Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 Aħbarijiet 32 28 kamra tan-nar li jaħdmu fuq bażi volontarja ġew mogħtija €5,000 kull wieħed biex isaħħu s-sigurtà fil-piroteknika. Dan il-fond kien disponibbli għat-tieni sena konsekuttiva grazzi għall-Kunsill Malti għall-Arti, li jaqa' fi ħdan il- Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. "Dan il-fond huwa eżempju ċar ta' kemm dan il-Gvern huwa impenjat biex ikompli jsaħħaħ it- tradizzjonijiet u d-drawwiet tagħna li jiffurmaw parti intrinsika mill- identità tagħna. Kull sena, kemm Maltin u kif ukoll turisti jistennew b'ħerqa l-ispettakli tan-nar li huma maħbuba minn bosta, u xi ftit forsi ma jirrealizzawx kemm isir xogħol wara l-kwinti biex kollox jimxi kif suppost. Permezz ta' dan il-proġett mhux biss qegħdin nagħmlu dan l-aspett fil-kultura tagħna aktar aċċessibbli, imma qegħdin ukoll inħarsu din it-tradizzjoni filwaqt li nassiguraw is-sigurtà tal-voluntiera li joħolqu dawn ix-xogħlijiet t'arti," qal il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnci waqt iċ-ċerimonja. Dan il-fond pprovda lil kull kamra tan-nar bl-opportunità li ttejjeb l-infrastruttura tagħha sabiex il-voluntiera jaħdmu f 'ambjent sigur, kemm waqt il-manifattura, u kif ukoll waqt il-ħruq. Permezz ta' dan il-fond, il-kmamar tan-nar jistgħu jinvestu wkoll f 'riżorsi li se jgħinuhom itejbu l-kwalità u s-sigurezza tal-prodott pirotekniku. Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għall-Arti Albert Marshall qal, "Permezz ta' dan il-fond, il- Kunsill Malti għall-Arti qiegħed jagħmel stqarrija b'saħħitha: li l-Kunsill jemmen fis-sigurtà u fl- arti tal-ħaddiema tan-nar tagħna u fl-importanza tas-sigurtà waqt xogħolhom." Grazzi għal dan il-fond, il- kmamar tan-nar ġew mistiedna biex joħorġu b'ideat u proposti biex jirrestawraw il-kmamar stess u jinvestu fl-istruttura tagħhom, kif ukoll f 'makkinarju u f 'għodda li jiffaċilitaw u jagħmlu l-produzzjoni aktar sigura. Il-fond għandu l-għan ukoll li jgħin f 'investiment ta' għodod li jtejbu s-sigurtà kif ukoll biex jagħmlu aktar kollaborazzjonijiet bejn il-kmamar tan-nar. Kull kamra tan-nar se tirċievi kaxxa tal-ewwel għajnuna biex titpoġġa fil-kamra tan-nar, u membru ta' kull kamra jrid jattendi għall-kors tal-ewwel għajnuna organizzat mill-Malta Red Cross b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti. TONY Zarb, eks Segretarju Ġenerali tal-GWU, Manuel Cushcieri; preżentatur u Ġuża Cassar bdew petizzjoni biex Joseph Muscat jibqa' Prim Ministru u ma jitlaqx u jibqa' fil-kariga. Dan minkejja li l-Prim Ministru għadu qatt ma qal li se jitlaq mill- kariga u fil-fatt hu kien sostna li għandu 'road map' ta' 10 snin għall- pajjiż. Muscat jagħlaq 10 snin bħala PM fl-2023. Minkejja dan xorta nħass il-bżonn li tibda petizzjoni għax, skont Zarb "il-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi jemmen b'mod sħiħ fil-kapaċitajiet li għandu l-Prim Ministru Joseph Muscat u għalhekk għandna ningħaqdu b'vuċi waħda sabiex il-Prim Ministru jibqa' jmexxi lill-pajjiż fid-direzzjoni tajba." "Aħna nemmnu li din il-fehma ma tirrifletti x ix-xewqa tagħna biss imma tirrifletti ix-xewqa ta' ħafna nies li ġejjin minn kull sfera tas-soċjetà u li għandhom l-interess tal-pajjiż għal qalbhom" Din il-petizzjoni ser tkun ippreżentata personalment lill-Prim Ministru Joseph Muscat f 'data li titħabbar aktar tard. Ir-road map suppost sal- 2023... imma xorta ssir petizzjoni biex jibqa' 28 kamra tan-nar jibbenefikaw minn total ta' €140,000 biex isaħħu s-sigurtà fil-piroteknika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019