Illum previous editions

ILLUM 6 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

Minn Yendrick Cioffi IL-UNJIN tal-Edukaturi Professjonali (UPE) iċċelebrat il-Jum Dinji tal- Għalliema iżda filwaqt li rringrazzjat lill-edukaturi kollha saħqet li dan is- settur huwa minsi mill- awtoritajiet. Il-Kap Eżekuttiv tal-UPE, Graham Sansone saħaq li ma jistax jifhem kif il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li ma hemmx nuqqas ta' għalliema, meta l-edukaturi qed ikunu sfurzati jieħdu responsabbilitajiet żejda biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta' edukaturi. Huwa akkuża lill-Ministru li huwa maqtugħ mir-realtà, waqt li fakkar li l-Ministru Evarist Bartoli rrikonoxxa li hemm inqas għalliema milli meħtieġ. Preżenti għall-konferenza li saret ilbieraħ kien hemm id-Direttur tal-Unjin għall- Iskejjel tal-Knisja, Rita Catania u anke George Debono responsabbli mil- finanzi. Sansona rringrazzja lill- edukaturi kollha għax-xogħol li jwettqu, anke jekk insista li xogħolhom mhux dejjem ikun apprezzat mill-pubbliku inġenerali u l-awtoritajiet. Huwa kkritika wkoll is- sistema tas-superviżjoni fuq it-trasport tal-iskejjel, għax fi kliemu, l-għalliema u l-LSEs spiċċaw b'aktar responsabbilitajiet. "Morna l-Ministeru iżda kulma sibna kienu bibien magħluqa. Mhux jirrikonoxxu l-problemi," saħaq Sansone. Tkellem aktar fid-dettall dwar ix-xogħol tal-għalliema waqt li saħaq li ħafna drabi dawn qed jispiċċaw joħorġu l-flus minn buthom biex jixtru dak li jkollhom bżonn għal-lezzjonijiet. Huwa spjega kif uħud mill-għalliema qed jirċievu allowance għal dan, iżda għalliema oħra, partikolarment is-supply teachers, huma esklużi, fejn saħansitra qal li hemm sitwazzjonijiet fejn l-LSEs ġieli jitħallsu aktar mis-supply teachers. Kompla jisħaq kif dawn li għadhom qed jirċievu t-taħriġ qed ikunu trattati b'mod prekarju, jitħallsu €11.75 fis-siegħa u bla leave jew sickleave. "Tal-mistħija," saħaq Sansone. Il-Unjin qed tipproponi li Kumitat għandu jkun magħżul biex jindirizza n-nuqqas tal-għalliema u l-isfidi l-oħra f 'dan is-settur. Aktar tard ilbieraħ ukoll, il-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT), ħarġet stqarrija li fiha tkellmet dwar in-nuqqas ta' rispett lejn l-għalliema iżda insistiet ukoll li s-sigurtà fl-iskejjel hija wkoll kwistjoni ewlenija li jeħtieġ tiġi indirizzata. 2 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart City Gate Pharmacy, Valletta Lister Pharmacy, Ħamrun Anici Pharmacy, Qormi Brown's Pharmacy, Birkirkara Pharmaland Dispensers, Ta' Xbiex Spiżerija Kappara, San Ġwann Brown's Pharmacy, Sliema Balzan Pharmacy, Balzan Grognet Pharmacy, Mosta Brown's Village Pharmacy, Mellieħa St. Monica Pharmacy, Paola Verdala Pharmacy, Bormla Polymer Pharmacy, Żabbar St. Catherine Pharmacy, Żejtun Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies Pharmacy, Siġġiewi Ideal Pharmacy, Rabat Batu Pharmacy, Victoria, Gozo St. Joseph Pharmacy, Qala, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab bil- ħalbiet iżolati tax-xita Viżibilità Tajba lokalment moderata għal ħażina fil-ħalbiet tax-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 lokalment forza 5 għal 6 Baħar Moderat li jsir ħafif għal moderat L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ Temp Pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet iżolati tax-xita Viżibilità Tajba lokalment moderata fil-ħalbiet tax-xita Riħ Punent Majjistru forza 5 lokalment forza 5 għal 6 Baħar Moderat agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - FEJQAN SPIRITWALI AFRIKAN FEJQAN QAWWI SPIRITWALI, MENTALI U FIZIKU Fejqan spiritwali qatt ma jsir minn persuna normali. Dan isir dejjem min Alla billi jinqeda b'persuna biex jasal u jfejjaq lill-marid. Jien nista' ngħin f'ħafna problemi li jaffettwaw il-ħajja tagħna ta' kuljum. Jien psikika qawwi u ta' esperjenza għax ġej minn grupp ta Afrikani li għandna informazzjoni kbira fuq fejqan spiritwali u jmorru lura ħafna ġenerazzjonijiet. ĊEMPEL FUQ WHATSAPP +356 9968 6636 Jien nista' ngħinek, ċempel fi x'ħin trid, toqgħodx tbati fis-silenzju. SHEIKH 'Morna l-Ministeru iżda kulma sibna kienu bibien magħluqa' Il-Unjin tal-Edukaturi Professjonali tisħaq li s-settur tal-edukazzjoni huwa minsi waqt li ddeskriviet is- sitwazzjoni bħala waħda tal-mistħija

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 October 2019