Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 | illum Sports minn Cristian Antony Muscat HAYDON Cauchi - ilu jipprattika l-crossfit b'suċċess għal dawn l-aħħar sitt snin. F'dan l-artiklu se nkunu qed insiru nafuh aħjar. Minn dejjem kont attiv f 'ħajti. Meta kont għadni żgħir bdejt nilgħab il-futbol u fl-istess ħin nitħarreġfl- atletika. Meta għalaqt 15-il sena bdejt il-bodybuilding u domtnipprattikah għal seba' snin. Minkejja kollox ma kontx kuntent bija nnifsi minħabba li fiżikament ma kontx tajjeb. Kien għalhekk li ppruvajt nagħmel xi ħaġa differenti. Ħabib tiegħi semmieli gym bl-isem ta' 'The Pit Malta' fejn hemmhekk kien hemm diversi persuni li kienu jitħarrġu fil-fitness. Smajt li l-biċċa tax-xogħol ma kinitx daqshekk faċli u jien f 'qalbi ġietni l-idea li nidħol għal din l-isfida. Għall-ewwel kont litteralment se mmut minħabba li l-fitness tiegħi xejn ma kienet tajba. Meta wieħed jerfa' l-piżijiet ma jkunx ifisser li bilfors ikun f 'forma fiżika tajba. Nemmen li ġisimna huma magħmul biex jiċċaqlaq mhux biex jidher sabiħ fuq il-mera. It- taħriġ li nagħmlu fil-crossfit huwa ferm differenti minn sport ieħor għax inkunu qed nittestjaw lilna nfusna fiżikament. Illum il-ġurnata għandi 28 sena u bdejt nipprattika l-crossfit ta' 22 sena. Nistqarr li huwa sport li jogħġobni ħafna sa mill-inqas moviment li nagħmlu. Kuljum aħna nieħdu ħsieb li nitrenjaw metodi differenti sabiex dejjem ngħollu l-livell tagħna. Terġa' u tgħid f 'dan l-isport għandna diversi ħiliet u movimenti li fihom issib dixxiplini bħal ġinnastika, weightlifting , powerlifting, qdif, ġiri, ċikliżmu u ħafnaaktar. Fil-fatt it-terminu CrossFit jimplika li jkun hemm moviment varjat iżda fl-istess ħin b'ċerta intensita. Din hi r-riċetta tagħna u meta tqis li jien ili biss sitt snin nipprattikah, kelli ċ-ċans li nikkompeti mhux biss f 'kompetizzjonijiet f 'pajjiżna iżda wkoll barra minn xtutna. Bħal kull sport ieħor, ġieli kelli t-tlugħ u nżul tiegħi fejn kelli żewġ operazzjonijiet f 'irkuptejja u wara kelli bżonn sena sabiex nirkupra. Madankollu nirringrazzja 'l Bambin li rġajt ġejt lura b'saħħti aktar minn qatt qabel. Illum il-ġurnata d-dixxiplina tal-crossfit qed issir dejjem aktar popolari f 'pajjiżna u ħafna nies qed jagħżluha biex ikunu aħjar fiżikament. Jien nista' ngħid li bħala dixxiplina tgħinni ħafna mhux biss mentalment iżda anke soċjalment. Fil-fatt għandna komunita' ta' atleti li qed jieħdu sehem fil- crossfit li ngħinu lil xulxin filwaqt li nagħtu kuraġġ lil xulxin. Jien nara l-ġejjieni tiegħi bħala wieħed fejn ser inkun qed naqsam l-esperjenza tiegħi u li nikkowċja atleti żgħażagħ fejn nixtieq nikkontribwixxi sabiex dan l-isport isir aktar popolari. 'Ser inkun qed nikkontribwixxi sabiex il- crossfit isir aktar popolari' - Haydon Cauchi Malta Hospice Movement St Michael's Hospice SEJĦA LILL-KUNTRATTURI TAL-KOSTRUZZJONI Avviż ta' ħruġ ta' Offerta HMP2019/2 għal xogħolijiet ta' kostruzzjoni fl-lstitut Adelaide Cini f'Santa Venera Il-kontributuri li huma interessati li jissottomettu offerta jistgħu jiġbru kopja tad-dokument ta' I-Offerta hawn fuq imsemmija mill-uffiċċju tal-Malta Hospice Movement li huwa bbażat f'39, Vjal il-Bon Pastur, Balzan. Id-data tal- għeluq għas-sottomissjonijiet tat-Tender hija l-21 ta' Ġunju 2019 (9.30am) II-ġbir ta' dan id-dokument huwa b'xejn. Aktar dettalji jistgħu jiġu miksuba mill-amministrazzjoni fuq Tel: 21440085

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019