www.illum.com.mt
€1.25
NEWSPAPER
POST
'L-INTEGRAZZJONI
FALLIET'
SINDKU LABURISTA JISĦAQ:
Is-Sindku l-ġdid ta' San Pawl il-
Baħar, Alfred Grima jisħaq illi kieku
l-lokalità tiegħu kellha sservi ta'
proġett pilota għall-integrazzjoni
f 'Malta, dan kien ikun falliment
Nr 677 • 6 ta' Ottubru 2019
Aqra iktar f 'paġni 12 u 13
Il-President tal-AUM, Lewis
Walker jgħid mal-ILLUM li
għadhom mhux ċerti jekk hux se
jappellaw mid-deċiżjoni tal-
Awtorità tal-Ippjanar dwar
l-estensjoni tal-Kampus
f 'Baċir Numru 1
Ara paġna 9
Minn Liam Carter
IS-SEGRETARJU
Parlamentari għall-
Anzjanità Attiva, Anthony
Agius Decelis, saħaq li
hemm pjanijiet sabiex
l-istandards tad-djar tal-anzjani
jiġu emendati.
"Ta' min jgħid li qabel
l-2015 ma kinux jeżistu standards,
iżda kien hemm sempliċiment linji
gwida. Daħħalna dawn l-istandards
u issa jmiss li nagħmlu reviżjoni
tagħhom," spjega s-Segretarju
Parlamentari.
Dawn l-istandards jittrattaw
diversi binarji differenti fosthom
il-kura tas-saħħa u l-kura personali,
il-ħajja ta' kuljum u l-attivitajiet
soċjali, l-ambjent, l-ingaġġ ta'
ħaddiema u l-amministrazzjoni.
Mistoqsi għaliex hemm il-ħtieġa
għal reviżjoni ftit żmien wara li
daħlu fis-seħħ dawn ir-regolamenti,
Agius Decelis tenna jgħid li bħala
Gvern dejjem għandhom iżidu u
jtejbu fuq ix-xogħol li għamlu.
Tkompli f 'paġna 3
Pjanijiet biex jerġgħu jiġu emendati
l-istandards tad-djar tal-anzjani