgħix. Kien anki żmien ta' solitudni kbira pero' f 'din it-tbatija kollha, sibt lili nnifsi. Din hi l-ironija tal-ħajja. Fit-tbatija jew titkisser jew taqbad il- barri minn qrunu u timxi 'il quddiem. Sirt iktar spiritwali; sirt nikkuntenta b'affarijiet sempliċi; sirt grata lejn kull ħaġa li tingħatali u anki lejn il-fatt li, kuljum, inqum qawwija u sħiħa; sirt nesperjenza l-madwar bis-sensi kollha. U l-ħajja saret waħda maġika; saret mixja spiritwali; saret tama u serħan u naf li meta tiġi sfida f 'ħajti, hi għax hekk għandu jkun u spiss inħares lura lejn ħajti u ninduna li dawk kienu t-toroq li kelli nieħu biex illum qiegħda fejn qiegħda. Naf li jiena dejjem imħarsa u protetta u wara li jiena nagħmel il-parti tiegħi, naf li l-Univers ħa jisma' talbi u x-xewqat tiegħi u dawn ħa jsiru realta'. Pero' mhux fil-ħin u żmien li rrid jiena imma fil-ħin u ż-żmien li jrid l-Univers. Kif irnexxielek tirkupra wara dan iż- 'Ma stennejtx li nirbħu l-ewwel tliet logħbiet tal- Play-Offs u b'hekk nieħdu l-kampjonat mal-ewwel' Cristian Antony Muscat Marica Micallef - fost l-aqwa atleti li pproduċiet l-atletika f'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin u li tqis din id-dixxiplina sportiva bħala mixja spiritwali u poetika għaliha Kull taħbita tal-qalb hija rikordju li wara dik it-tbatija kollha, qalbi għadha għaddejja, għadha tħabbat, għadha ttini l-ħajja " " Nittama li dejjem inkun b'saħħti ħalli nibqa' nipprattika dan l-isport sempliċi u sabiħ ħalli nkun nista' nagħmel aktar tlielaq barra minn Malta u ninvesti f 'aktar proġetti li għandi f 'dan l-isport " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019