Illum previous editions

ILLUM 5 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1113307

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 K ien Viċi Sindku tal-Partit Nazzjonalista f 'Tas-Sliema. Illum huwa kandidat tal-Partit Laburista għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Cyrus Engerer, li għal dawn l-aħħar snin serva wkoll bħala l-mibgħut tal- Prim Ministru fi Brussell. Bdejna billi staqsejna lil Engerer dwar jekk jaħsibx li l-Laburisti se jkunu lesti jivvutaw persuna li kienet ma' partit u qalbet ma' partit ieħor. Il-kandidat saħaq li huwa ġej minn familja mħallta, minn naħa Laburisti Mintoffjani u minn naħa Nazzjonalisti ta' Gorġ Borg Olivier u Eddie Fenech Adami. Fi kliemu, dan għenu biex jaħseb, jisma', jagħrbel u jiddeċiedi. "Fl-aħħar mill-aħħar trid timxi mal-prinċipji tiegħek u l-prinċipji tiegħi huma xellugin ħafna. Jiena ngħożż ħafna d-drittijiet tal-bniedem u allura kien wasal iż-żmien li ma stajtx nibqa' fil-Partit Nazzjonalista," kompla jgħid Engerer waqt li saħaq li ħafna żgħażagħ ressqu lejn il-Partit Nazzjonalista għax bħalu, kienu jixtiequ s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. "Illum din il-kwistjoni spiċċat. Aħna membri tal- Unjoni Ewropea u ma hawn ħadd jaħseb li ma għandniex inkunu. Allura l-kwistjoni llum hija ma' min l-aktar tħossok komdu. Bla dubju, fil-Partit Nazzjonalista qatt ma ħassejtni komdu. Fejn tidħol l-UE iva imma fejn tidħol il-politika konservattiva tagħhom, jiena qatt ma stajt naqbel," saħaq Engerer. 'Kandidati tal-PN illum jiġu fuqi u jgħiduli li kelli raġun' Kompla jisħaq li ż-żmien tah raġun għax fi kliemu biżżejjed tħares lejn l-aħħar sitt snin u tara d-drittijiet ċivili li daħħal il-Gvern Laburista, u kif saħħaħ l-aspett soċjali. "Kull min illum iħares lura jagħti raġun lil dawk li telqu mill-Partit Nazzjonalista. Mhux se niżvela min, imma hemm kandidati tal-PN li qegħdin fl-elezzjoni tal-lum li jiġu fuqi u jgħiduli li kelli raġun fuq il-PN," qalilna. Fi kliemu, il-Partit Nazzjonalista huwa maħkum minn "mibegħda" u "ħdura" kbira kontra min ma jaqbilx miegħu. "Meta tkun esperjenzajthom bil-qares, bl-ebda mod ma tkun tista' terġa' tmur magħhom," kompla jgħidilna waqt li spjegalna kif fi ftit jiem wara li telaq mill-Partit Nazzjonalista arrestaw lil missieru, lil ommu u fetħu kawża lilu. Fi kliemu, meta wieħed jgħarbel il-fatti, u anke l-inkjesti li saru, il-mod kif saru l-affarijiet kollox jindika li l-motivazzjonijiet kienu politiċi. "Għamluha lili, għamluha lil ħaddieħor u għamluha lill-Prim Ministru meta attakkaw mhux biss lilu iżda anke lil martu u lil uliedu. Il-mibegħda lejn dawk li ma jaqblux magħhom hija ikbar mill-imħabba li jista' jkollhom għall-pajjiż." Għall-kuntarju, insista li l-Partit Laburista huwa d-dar naturali għal nies bħalu li jemmnu fil-valuri soċjo- demokratiċi, fil-ġustizzja soċjali u li kull persuna, hi min hi, għandu jkollha l-istess spazju biex tilħaq l-ambizzjonijiet tagħha. 'Il-fatti huma ċari. Konrad Mizzi u Keith Schembri qalu l-verità' Engerer ma ddejjaqx ibiddel il-partit meta l-affarijiet ma għoġbuhx. Allura kwistjonijiet bħalma kienu dawk tal- Panama, tal-VGH u ta' Gaffarena ma dejquhx? Ir-risposta tal-kandidat kienet li ma jistax jikkummenta fuq xi ħaġa meta fuqha ma hemmx fatti. Semma l-kwistjoni Egrant u insista li għax jaf lill-Prim Ministru, kien ċert li din kienet gidba u allura ma ddejjaq xejn iseffaq wiċċu fil-Parlament Ewropew, fil-Kummissjoni Ewropea, fil-Kunsill tal-Ministri, u jmur mal-Ministri Maltin iħabbat bieb bieb lill-Ewroparlamentari biex jispjegawlhom x'kienet il-verità. Imma ma stajniex ma nistaqsuhx fuq il-fatt li l-Ministru Konrad Mizzi ċ-Chief of Staff Keith Schembri ma merewx il-fatt li fetħu kumpaniji fil-Panama, b'Engerer iwieġeb li dwar dan għaddejin inkjesti fil-Qorti. "Wara dak kollu li ġara fuq Egrant, aktar u aktar ma tistax taqbad u tgħid li dak li qed jingħad huwa veru," qalilna. Iżda bqajna nagħfsuh fuq il-fatt li l-Ministru Konrad Mizzi stess ammetta li fetaħ kumpanija fil-Panama. "Iva. Għall-iskopijiet tal-familja tiegħu. Illum ma għandix għalfejn niddubita l-intenzjonijiet tal-Ministru Mizzi jew ta' Keith Schembri… Kieku jien ma kontx immur għal dak l-arranġament… imma għalfejn għandi niddubitahom? Hemm xi provi li juru mod ieħor? Il- blogs u Simon Busuttil qalu ħafna xorti. Imma l-fatti sa issa huma ċari u tondi, jiġifieri li dak li qalu Konrad Mizzi u Keith Schembri kien il-verità," weġibna. 'Ir-reputazzjoni li għandu Muscat fl-UE hija eċċezzjonali' Cyrus Engerer kien ir- rappreżentant tal-Prim Ministru fi Brusell, għalhekk ħadd daqsu ma jista' jgħid kif iħarsu lejn Joseph Muscat, il- mexxejja tal-Unjoni Ewropea. Dak li ġara fil-pajjiż, tappanlu r-reputazzjoni? Engerer wieġeb fin-negattiv. Mhux talli ma għandux ir-reputazzjoni mtappna, talli fi kliemu, l-impressjoni li hemm dwar Muscat hija "eċċezzjonali." Saħaq kif hu attenda mal- Prim Ministru kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew. "Vera ma jħobbx idoqq it-trombi ta' dak li jirnexxielu jwettaq fil-Kunsill Ewropew. Ngħidlek li s-27 Prim Ministru l-ieħor, b'mod unanimu, għandhom l-akbar stima lejh," saħaq Engerer. Insista li ħafna drabi, meta wara ħafna sigħat ta' diskussjoni l-mexxejja jibqgħu ma jilħqux qbil, ikun il-Prim Ministru Malti li joħroġ bis- soluzzjoni u jġib lil kulħadd warajh. Kien hawn li staqsejna lil Engerer jekk dan ifissirx li Muscat għandu t-tapit mifrux jekk tiġih opportunità ta' kariga fl-UE. Saħansitra l-Ewroparlamentari David Casa semma din il- possibbilità meta qal li jekk ikun elett se jaħdem biex Muscat ma jieħu l-ebda kariga fl-istituzzjonijiet Ewropej. "L-uniku tir ta' Joseph Muscat huwa li jara lil pajjiżna miexi 'l quddiem," saħaq Engerer. "Hemm għatx għal xi ħadd bħal Joseph Muscat fl-Unjoni Ewropea. Ħafna drabi ġew fuqi rappreżentanti ta' Prim Ministri oħra u anke MEPs li jgħiduli: sellfuna lill-Prim Ministru tagħkom ħalli anke fl-UE jkollna l-istess suċċess." Filwaqt li saħaq li hu jixtieq lill-Prim Ministru jiġi Malta, "jekk tiġih opportunità tajba," ċert li jkun qed jagħmel unur mhux lilu biss imma anke lil Malta. Metsola u Casa: ifesfsu fil- widnejn u jqassmu l-karti Kull ċans li jkollu, Cyrus Engerer qed jirreferi għal dak li hu jsejjaħlu "tixwix" mill-Ewroparlamentari Nazzjonalisti. Tkellimna fit-tul dwar dan, b'Engerer jisħaq li fil-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, żewġ istituzzjonijiet li huma 'l fuq mill-politika partiġġjana, Joseph Muscat għandu reputazzjoni tajba ħafna. "Fl-uniku istituzzjoni fejn tidħol il-politika partiġġjana, fil-Parlament Ewropew, hemm tliet min-nies li jissejħu Maltin li jmorru kuljum jitkellmu kontra Malta. Jiena kuljum kont nara lil David Casa u lil Roberta Metsola jagħmlu ħsara lil pajjiżna. Kuljum ifesfsu fil-widnejn u jqassmu karti kontra pajjiżna," kompla jisħaq. Fi kliemu, dan kienu qed jagħmluh biex ikissru r-reputazzjoni ta' Joseph Muscat, waqt li saħaq li s-sors ta' kollox huwa Simon Busuttil "li jaħseb li għandu l-monopolju tal-Unjoni Ewropea." "Simon Busuttil, bl-għira li għandu, ried jara kif se jkisser lil Joseph Muscat. Ma rnexxilux," kompla jinsisti Cyrus. 'MEPs ma jifilħux jaraw kumpaniji jitilqu minn Intervista illum | Il-Ħadd 5 ta' Mejju 2019 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cioffi 'Simon Busuttil, bl-għira li għandu, ried Kien Nazzjonalist. Illum kandidat tal-Partit Laburista għall- Parlament Ewropew. L-ILLUM tiltaqa' ma' Cyrus Engerer li sa ftit ġimgħat ilu kien il-mibgħut tal-Prim Ministru fi Brussell. Il-mexxejja tal-UE kif iħarsu lejn Joseph Muscat? X'reputazzjoni għandu? Jekk elett, x'differenza jista' jagħmel?

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 May 2019