Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

"S e nasal tard għax weħilt fit-traffic." Sfortunatament, din il-frażi hija waħda li ta' spiss nisimgħu. Li t-traffiku f 'pajjiżna huwa sfida kbira, mhuwiex sigriet. B'popolazzjoni li qed tikber, u b'ekonomija dejjem tissaħħaħ, fost fatturi oħrajn, qed iwasslu biex ikollna iktar vetturi fit-toroq tagħna. Iżda b'kuntrarju għal dak li kien isir fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti, illum m'għadniex nikkunsidraw it-traffiku bħala perċezzjoni, anzi l-barri nqabad minn qrunu, biex tissolva din il-pjaga. Forsi l-iktar ħaġa importanti li nifhmu, hija għaliex it- traffiku żdied b'dan il-mod fl-aħħar snin. Żgur mhux forsi, it-tkabbir ekonomiku bla preċedent li esperjenza pajjiżna, wassal biex iktar negozji jkabbru l-operat tagħhom u iktar persuni jsibu impjieg. Naturalment, meta iktar persuni qed joħorġu għax-xogħol, se jkollok żieda qawwija ta' karozzi fit-triq. It-tkabbir ekonomiku wassal ukoll biex jinħolqu tant impjiegi, li biex nimlewhom kellna nġibu persuni minn barra l-pajjiż. Dan f 'għadd ta' setturi, fosthom tal- kostruzzjoni, tat-trasport, u saħansitra tas-saħħa. Dan ukoll wassal biex iktar persuni jużaw it-toroq Maltin. B'hekk, dan l-isforz żejjed fuq l-infrastruttura Maltija, u t-traffiku fit-toroq, jistgħu jiġu deskritti bħala "problemi sbieħ", li nħolqu grazzi għall- fatt li qed immorru tajjeb f 'setturi oħrajn. Madanakollu, għalina, dan żgur mhux forsi, mhuwiex skuża, minħabba li nemmnu li infrastruttura tajba tikkontribwixxi għal livell t'għajxien aħjar. B'hekk fl-ewwel leġiżlatura ta' Gvern Laburista, rajna t-tlestija ta' Triq il-Kosta, il- bini tal-Junction tal-Kappara, u l-irranġar ta' għadd kbir ta' toroq. Fit-tieni leġiżlatura, dik li tinsab għaddejja bħalissa, rajna żvolta ikbar, fejn saħansitra l-proposta 'stilla' tal-Partit Laburista, kienet li jirranġa t-toroq kollha ta' pajjiżna, f 'seba' snin, b'investiment ta' €700 miljun. F'inqas minn sentejn mill-elezzjoni 'l hawn rajna toroq madwar Malta u Għawdex jinqalgħu u jsiru b'mod modern u professjonali, il-bidu, u kważi t-tlestija tal-proġett tal-Marsa, u ta' għadd ta' junctions minuri. Dan flimkien mat-twaqqif ta' aġenzija li tiffoka biss fuq dawn ix-xogħlijiet. L-UE u t-traffiku Hemm min forsi jistaqsi, għaliex jien, għażilt li niddedika dan l-ispazju biex nitkellem dwar problema nazzjonali, meta se nkun qed nikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Dan għamiltu, għaliex fattwalment, it-tentattivi li saru biex tiġi solvuta l-problema tat- traffiku, ma kinux ikunu possibbli, mingħajr l-għajnuna tal-Fondi Ewropej. Rajna proġett wara ieħor, mill-junction tal-Kappara, sal-flyovers tal-Marsa, li s-sehem tal-Unjoni Ewropea fihom kien kbir. B'hekk, fil-25 ta' Mejju li ġej, il- bżonn li jiġu eletti nies li jafu sew l-istituzzjonijiet, huwa importantissimu. Ma nistgħux neleġġu persuni li se jmorru Brussell u ma jafux x'għandhom jagħmlu, minħabba li f 'dawn l-istituzzjonijiet, trid teħodha ma' pajjiżi ħafna ikbar minn tagħna, biex inġibu l-akbar porzjon possibbli għal pajjiżna. Huwa b'hekk li meta l-Prim Ministru talabni nikkontesta aċċettajt mill-ewwel, għax nemmen li l-esperjenza tiegħi fl- aħħar snin fl-istituzzjonijiet Ewropej, se tgħin biex inkun parti minn tim formidabbli, li nissieltu bla waqfien għall- pajjiż. Ma nistgħux anqas neleġġu persuni bħal Roberta Metsola u David Casa, li agħar milli ma tkunx taf kif jaħdmu l-istituzzjonijiet, tuża l-influwenza tiegħek biex taħdem kontra pajjiżek. U dan ngħidu b'responsabbilità. Jekk hawn min jaħseb li din li l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista jaħdmu kontra pajjiżna hija xi rettorika tal-Partit Laburista, sejjer żbaljat ferm. Tajjeb li nfakkru f 'dak li seħħ ftit tal-ġimgħat ilu, meta Roberta Metsola, biex tidher sabiħa ma' pajjiżi barranin, kitbet riżoluzzjoni kontra pajjiżna, b'konsegwenza li kien se jiġi attivat 'Artiklu 7' fil-konfront ta' Malta. Din, fost konsegwenzi oħrajn, tfisser li kieku ġie attivat, Malta ma kinetx tibbenefika iktar minn fondi Ewropej. U dan grazzi għal xogħol ta' hekk imsejħa Maltija bħalna. Kieku seħħ dan kollu, kien ikollna nagħfsu l-brejk fuq il-progress li qed isir f 'pajjiżna f 'ħafna oqsma, fosthom dak tal- infrastruttura, u mmorru lura għaż-żmien fejn ta' kuljum konna nisimgħu ħafna skużi, iżda ebda soluzzjoni. B'dan f 'moħħi, u b'enerġija liema bħalha, nerġa' nħeġġiġkom biex il-vot tagħkom fil-25 ta' Mejju tużawh tajjeb. Fil-25 ta' Mejju, ejja nagħtu risposta lil dawk li fl-aħħar ħames snin, raw biss li jużawk u jarmuk. Ejja nagħżlu persuni ta' esperjenza, li verament għandhom lil Malta għal qalbhom! Cyrus Engerer hu kandidat Laburista għall-Parlament Ewropew B'ħidma konġunta qed intejbu l-infrastruttura ta' pajjiżna CYRUS ENGERER illum | Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 17 VotEWROPA 2019 Ma nistgħux anqas neleġġu persuni bħal Roberta Metsola u David Casa, li agħar milli ma tkunx taf kif jaħdmu l-istituzzjonijiet, tuża l-in uwenza tiegħek biex taħdem kontra pajjiżek Nemmnu li infrastruttura tajba tikkontribwixxi għal livell t'għajxien aħjar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019