Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 | illum 'L-emozzjonijiet wara dan ir-riżultat hekk prestiġjuż huma kbar ħafna' - Xavier Saliba minn Cristian Antony Muscat RIĊENTAMENT, San Ġwann Nursery ħadet sehem bi tfal li twieldu fis-sena 2008 (under 11) u b'dawk li twieldu fis-sena 2009 (under 10) fir-Ravenna Junior Top Cup. Wieħed mill-kowċis ferm bravi u ħabrieka fi ħdan din in- nursery Xavier Saliba tana iktar dettalji: "F'dan it-tornew kien hemm 42 tim fosthom Juventus, Fiorentina, Atalanta, AS Roma, Frosinone u Cesena. Ikun hemm ħafna klabbs oħra b'isem mhux magħruf imma jkunu 'feeders' tal- aqwa klabbs fl- Italja fostom Juventus, AC Milan u Udinese fost oħrajn. Dan it- tornew intlagħab fuq ħames pitches tal-ħaxix bil-logħob il-ħin kollu għaddej. Xi ħaġa ġdida għat-tfal tagħna kienet li lgħabna fuq il-ħaxix u dehret id-differenza. Il-livell ta' dan it-turnew huwa wieħed kbir ħafna u ngħidlek li kemm ilni mmur f 'dan it-tip ta' tournaments, dan kien l-iktar wieħed ta' livell. Il-maġġoranza tat-timijiet kienu ta' dawk li twieldu fl-2008 jiġifieri għall-grupp li mmexxi jien - dawk tal-2009. Kienet iktar iebsa li jlaħħqu mal-livell ta' dawn it-tfal u wisq iktar mas-saħħa u l-iżvilupp li jkun sar. Biss però, huma taw qalbom dejjem u kull min rahom jilagħbu dejjem faħħar il-qalb u d-dedikazzjoni li jissieltu fuq kull ballun saħansitra anke Taljani stess qaluli li dawn it-tfal jagħtu kollox f 'kull logħba li jilagħbu. Irnexxielna wkoll niksbu rebħa waħda u żewġ draws mit-tmien logħbiet li lgħabna u konna ferm viċin biex nieħdu punt ieħor meta tlifna logħba fil-ħin miżjud, logħba li konna qed nirbħu 1-0 sal- aħħar tliet minuti. Lgħabna wkoll mal-ġganti Taljani AS Roma fejn tlifna 2-0. Biss però kienet esperjenza tal-ġenn għat-tfal u anke għalina l-kowċis. It-tim tal-2008 immexxi mill-kowċ Clayton Felice rnexxielu jirbaħ tliet logħbiet mit-tmienja li lagħbu b'rebħa minnhom tkun ix-xokk tat- tournament fejn irnexxieljom jegħlbu l-qawwa ta' Juventus bl-iskor ta' 1-0 - rebha illi tkompli tagħti kuraġġ u fiduċja lin- nursey ta' San Ġwann, lilna l-kowċis u l-iktar importanti lit-tfal. L-emozzjonijiet wara dan ir-riżultat hekk prestiġjuż huma kbar ħafna u meta tara tfal ferħanin u kburin b'dak li għamlu, is-sodisfazzjon huwa wieħed akbar. Bħala staff konna: Club segretary Chris Sant, Head Coach Sandro Zammit Fava Under 11 coach Clayton Felice u jien bħala assistant coach Under 10 fejn il-logħob ma ħabtux flimkien." Il-Belt champions għall-25 darba Valletta FC kienu ilbieraħ rebħu it-tazza tal-Premier League ghall-25 darba wara li għelbu lil Hibernians fuq penalties. Ir-riżultat finali kien 4-3.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019