Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

I l-ħidma fil-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali miexja 'l quddiem tista' tgħid f 'kull settur li jaqa' taħt dan il-ministeru. Huwa grazzi għal din il-ħidma li qed inkomplu ntejbu l-prodott kulturali kif ukoll titjib għall- ħaddiema, u għall-komunità b'mod ġenerali. Komplejna ninvestu fil- wirt kulturali - investiment ieħor ta' madwar €100,000 fir-restawr, din id-darba fuq il-fortifikazzjonijiet tal-Port il- Kbir fil-Furjana. Dan ir-restawr qed isir fuq il-Lunetta ta' San Franġisk li jifformaw parti minn dawn il-fortifikazzjonijiet u li qegħdin isiru mid- Direttorat tar-Restawr, li jaqa' fi ħdan il-Ministeru għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Dan huwa proġett ieħor bżonjuż li bis-saħħa tiegħu qegħdin nieħdu ħsieb il- wirt tanġibbli tagħna. Bħala parti mill-istrateġija tagħna, aħna għandna l-għan li nkomplu nagħmlu wirtna aktar aċċessibbli, speċjalment minħabba li jifforma parti integrali tal-identità tagħna bħala pajjiż u permezz ta' dawn l-interventi qegħdin niżguraw li dan huwa possibbli. Id-Direttorat tar- Restawr attwalment għaddej b'71 proġett, biċċa xogħol impressjonanti li se tkompli ssaħħaħ dan is-settur tant maħbub, li fl-istess waqt qiegħda tiggarantixxi aktar apprezzament mill-membri tal- komunità lejn il-wirt tagħna. Ix-xogħol mistenni jitlesta sa Awwissu ta' din is-sena. *** Pemezz ta' ftehim kollettiv li ġie ffirmat bejn il-General Workers' Union u l-PBS, li jaqa' taħt il-Ministeru għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, qegħdin niggarantixxu aktar stabbilità għall-ħaddiema tal-PBS. Dan jissodisfa l-għan tal-istazzjon biex jirrikonoxxi r-riżorsi umani tiegħu biex iżid il-motivazzjoni u l-impenn tal- ħaddiema biex jintlaħqu l-miri tal-operat filwaqt li jassigura l-ogħla kwalità fis-servizzi tiegħu. Dan ukoll iwassal għal aktar sostenibbilità kompetittiva u kummerċjali tal-istazzjon. Il-ftehim kollettiv ta' ħames snin, se jwassal għall- introduzzjoni ta' tmien gradi ġodda li jirrikonoxxu l-kompetenzi meħtieġa minn kull funzjoni. Il-ħaddiema kollha se jibbenefikaw minn titjib fis- salarji bis-saħħa tal-istruttura l-ġdida kif ukoll żieda fl- inkrementi u żieda fil-massimu tal-ogħla salarju tal-grad li jokkupaw u li jiggarantixxi progressjoni. Il-ftehim huwa validu bejn l-2019 u l-2023 u huwa mfassal fuq il-pjan u l-missjoni nazzjonali tal-PBS. *** F'attività fil-jiem li għaddew ħabbart ukoll li dalwaqt se jibda jkun hemm servizz ta' Wi-Fi bla ħlas f 'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Dan se jsir bis-saħħa tal-inizjattiva bl-isem ta' Wi-Fi 4EU. Din hija inizjattiva tal-Unjoni Ewropea u bis-saħħa tad-Direttorat għall-Gvern Lokali, pajjiżna se jipparteċipa wkoll fiha. S'issa f 'pajjiżna se jieħdu sehem 27 lokalità. L-istrateġija tagħna għall- Gvern lokali tiffoka fuq it-titjib tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħna. Aktar minn €400,000 qed jiġu investiti fil-lokalitajiet tagħna, u din l-inizjattiva hija eżempju ieħor tajjeb ta' kemm qegħdin niżguraw aktar effiċjenza u servizz aħjar għall- membri tal-komunità. Aħna għandna l-għan li nipprovdu aktar riżorsi għas-soċjetà u dan il-proġett huwa investiment addizzjonali għall-benefiċċju tal-pubbliku. Ta' min isemmi wkoll ir- riforma tal-gvern lokali li għandha l-għan li tintroduċi bidliet li jirriflettu ż-żminijiet tal-lum. Din ir-riforma tħares ukoll lejn it-tisħiħ tal-kunsilli lokali u reġjonali, għal aktar kontabbilità, trasparenza, u governanza tajba, b'rispett tal- membri tas-soċjetà tagħna. *** Ftit jiem ilu ntemm it-taħriġ għar-rekluti l-ġodda fil-LESA, 10 irġel u sitt nisa, li kollha temmewh b'suċċess. F'Mejju li ġej se jkun hemm 11-il kandidat ieħor li se jibdew dan it-taħriġ. Barra minn hekk, fiż-żmien li ġej se tinħareġ ukoll sejħa oħra. L-uffiċjali tal-komunità fi ħdan il-LESA għandhom parti essenzjali fis-soċjetà tagħna, mhux biss fejn jidħol l-infurzar, imma wkoll biex jipprovdu servizz aħjar lill-pubbliku ġenerali. B'dan il-kors, dawn l-uffiċjali ngħataw l-għodod essenzjali biex jaħdmu bl- aħjar mod possibbli. Din hija parti oħra mill-istrateġija tal-Gvern biex ikompli jtejjeb il-livell t'għajxien taċ-ċittadini tagħna, b'mod li jkun eqreb tal- komunitajiet. *** Ħabbarna wkoll il- kunċert Rock the Fort mill- organizzaturi Ten08, bl-artist Kanadiż Marc Martel, bħala l-kantant prinċipali f 'dan il-kunċert li ser jittella' nhar il-Ġimgħa 14 ta' Ġunju. Għal darb'oħra dan il-kunċert se jsir fil-Marina tal-Birgu għad-dell tas-swar imponenti tal-Forti Sant'Anġlu, u se jsir b'risq il- Fondazzjoni Marigold. Permezz ta' dan l-avveniment qegħdin nagħtu importanza lill-ġeneru tar-rock fil-kultura tagħna u fil-fatt aħna ħsibna biex immexxu 'l quddiem dan il-ġeneru permezz tar- RocknMalta Fund. Dan il-fond qiegħed jgħin biex tikber ix-xena lokali tar-rock, li huwa ġeneru deċiżament maħbub fost il-Maltin u l-Għawdxin, u jservi ta' pjattaforma għax-xena lokali. Is-sajf iġib miegħu wkoll avveniment li issa sar parti mill- kalendarju mużikali lokali – il- Beland Music Festival li jittella' fiż-Żejtun. Intenni li bħala Gvern aħna impenjati biex inkomplu nżidu l-aċċessibbiltà lejn l-arti u l-kultura u f 'dan il-każ dan qed isir grazzi għall-Culture Partnership Agreement, programm li qed jibbenefika minnu l-Beland Music Festival. Dan il-ftehim ta' tliet snin mal- Kunsill Malti għall-Arti għandu l-għan li jipprovdi sostenn stabbli lill-organizzazzjonijiet li jippjanaw 'il quddiem, jikbru, jiżviluppaw u jwasslu għanijiet strateġiċi li primarjament jindirizzaw il-professjonisti u komunitajiet kreattivi. Il-festival beda l-Ġimgħa u jinkludi taħlita ta' artisti rinomati flimkien ma' artisti u ma' ġeneri ġodda li se jipparteċipaw f 'dan l-avveniment għall-ewwel darba. Il-festival organizzat minn tim ta' voluntiera beda fl-2011 bil-mira li jkun ta' pjattaforma għall-iżvilupp u l-promozzjoni tat-talent lokali fil-qasam mużikali, dan billi jippreżenta taħlita ta' artisti stabbiliti ma' dawk ġodda. Din tagħti laqta interessanti u atmosfera attraenti li tagħti opportunità lill-udjenza biex tapprezza l-firxa tat-talent mużikali f 'pajjiżna. Illum il-Ħadd il-festival f 'Misraħ is-Suq fiż-Żejtun, jagħlaq b'kunċert minn Mana Tapu, grupp ġdid li qed jagħmel suċċess kemm Malta kif ukoll internazzjonalment. *** L-Orkestra Filarmonika ta' Malta mxiet sew 'il quddiem kemm f 'kunċerti li tesegwixxi lokalment u wkoll dawk li ttella' barra minn pajjiżna. Fil-fatt qed tagħmel isem għaliha kull fejn tmexxi l-abbilitajiet tagħha barra minn xtutna. Fil-jiem li għaddew l-Orkestra li taqa' fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali nediet żewġ CDs – Mdina - bil-mużiċist ewlieni huwa Etienne Cutajar, principal horn tal-MPO Music for Horn u Fantasia - mill-Argotti Ensemble, grupp ta' erba' mużiċisti b'konnessjoni qawwija ma' Malta. Permezz ta' inizjattivi bħal din qegħdin niżguraw li l-mużika hija aktar aċċessibbli għall-komunitajiet tagħna. L-għan tagħna huwa li bħala Gvern niżguraw li l-kultura u l-arti huma dejjem aktar disponibbli għall-pubbliku, u b'hekk proġetti ta' dan it-tip jgħinuna biex inferrxu aktar l-istrateġija kulturali tagħna. *** Il-ħima tagħna tkompli għaddejja. L-għan tagħna huwa dejjem li nkomplu ntejbu s-setturi kollha li jaqgħu taħt il-ministeru li jien responsabbli għalih. Flimkiem mat-tim ħabrieki tiegħi qed nara li dak kollu li huwa possibbli, nagħmluh għall-ġid tas-soċjetà kollha. Owen Bonnici huwa Ministru ghall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Ħidma kbira f 'kull settur OWEN BONNICI Il-ħaddiema kollha (tal-PBS) se jibbenefikaw minn titjib fis-salarji bis- saħħa tal-istruttura l-ġdida Dalwaqt se jibda jkun hemm servizz ta' Wi-Fi bla ħlas f 'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex illum | Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 18 VotEWROPA 2019

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019