Illum previous editions

ILLUM 6 October 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1174216

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 6 ta' Ottubru 2019 VACANCY DIRECTOR – CONSTRUCTION Job Description: Day-to-day management of the branch's functions, reporting to the board of directors Salary: €30,000 - €40,000 per annum Requirements: Knowledge of English Language, Clean Police Conduct, Business school and experience, customer relations, Investment management To apply: Send a CV on info@eorconstruction.com Is-sajjieda jilmentaw li l-Ministru dwar ir-reklamazzjoni l-aqwa post għat-trobbija tal-ħut," insista s-Segretarju tal-Koperattiva. Kien hawn li reġa' insista li ma jagħmilx sens li l-Ministru jtella' kwistjoni bħal din quddiem il-Kabinett mingħajr ma jikkonsultahom. "Aħna ambjentalisti. Aħna l-esperti tal-baħar," kompla jisħaq Grixti. 'Aħna l-qiegħ nibżgħu għalih ... dawn iridu jeqirduh' Fi kliemu, anke jekk is- sajjieda ġieli jiġu kkritikati u akkużati b'sajd żejjed 'il fuq mill-kwoti, insista li r-reklamazzjoni mal-kosta hija ħafna agħar. "Jien immur naqbad kaxxa ħut, forsi naqbad il-ħut kollu li jkun hemm dakinhar, imma s-sena ta' wara se mmur u nerġa' nsib, għax il-ħut se jerġa' jiġi u se jerġa' jbid," spjega Grixti. Kompla jgħid b'passjoni li s-sajjieda jieħdu l-ħuta, iżda l-baħar u l-qiegħ ma jmissuhx, l-istess kif bidwi li jrid jaqla' l-għajxien tiegħu mill-għalqa mhu se jagħmel xejn biex jeqred il-ħamrija. "Aħna l-qiegħ nibżgħu għalih u nħalluh kif inhu," insista Grixti. "Dawn iridu jeqirdu l-qiegħ tal-baħar." Fejn qed jipproponu li jintrema l-iskart tal- kostruzzjoni? Iżda huwa sigriet magħruf li l-pajjiż għandu problema serja dwar ir-rimi tal-iskart tal- kostruzzjoni. Il-Koperattiva għandha proposti? Jew qed tipproponi li jieqaf l-iżvilupp? Jason Grixti saħaq illi li kieku jkollhom laqgħa mal- Ministru huma għandhom proposti, għax fi kliemu, ħadd mill-Koperattiva mhu qed jippretendi li jieqaf l-iżvilupp. Spjega li jeżisti baħar, li fi kliemu jinsab fin-Nofsinhar il-Lbiċ, 'il barra minn Filfla, li s-sajjieda jsejħulu l-baħar mejjet. Fi kliemu, ftit li xejn issib ħut f 'din iż-żona, tant li s-sajjieda ma joħorġux jistadu fiha. "L-iskart tal-kostruzzjoni jista' jintrema hemm. La se jkollu effett fuq l-impatt ambjentali u lanqas dak soċjo- ekonomiku," insista Grixti Għall-kuntrarju, reġa' tenna s-sajjied, dik li huma jsejħulha bħala 'hard-bank' jiġifieri fin- naħa tal-Grigal tal-pajjiż, hija importanti, tinħadem ħafna u mhux biss mis-sajjieda tal- lum, iżda anke mis-sajjieda tal-imgħoddi. Iżda din ir- reklamazzjoni fejn se ssir? Sa issa għad ma hemm xejn ċert, iżda f 'Diċembru tas- sena li għaddiet, il-gazzetta MaltaToday kienet żvelat kif l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi qed tħares lejn il-kosta ta' bejn ix-Xgħajra u Portomaso għal proġetti fuq skala kbira u anke siti oħra, mal-kosta fuq in-naħa ta' fuq tal-pajjiż, fosthom Qalet Marku f 'Baħar iċ-Ċagħaq, għal proġetti iżgħar. Fil-fatt, mal-ILLUM, is- sajjied Jason Grixti saħaq kif ħafna mis-siti li qed jissemmew jinsabu f 'żoni marittimi protetti. "Lanqas tafu x'qed tagħmlu!" temm jgħid Grixti kważi kważi b'rabja. Kif wasalna sa hawn u x'qed jingħad? Lura fl-2013, il-Gvern kien ħatar bord għall-evalwazzjoni tal-proposti għar-reklamazzjoni tal-art, iżda fl-aħħar snin ftit issemma dwarha, sakemm is-sena li għaddiet, il-Ministru għall-Ambjent José Herrera ddikkjara li r-reklamazzjoni tal- art hija bżonn u "żgur trid issir." Madanakollu, Herrera insista li sakemm hu jdum Ministru għall-Ambjent, ir-reklamazzjoni mhux se ssir bi skuża għall- bini ta' torrijiet u lukandi. Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien semma wkoll il-mina waqt li saħaq li l-iskart tal-kostruzzjoni li se jkun iġġenerat mill-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex jista' jintuża għar- reklamazzjoni tal-art. Huwa insista li din il-mina se tkun qed tiġġenera skart tal- kostruzzjoni daqs dak li jkun iġġenerat fi tliet snin u saħaq li dan ma għandux sempliċiment jintrema fil-baħar. "Din hija riżorsa u għandna nagħmlu użu minnha," kien qal Muscat. Il-Prim Ministru stess kien semma Baħar iċ-Ċagħaq bħala waħda miż-żoni l-aktar adwegwati, anke jekk semma diversi ostakli għal din iż-żona, fosthom minħabba l-posidonja, jew alka partikolari li hija wkoll protetta permezz ta' liġijiet ambjentali Ewropej. Il-MaltaToday kienet żvelat u ppubblikat rapport li juri eżerċizzju li kien sar mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, li jidentifika l-kosta li testendi mix-Xgħajra sa Portomaso, f 'San Ġiljan, bħala ideali għar-reklamazzjoni tal-art. Madanakollu, f 'intervista mal-MaltaToday, id-Direttur tal- Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi Michelle Piccinino kienet spjegat li, "l-Awtorità għadha għaddejja bl-ispezzjonijiet tagħha biex tidentifika l-aħjar post, u li ma hemm l-ebda deċiżjoni konklużiva fuq is-sit partikolari. F'din l-intervista hi kienet saħqet li, "il-kosta tan-Nofsinhar hija eskluża minħabba li qiegħ il-baħar mhux ideali għar- reklamazzjoni u kif żoni viċin il-Port il-Kbir ma jistgħu qatt ikunu magħżula għar-reklamazzjoni. Min-naħa l-oħra hi kienet qalet li, "iż-żoni kollha mal-kosta minn Marsaxlokk sat-Tramuntana ta' Għawdex jistgħu jkunu ideali." L-ILLUM kitbet divers artikli dwar il-possibbilità li ssir reklamazzjoni tal-art fl-inħawi indikati fl-artiklu. Dawn huma l-opinjonijiet li ġabret l-ILLUM: • "Ir-reklamazzjoni fix-Xgħajra se tbiddel ir-raħal u l-ħajja tan-nies li draw jgħixu ħajja fil-kwiet" – Anthony Valvo (eks Sindku) • "Kull proġett li jinkludi reklamazzjoni tal-art għandu jsir fl-interess nazzjonali biss" -Sandro Chetcuti (President MDA) • "Reklamazzjoni tal-art jista' jkollha effetti diżastrużi" – Andrè Callus (Graffitti) • "Il-Gvern żgur mhux se jagħmel xi proġett li bih iweġġa' lin-nies tan-naħa t'isfel ta' Malta," Glenn Bedingfield (Deputat PL) Jisħqu li talbu laqgħa mal-Ministru Herrera iżda weġibhom biss li għaddejjin diskussjonijiet

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 6 October 2019